Għin
lill-Partit Laburista
March 21, 2019
Inwettqu dak li ma riedx il-PN
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Inwettqu dak li ma riedx il-PN
B’dak imħabbar illum il-Gvern se jkun qed iwettaq bidliet li kwart ta’ seklu ta’ gvernijiet nazzjonalisti ma kinux kapaċi jwettqu.
Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja, li l-gvern se jkun qed jimplimenta, huma bidliet għal liġijiet li huma wirt ta’ gvernijiet nazzjonalisti. Għax meta kien fil-poter il-Partit Nazzjonalista kien komdu jħalli kollox kif inhu. Li kien għall-Kap tal-Opppożizzjoni wkoll il-Kummissjoni Venezja lanqas ġiet Malta għax meta sejħilha l-gvern preżenti Adrian Delia kien ħareġ jgħajjar il-gvern.
Dan il-gvern differenti. Hu gvern li diġa’ bidel ħafna u l-bidliet li saru kienu mfaħħra mill-Kummissjoni Venezja u istituzzjonijiet internazzjonali oħra. Issa se nkomplu nimmodernizzaw is-sistemi demokratiċi ta’ pajjiżna. Għax dan il-gvern id-demokrazija jsaħħaħha bil-fatti u mhux iparla biss dwarha meta fl-oppożizzjoni.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.