• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

February 17, 2020

“Infakkru l-passat iżda nħejju dan il-moviment għall-futur”

“Huwa ta’ privileġġu responsabbilta’ li l-ewwel diskors tiegħi bħala Mexxej quddiem il-Konferenza Ġenerali qed isir fil-bidu tal-vjaġġ li se jfakkaril-passat tal-Partit Laburista,u li se jħejjilil dan il-moviment għall-futur.”

 

Hekk qal il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela fl-ewwel diskors tiegħu fil-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista.

 

“L-istorja u l-ħidma tal-mitt sena li għaddew huma wkollgrazzi għalikom. Kif se jkunu wkoll bis-saħħa tagħkom is-suċċessi u l-ħidma tal-mitt sena li ġejjin. Għax dan huwa l-proġett tagħna.Bħal dak ta’ ġenerazzjonijiet differenti ta’ familji li jwelldu proġett, jibnuh u jarawh jiżviluppa, fit-tajjeb u fil-ħażin.”

 

Il-Prim Ministru fakkar dawk l-episodji fejn diversi persuni qattgħu ħinijiet twal ‘il bogħod mill-familja tagħhom, jistinkaw għall-idejal Laburista.

 

“Għextu, u għexna flimkien,avvenimenti li l-Partit Laburista kien il-katalista tagħhom u li tniżżlu fl-istorja glorjuża Maltija. Konna hemm, tajna s-sehem tagħna, rajna b’għajnejna l-frott ta’ dawk il-kisbiet. Imma mhux se nieqfu hawn. La se nieqfu bil-memorji ta’ missierijitna u lanqas se nieqfu bl-esperjenzi diretti li kellna s’issa.”

 

Robert Abela fisser kif il-pass li jmiss huwa li nkomplu nsaħħu dan il-Partit biex ikomplu jingħataw l-għajnuna dawk l-aktar fil-bżonn.

 

“Dan il-Partit se jkompli joħloq ix-xogħol. Hekk kif bl-istess modse jkompli jsebbaħ lil Malta u lil Għawdex. Illum,intom fdajtuni biex inkun magħkom bħala Mexxejf’dan il-progett.Oqogħdu fuq kliemi, se tkomplu tisimgħu aħbarijiet pożittivi ħafna. Iva, se tisimgħu b’aktar riżultatitajbin, b’aktar ġid, b’aktar fiduċja.”

 

Il-Prim Ministru sostna li biex tkun taf fejn sejjer, trid tkun taf minn fejn tlaqt. Fisser kif il-Partit Laburista twaqqaf f’kuntest għal kollox differenti mil-lum. Żmien iebes u sfidi kbar iżda missirijietna emmnu, ħadmu u rnexxew.

 

“Inħolqot forza politika li riedet tagħti l-pajjiż sa dakinhar servili għall-barrani,lill-poplu tiegħu biex jitmexxa minnu stess…Kien dan il-Partit li daħħal il-pensjonijiet, il-paga minima nazzjonali, l-assistenza soċjali għall-qagħad, iċ-children’s allowance għal kull tifel u tifla, il-leave u benefiċċji għall-maternita, l-assistenza lir-romol u lill-persuni b’diżabilita, u l-bonuses annwali lill-ħaddiema kollha. Kien dan il-Partit li bena ekonomija bbażata fuq il-ħiliet tal-ħaddiema. Dan il-Partit iffaċcja perjodi diffiċli. Inkluż meta niesu ġew interdettjati u midfuna fil-miżbla. Dan il-Partit għamel ukoll żbalji. U m’għandna għalfejn niddejjqu xejn nammettu li mhux dejjem kellna raġun. Imma b’wiċċna minn quddiem nistgħu ngħidu li dejjem kellna fattur wieħed li ddistingwiena minn kull forza politika oħra f’dan il-pajjiż – l-imħabba.”

 

Robert Abela qal ukoll kif il-Partit Laburista se jibqa’ miftuħ għal kulħadd u se jiġbed iżjed nies aktar minn qatt qabel.

 

“Għax nemmnu fil-bidla, għax nemmnu fl-ugwaljanza, għax nemmnu li d-diskriminazzjoni m’għandhiex post f’pajjizna, dħalna għall-isfidi, ikkonvinċejna dwarhom, u irbaħnihom. Mhux iktar Stat riġidu li jiġġudika l-għażliet personali tan-nies,imma pajjiż ħanin li jagħti l-liberta’ lil kulħadd, ikun min ikun, biex jibni l-familja tiegħu u jgawdi l-ħajja mal-għeżież tiegħu. Xorta, aħna ma nistriħux fuq is-suċċessi. Kif naraw riżultat pożittiv, mhux ngħidu li wasalna imma nibdew naħdmu mill-għada stess biex niksbu riżultat aħjar. U meta niksbu dak ir-riżultat aħjar, nerġgħu naħdmu biex intejjbu, u nkomplu ntejjbu. Dinhijal-bażi li fuqhahuwa mibni dan il-moviment. L-għatx, il-ħeġġa, l-ambizzjoni li nibqghu mexjin ‘l quddiem. Għalhekk sirna d-dar naturali tal-Maltin u l-Għawdxin. Għax jaraw fina Gvern li jmidd għonqu għax-xogħol ta’ kuljum għal ulied dan il-pajjiż, bl-istess mod li l-familji tagħnajahdmu lejl u nhar biex jagħtu ħajja aħjar lil uliedhom.”

 

Illum, l-uniku moviment tat-tkabbir ekonomiku huwa dan il-moviment. Il-moviment tal-Partit Laburista. Il-Prim Ministru fisser kif inħolqot klima ta’ fiduċja li ssarrfet f’investiment lokali u barrani,li rriżulta f’ġid akbar għall-familji u n-negozji kollha.

 

“Fl-aħħar erba’ġimgħat biss ħarġu ħames istituzzjonijiet – Fitch, DBRS, Moody’s, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Kummissjoni Ewropea – jikkonfermaw li din is-sena u s-sena d-dieħla Malta se jkollha l-akbar tkabbir ekonomiku minn fost l-ekonomiji kollha Ewropej. Ratingspożittivi u stabbli għal pajjiżna. Waqt li ħaddieħor kien qed imaqdar u jbeżża, l-esperti internazzjonali baqgħu jaraw f’Malta dak il-pajjiż tas-surplus, b’suq tax-xogħol b’saħħtu u bil-qgħad ikompli jinżel fl-iktar livelli baxxi fl-istorja.”

 

Il-Prim Ministru saħaq ukoll kif dan huwa l-uniku moviment tat-tisħiħ soċjali.

 

“Wara friża ta’ ħamsa u għoxrin sena, ħlief għaż-żieda tal-COLA, kellna nkunu aħna li nżidu l-pensjonijiet għal ħames darbiet konsekuttivi. Din is-sena se tkun qed tingħata l-ikbar żieda lill-pensjonanti fl-aħħar erbghinsena.Wara friża taħt amministrazzjonijiet preċedenti, kellu jkun dan il-moviment li ġab lill-imsieħba soċjali kollha flimkien biex jaqblu fuq żieda fil-paga minima. Biżzejjed?Sodisfatt li mexjin fit-triq it-tajba, imma fadal xi jsir. Imma bdejna dan il-vjaġġ u rnexxilna naslu sal-punt li persuna issa ma tistax tagħmel iktar minn sena fuq il-paga minima.”

 

Dan filwaqt li nifhmu li għad fadal familji fir-riskju tal-faqar minkejja l-miżuri li daħħal dan il-Gvern. “U għalina l-faqar qatt ma jista jkun perċezzjoni. Aħna se nibqgħu naħdmu biex ma jkun hawn ebda tifel jew tifla b’imqar ġenitur wieħed f’impjieg, li jgħix jew tgħix fil-faqar. Minn hemm irridu nibdew. Li lit-tfal tagħna, il-ġenerazzjoni li ġejja, permezz tal-edukazzjoni ntuhom l-għodda kollha biex jikbru f’żgħażagħ u adulti ta’ suċċess.”

 

Filwaqt li ndirizza numru ta’ sfidi li dan il-Partit ma jibżax jaffaċċja, il-Prim Ministru emfasizza l-bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet tajbin. Dawn if-deċiżjonijiet jittieħdu meta jkollok in-normalita’, it-trankwillita’ u s-serenita’ fil-pajjiż.

 

“L-isfidi jibqgħu hemm. Imma aħna biss nistgħu nidħlu għalihom u negħlbuhom. Se nkunu qed nagħtuimportanzasħiħalis-sostenibilita’ tal-iżvilupp, filwaqt li nżommu r-ritmu tal-iżvilupp għaddej b’saħħtu. Għaliex fi żmien ta’ ekonomija b’saħħitha, wieħed jistenna li jkun hemm żieda fl-attivita’ tal-kostruzzjoni, u dan hu tajjeb. Iżda rridu nassiguraw żvilupp b’mod intelligenti, li fl-aħħar mill-aħħar jaqbel ukoll għall-iżviluppaturistess.”

 

Robert Abela spjega li dan il-gvern kommess li jibqa’ jaħdem fuq id-drittijiet ċivili u jingħataw opportunitajiet liż-żgħażagħ.

 

“Kommessi li neliminaw kull forma ta’ diskriminazzjoni li tippersisti fis-soċjeta’ tagħna, nkluż fuq il-post tax-xogħol. Impenjati fil-ġlieda kontra l-vittimizzazzjoni u l-ġlieda kontra l-kliem ta’ mibgħeda.Għax nemmnu li dawn ibaxxu l-valur tal-bniedem.Kburi li l-poplu tagħna jemmen li aħna l-Gvern li jista’jlestilil Malta għal għada, għal aktar sfidi.In-nies jafu li pajjiżna miexi fid-direzzjoni t-tajba, l-istess kif jafu li hemm sfidi li rridu niffaċcjaw bħala poplu wieħed maqgħud. Imma il-familji u n-negozji tagħna konvinti li għal dawn l-isfidi hemm biss tweġiba waħda – Il-MovimentLaburista.”

