Għin
lill-Partit Laburista
April 24, 2019
Ir-risposta lil min ma riedx elezzjoni hija l-vot
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Ir-risposta lil min ma riedx elezzjoni hija l-vot
Li kien għall-Partit Nazzjonalista, il-familji u l-votanti fi tlieta u għoxrin lokalita’ ma jivvotawx fl-elezzjonijiet lokali tal-25 ta’ Mejju li ġej. F’konferenza tal-aħbarijiet il-Partit Laburista tkellem dwar kif ir-risposta lil min ma riedx elezzjoni hija l-vot.
Il-Ministru Owen Bonnici fisser kif dawn il-lokalitajiet huma kważi kollha lokalitajiet fin-nofsinhar ta’ pajjiżna. “U dan huwa l-mod ta’ kif il-Partit Nazzjonalista jrid jitratta lir-residenti tan-naħa ta’ isfel ta’ pajjiżna fejn irid li jċaħħdilhom id-dritt bażiku li jivvutaw,” qal il-Ministru Bonnici.
Is-Segretarju Parlamentari, Silvio Parnis, saħaq li huwa l-Partit Laburista li verament jemmen fil-kunsilli lokali u mhux il-Partit Nazzjonalista li jitkellem tant dwarhom. Tkellem dwar kif il-gvern xpruna riforma sħiħa fil-kunsilli lokali. “Għall-ewwel darba tajna €3.1 miljuni għar-reġjuni tagħna fejn ukoll tajnihom responsabbiltajiet tanġibbli,” qal Parnis.
Is-Segretarja tal-Eżekuttiv Nazzjonali Lydia Abela fissret li “din hija logħba antika tal-Partit Nazzjonalista, logħba li diġa rajnih jilgħabha fil-passat. Din it-tattika li ġejja min ma jitlifx okkażjoni waħda li jiftaħar li kien hu li ħoloq il-kunsilli lokali, tattika li tkompli tesponi fil-beraħ l-ipokrezija grassa fi ħdanu meta qed jipprova jostor lin-nies milli joħorġu jivvutaw.”
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.