• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

November 1, 2020

“Ingħaqadna f’moviment biex tajna futur aħjar għal pajjiżna” Il-PM

“Dan kien Baġit li jixhed ir-rieda tagħna li naħdmu għal kull Malti u Għawdxi.”

Qal dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela waqt attività politika fi Pjazza San Ġorg, fil-Belt Valletta, il-Ħadd filgħodu. Attività li kienet konformi mad-direttivi kollha mill-Awtoritajiet tas-Saħħa b’rabta mal-pandemija.

It-tema prinċipali tal-indirizz tal-Prim Ministru Abela kienet il-Baġit li tħabbar għas-sena d-dieħla. Baġit li fuq kollox jixhed ir-ruħ soċjali ta’ dan il-Gvern.

“M’għidniex għandna pandemija u mmorru għal politika ta’ awsterità kif għamel ħaddieħor fl-2008 u l-2009 meta l-kriżi ekonomika kienet inqas serja minn dik li għandna llum.”

Fil-fatt, il-Prim Ministru Robert Abela spjega kif il-konferma li dan kien l-aqwa Baġit li qatt ra pajjiżna waslet mingħand il-Kap tal-Oppożizzjoni nnifsu wara d-diskors xott u negattiv li kellu fil-Parlament ftit tal-jiem ilu.

“In-nies ma tinsiex. Il-poplu Malti u Għawdxi, il-ħaddiema ma jinsewx. Il-Baġit mhuwiex diskors jew kliem imma dak li n-nies jaraw fil-Gvern tagħhom u dak li l-familji tagħna jgħidu, kif se nista’ npoġġi aktar fuq il-mejda. Dan dak li għamel dan il-Baġit. Ta tama, kuraġġ u futur aħjar għal pajjiżna.”

Lin-negozji f’pajjiżna, il-Prim Ministru rringrazzjahom għall-kuraġġ kbir li wrew f’dawn l-aħħar xhur minkejja d-diffikultajiet kbar li ġabet magħha l-pandemija. Hawnekk il-Prim Ministru tenna l-għajnuna li ta l-Gvern permezz ta’ rawnd ieħor ta’ vawċers.

“Il-miżura tal-vawċers waħedha ġġenerat konsum daqs kemm kienu jiġġeneraw 40,000 turist.”

Il-Prim Ministru semma wkoll iċ-certifikat li ngħata pajjiżna din il-ġimgħa mill-Eurostat hekk kif Malta għandha l-inqas rata ta’ qgħad fiż-żona ewro. Dan fi żmien partikolari fejn il-qgħad madwar l-Ewropa kollha jinsab tiela’ ‘l fuq fosthom f’pajjiżi bħall-Olanda u l-Ġermanja.

“Din il-ġimgħa reġa’ kellna ċertifikat mill-isbaħ mill-Eurostat fejn pajjiżna ġie ċċertifikat li f’dawn l-aħħar 4 xhur kellu l-inqas rata ta’ qgħad fiż-żona ewro. Dawn huma r-riżultati tas-suċċess. Mhux biss l-inqas rata ta’ qgħad fiż-żona ewro imma l-iktar punt importanti, li filwaqt li f’pajjiżi oħrajn il-qgħad tiela’ ‘l fuq, f’Malta l-qgħad dejjem nieżel l-isfel u l-istatistika li ħadem il-Eurostat fuqha kienet tasal sa Settembru u l-4 xhur ta’ qabel. L-istess f’Ottubru erġajna nkomplu nnaqqsu l-qgħad.”

Sostna kif dan wasal grazzi għall-interventi mill-aktar effettivi tal-Gvern tul dawn l-aħħar xhur permezz ta’ miżuri li jindirizzaw l-effetti tal-pandemija.

F’din l-attività politika tkellmu wkoll Dr. Fleur Abela u l-analista finanzjarju Steve Ellul fejn it-tnejn rrimarkaw fatturi mill-aktar pożittivi dwar il-Baġit 2021.

