Għin
lill-Partit Laburista
May 11, 2019
Il-vot tal-MEPs tal-PN kontra Malta huwa vot ċar kristall
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Il-vot tal-MEPs tal-PN kontra Malta huwa vot ċar kristall
L-MEPs tal-Partit Nazzjonalista ivvotaw kontra klawsoli li jsaħħu l-pożizzjoni ta’ Malta u vvotaw favur oħrajn li jdgħajfu l-pożizzjoni ta’ pajjiżna. Għalhekk heddew l-impjiegi ta’ eluf ta’ Maltin u Għawdxin. Inutli jgħidu x’għamlu fl-aħħar tar-rapport ladarba bil-vot tagħhom waslu biex dak ir-rapport kien ħażin għal pajjiżna.
Kienu l-MEPs tal-Partit Laburista li f’kull stadju tar-rapport ħadu l-pożizzjoni ta’ Malta. L-MEPs tal-PN ivvotaw kontra li jissaħħaħ il-prinċipju tal-unanimità u favur li l-istituzzjonijiet Ewropej jindaħlu lil dawk finanzjarji ta’ pajjiżna. Dan jurih il-vot anness u issa li nqabdu l-MEPs tal-PN ma jistgħux jaħarbu l-fatti. Bl-aġir tagħhom heddew l-impjiegi.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.