Għin
lill-Partit Laburista
April 1, 2019
Ir-rappreżentanti tal-PN ħadmu kontra Malta u issa ma jistgħux ikunu kredibbli
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Ir-rappreżentanti tal-PN ħadmu kontra Malta u issa ma jistgħux ikunu kredibbli
Il-Partit Nazzjonalista ma jistax ikun kredibbli meta jitkellem dwar Sven Giegold u t-talba tiegħu biex jiskatta artiklu 7 kontra Malta. Għal ħames snin sħaħ l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista rewħu kemm felħu biex nies bħal Giegold u oħrajn jipprovaw jimminaw l-interess ta’ Malta speċjalment fis-settur finanzjarju.
Dan għax kien mingħalihom li b’hekk se jwaqqgħu l-gvern.
Illum, għax jirriżulta li l-Maltin għarfu sew x’kienet il-kampanja tar-rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista, l-istess partit ħareġ jipprova jattakka l-gvern għad-dikjarazzjonijiet ta’ Giegold dalgħodu.
Iżda, il-poplu Malti jaf li f’delegazzjonijiet li ġie fihom Giegold spalla ma’ spalla miegħu kien hemm Roberta Metsola u David Casa. Il-Gvern u l-Partit Laburista kienu fuq in-naħa l-oħra jiddefendu lil Malta. Issa tard wisq biex xi ħadd jemmen li ma riedux jagħmlu ħsara l-pajjiżna.
Għalhekk huwa biss il-Partit Laburista li jista’ jkun kredibbli meta jgħid li se jiddefendi isem ma’ Malta. Fuq kollox kieku l-PN ried ikun kredibbli kien jivvota differenti fil-Parlament Ewropew. Il-paroli tal-istqarrija tal-lum ma jiswa xejn.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.