Dr. Abela saħqet kif dan kien Baġit jieħu ħsieb liż-żgħir permezz ta’ miżuri bħaż-żieda fil-pensjonijiet, l-għotja ta’ ġurnata oħra leave, u ż-żieda fiċ-children’s allowance. Hija rrimarkat ukoll l-impenn ta’ dan il-Gvern favur il-governanza t-tajba f’pajjiżna. Impenn rifless f’ħemel ta’ riformi f’qasir żmien li ntroduċa Gvern Laburista.

Steve Ellul iddeskriva dan il-Baġit bħala wieħed uniku minkejja l-pandemija. Spjega li bħala analista finanzjarju ma setax ma jinnotax allokazzjoni ta’ €90 miljun aktar mis-sena l-oħra fil-qasam soċjali. Qal ukoll li dan il-Baġit jipprovdi viżjoni ekonomika fit-tul. Fost oħrajn semma l-mira li Malta tkun ħielsa mill-karbonju sas-sena 2050 u l-viżjoni li l-pajjiż imur lejn ekonomija diġitali.

“Naħdmu b’politika ta’ ġid favur pajjiżna” Il-PM

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-ħsara kontinwa li qed issir lil pajjiżna minn esponenti tal-Partit Nazzjonalista quddiem il-Qorti Ewropeja tal-Ġustizzja. Dan minkejja r-riformi kbar li għamel pajjiżna fis-saltna tad-dritt, fosthom il-proċess ta’ ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija ġdid u r-riforma fil-ħatra tal-Ġudikatura.

“Ir-riformi li għamilna mhux biss ġabu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropeja, tal-Kummissjoni Venezja imma saħansittra qablu magħna l-Oppożizzjoni. Saħansittra qablet magħna s-Soċjetà Ċivili…Mela tgħiduli x’sens hemm li tipprova twaqqa’ sistema ta’ ħatra kif kienet fil-passat meta din spiċċat? Dan biex taraw il-ħsara li qed jippruvaw jagħmlu lil pajjiżna barra minn xtutna.”

Hawnekk, il-Prim Ministru appella għal politika ta’ ġid minflok inkissru lil pajjiżna bħalma qed jagħmel il-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja.

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar l-istqarrija li ħareġ il-Partit Nazzjonalista fejn iddistakka ruħu minn kandidat tiegħu, li ffalsifika dokument. Dan minkejja li deputat ewlieni tal-Partit Nazzjonalista ukoll kien instab ħati ta’ dan ir-reat u l-Kap tal-Oppożizzjoni nnifsu stess evita milli jħallas ammonti ta’ taxxa u VAT.

“Dan kif jirraġuna l-establishment. Liġi għall-Allat u liġi għall-annimali imma ħbieb tiegħi aħna differenti minn hekk u ma nemmnux b’politika ta’ żmien l-Assedju l-Kbir imma politika li tixhed stat membru kburi fl-Unjoni Ewropeja.”

Il-Prim Ministru sostna l-impenn tiegħu wkoll li jenforza l-prassi li jekk xi ħadd ikun f’kariga ta’ tmexxija ta’ entità jew awtorità mal-Gvern ma jistax ikun qed imexxi kumpanija jew interessi privati tiegħu.

Dwar nuqqas tal-life insurance għal dawk b’kundizzjonijiet mediċi, il-Prim Ministru Robert Abela qal li se jkun qed jagħti d-direzzjonijiet neċessarji sabiex din l-anomalija tiġi solvuta.

“Ħbieb tiegħi dan huwa Gvern li jħobb lin-nies. L-imħabba mhijiex slogan. L-imħabba hija dak li tikkaratterizza l-politika tagħna, li tkun tħobb lin-nies, li tibqa’ viċin in-nies u mhux viċin meta tasal id-data tal-elezzjoni. Viċin is-sena kollha.”

