Għin
lill-Partit Laburista
April 29, 2019
In-nisa huma parti essenzjali minn dan il-pajjiż li jaspira li jkun l-aqwa fl-Ewropa
Maħruġa min-Nisa Laburisti
In-nisa huma parti essenzjali minn dan il-pajjiż li jaspira li jkun l-aqwa fl-Ewropa
Il-Partit Nazzjonalista hu maħkum minn negattivita’ inkredibbli tant li għad-deputata Nazzjonalista Claudette Butigieg, in-nisa Maltin huma l-agħar fl-Ewropa.
Nisa Laburisti saħqu li għall-Partit Laburista, in-nisa Maltin għandhom il-kwalitajiet kollha biex ikunu l-aqwa fl-Ewropa
Din hi differenza bejn il-moviment mibni madwar il-Partit Laburista li jħobb lil Malta , u l-Partit Nazzjonalista li jaħdem kontra Malta u jkun negattiv fuq kollox u jgħajjar lil kulħadd.
Minflok jikkritika mingħajr soluzzjonijiet , il-PN kien ikun aktar kredibbli li kieku pparteċipa fil-Kunsill Konsultattiv, u mhux wara sena u nofs mit-twaqqif tiegħu, l-Oppożizzjoni m’attendietx għal laqgħa waħda tal-istess Kunsill.
Nisa Laburisti fissru kif dan il-Gvern jaġixxi b’differenza sabiexf’Malta jkun hawn ugwaljanza anke fir-rappreżentanza fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.
Dan filwaqt li n-nisa li jaħdmu żdiedu b’aktar minn 33,000 meta mqabbel mal-2012. Dan ifisser żieda ta’ madwar 12%.
Dan kien possibli għax is-surplus issaraf f’childcare centres b’xejn, għall-inwork benefits u inċentivi oħra biex il-familji Maltin u Għawdxin ikomplu jtejbu il-livell tal-ħajja.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.