 

Il-Prim Ministru fisser ukoll il-ħtieġa li pajjiżna jkollu Oppożizzjoni b’saħħitha.

 

“Il-Partit Laburista verament għandu lil Malta għalqalbu. Hu għalhekkli ma nieħduxgost b’din il-kriżi fil-Partit Nazzjonalista. Aħna rridu Oppożizzjoni ma’ min nitkellmu, ma’ min niddibattu. Għax meta tħabbat l-ideat, ittejjeb biss tista.Ħasra, għax hi Oppożizzjoni li saħansitra għandna bżonnha minħabba bidliet li rridu naghmlu fil-liġijiet taghna, bidliet kruċjali għall-pajjiż, li għalihom jinħtieġu ż-żewġterzi tal-kamra.”

 

 

Fejn ħaddieħor m’għandu l-ebda kredibilita’ fuq il-governanza, Robert Abela sostna li l-governanza tajba se tibqa’ waħda mill-prijoritajiet ta’ dan il-gvern. “Nemmen li l-governanza tajba għandha tibqa’ waħda mil-prijoritajiet ta’ dan il-Gvern, biex niżguraw li dak li ġara ma jerġax jiġri, kif ukoll għaliex huwa biss b’governanza tajba li f’dan il-mument kruċjali għal pajjiżna, nistgħu niżguraw in-normalita’, l-istabbilita’u t-trankwillita li twassal ghal aktar tkabbir ekonomiku u ħolqien ta’ ġid.”

 

Xhieda ta’ dan huwa l-kumitat tal-kabinett fuq il-governanza fid-dawl tar-rapport tal-Kummissjoni Venezja, l-istat avvanzat fil-proċess biex jinbidel il-mod ta’ kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija f’pajjiżna kif ukoll il-proċess li jinqasam l-irwol tal-pulizija minn wieħed ta’ investigazzjoni u li jmexxu l-prosekuzzjonijiet fil-qorti, għal wieħed fejn il-funzjoni prinċipali tal-pulizija ser tibda tkun dik investigattiva waqt li jibda jkun l-Avukat Ġenerali li jmexxi l-prosekuzzjoni.

 

“Dan hu l-mod kif jimxi pajjiżu l-Gvern konvint li l-principji li jridu jmexxuh ‘l quddiem huma dawk tal-integrita, id-dixxiplina, u s-serjeta`…B’dan mhux ngħid li diżappunti m’għandix. Diżappuntat bl-allegazzjonijiet li smajna dwar abbużi fil-Korp tal-Pulizija fl-aħħar sigħat. Dan hu Gvern li ma se jkollu ebda tolleranza għal dan it-tip t’aġir.”Diżappuntat ukoll minn ċertu tkaxkir tas-saqajn mill-Qrati tagħna. Nifhem li jkollok ċirkostanzi partikolari fejn ċertu dewmien ikun inevitabbli. Iżda li jkollok dewmien esaġerat u mhux ġustifikat mhux aċċettabbli, u kull ġudikant irid jerfa’ r-responsabbilta’ li jiddeċiedi, naħa jew oħra, anke` meta d-decizjonijiet ikunu iebsin.”

 

Iżda fuq kollox, dan hu Partit kburi bil-prinċipji tiegħu, prinċipji li sawwru l-mitt sena li għaddew u huma fundamentali għal-mitt sena li ġejjin.

 

“Kburi li qiegħed immexxi Partit bi prinċipji sodi, partit imnebbaħmill-prinċipji tal-ġustizzja soċjali,il-mobilita’soċjali, l-għaqda nazzjonali, u l-ugwaljanza. Kburi bikom, limhux warajja qegħdin, imma miegħi. Mhux biss biex nirbħu l-elezzjonijiet, imma biex inbiddlu l-ħajjatan-nies għall-aħjar.Biex noħolqu aktar ġid, u biex niżguraw li dan il-ġid jilħaq lil kulħadd.Irridu nkunu hemm għalulieddan il-pajjiż,li jien tant inħobb, għaż-żgħażagħ tagħna, għall-ħaddiema kollha, għal min iħaddem, għall-familji, għall-anzjani, ghall-pensjonanti. U għalhekk liflimkien miegħi, intom, aħna se nkomplu noholqu minn dan il-moviment storja ta’ suċċess. Flimkien.  Jien nemmen fikom.Kburi bikom.Use nibqa’nagħti l-enerġija kollha tiegħi għalikombiex flimkieninkomplu mmexxu lilMalta u lil Ghawdex ‘l quddiem lejn aktar successi.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 70
  • Shares: 41
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 91
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 317
  • Shares: 41
  • Comments: 23

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
4 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 543
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

Well done!!

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek