Għin
lill-Partit Laburista
April 15, 2019
In-nies ta’ San Pawl jafu li l-gvern aġixxa fejn naqas il-Kunsill Lokali
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
In-nies ta’ San Pawl jafu li l-gvern aġixxa fejn naqas il-Kunsill Lokali
Jgħid x’jgħid il-Partit Nazzjonalista,ir-residenti ta’ San Pawl il-Baħar jafu li l-gvern kellu jintervjeni biex isolvi t-telqa fit-toroq li ħalla l-Kunsill Nazzjonalistaf’San Pawl il-Baħar.
Dan hu Kunsill Lokali fejn tant iddominaw il- ġlied, ir-riżenji u diżgwid intern bejn il-kunsillieri nazzjonalista li l-enfasi ntilfet għal kollox minn fuq il-ħidma li kien hemm bżonn.
Dan wassal biex anke jekk il-gvern qed jagħmel mill-ġdid it-toroq tal-pajjiż kollu fehem li r-residenti ta’ dawn is-sbatax –il triq ma jistgħux jistennew iktar. Għalhekk intervjena b’mod immedjat anke jekk San Pawl il-Baħar għandu kunsill bi tmexxija nazzjonalista. Għax dan il-gvern ma jħarisx lejn kuluri u jġib l-ewwel u qabel kollox l-interess tar-residenti.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.