Fil-konklużjoni tiegħu, il-Prim Ministru wiegħed aktar ħidma sfieqa favur il-pajjiż.

“Inwegħdkom ħidma, impenn sabiex inkomplu nagħmlu minn Malta u Għawdex pajjiż dejjem aqwa. Għawdex u Malta isbaħ flimkien Maltin u Għawdxin b’saħħittna ‘l quddiem.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
8 hours ago
Partit Laburista
1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn. 

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org

1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn.

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 57
  • Shares: 61
  • Comments: 1

Comment on Facebook

Partit Laburista
15 hours ago
Partit Laburista
RENEW

Ingħaqad magħna! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 51
  • Shares: 62
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
Ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista

It-twemmin soċjalista tagħna qatt mhu se jħallina nkunu indifferenti. Għalhekk għandek tingħqad magħna s-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 58
  • Shares: 46
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL DAK KOLLU LI QED TAGHMLU GHAL Malta 🇲🇹 👌 GVERN Tar- RIFORMI, TA' VERU GHAX MA JIBZAX JEHODHOM.

Tajjeb

socjalista ??? din xi tkun dil kelma ?? grazzi rajtha qalbek

PAROLI FIL VOJT U FEJN THARES TARA L HBIP TAL HBIP.

Hadd ma jaqa lura imma malta waqet lura ghax mill hazin ghall ghar

Ghadu Partit Socjalista,fil Verita m ghadux..

Dr Abela il bank ghandu il policies tieghu jigiefiri u mhux ha jiehu riskju kbir biex issellef flus lil nies mhux daqsek stabli.

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 119
  • Shares: 93
  • Comments: 3

Comment on Facebook

Great picture Alfred Sant

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 639
  • Shares: 144
  • Comments: 50

Comment on Facebook

Prosit lil prim ministru, li qed jaghmel xoghol tajjeb hafna, imma nahseb minnu l isfel, hemm bzonn li jistmaw iktar lil min dejjem kien wara l partit biex illum jinsabu fejn qedin, ghax mid dehera, qed jonqsu l membri. U din se tirrifletti l quddiem.

Tinsewx toruhom ir raba sular

Well done to our Prime minister Robert Abela 👏👏❤️❤️

Kif tiskadili t tessera ma nergax ingeddida zgur li le ! Morru aqdu lin Nazzjonalisti kif ghamiltu qabel lelezzjoni ha tigbru l voti min hemm.

Luana Borg nies jihdu flats ,min partit ihor juru ic cwivet

Ajma hej. Kic gidep bhas soltu. Gidep. Anke l ihor Bendu ta. Gidep bis min Boby u Bendu. Hxejtuwh pajis. Zewg partijti tahxu lil Malta u lin nis.

Prosit lil mexxej Dr Robert Abela, lill-Amministrazzjoni tal-Partit u lil volontiera kollha.

Well done 👍

Issa jhallass lil min qdejtu mil koxxa. Hadd wara hadd tasal ta kullhadd. Jien meta fittixt lajnuna ma sibt lil hadd. Titnejku bin nies min ghalikom tridu.iggifuli lemm

done

Dak li gralkom hallejtu lil l-isviluppaturi jaghlu li ir-riedu mintoff biss hu hatt ghall haddiem

Prosit

Iridu jkeċċu nies mi djar, u jriduna nhallsu tessera. No

Prosit

Ghal hbieb tal hbieb biss!!!

Re New = Abort

Ara jistghux flok flus jghatu bottijiet u fliexken tal-plastik. Mhux fil-magni imma... Minn hemm. Kulhadd jiġi bil-boroz tal-fliexken u bottijiet...

Prosit dr abela u team tieghu

Prosit

ghandhom bzonn il flus ghax naqsulhom il bhahen

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL BIDLA TA' RIFORMI KBAR LI WETTAQTU.

Proset

Arani fuq quddim se nkun

Erfawli post quddiem.

Proset

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek