• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

August 23, 2020

“Ir-riżultati tal-Covid-19 f’pajjiżna ma ġewx b’kumbinazzjoni” – PM

“Il-fatti llum juru li l-Gvern kellu managment tajjeb fil-pandemija. Kien hemm drabi fejn stajna konnha aħjar iva. Peró trid tara li din sitwazzjoni li kienet bla preċedent mingħajr ma kellna manual li nimxu fuqu.”

 

Sostna dan il-Prim Ministru Robert Abela waqt intervista mas-sit Lovin Malta hekk kif rrimarka l-mod tajjeb li l-Gvern mexxa dan il-pajjiż fi żmien ta’ inċertezza kbira.

 

Il-Prim Ministru aċċenna għaċ-ċifri li għandhom x’jaqsmu mal-pandemija f’pajjżna u spjega kif dawn ma ġewx b’kumbinazzjoni. Fosthom semma n-numri rekord ta’ testijiet li qed isiru ta’ kuljum sabiex pajjiżna jkollu stampa dejjem aktar ċara tas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna.

 

Aċċenna għan-numru żgħir ta’ pazjenti fl-isptarijiet tagħna. Numri li jixhdu wkoll kemm pajjiżna għandu waħda mill-aqwa sistemi ta’ saħħa fid-dinja.

 

“Is-sistema tas-saħħa f’pajjiżna qed turi kemm hija b’saħħitha u kemm hija reżistenti u dan huwa punt li qed jiddistingwina minn pajjiżi oħra.”

 

Mil-lat ekonomiku l-Prim Ministru faħħar il-bilanċ li sab dan il-Gvern bejn is-saħħa u l-ekonomija hekk kif fost oħrajn irnexxielu jikkontrolla b’mod tajjeb ħafna ir-rata tal-qgħad f’pajjiżna.

 

“Trid tiftakar fuq kollox li ma jistax ikollok ekonomija b’saħħitha jekk is-saħħa tal-poplu ma tiġix imħarsa u ma jistax ikollok is-saħħa tal-poplu li tiġi mħarsa jekk ma jkollokx ekonomija b’saħħitha. Kontinwament trid iżżomm dan il-bilanċ u għal daqstant f’dawn l-aħħar xhur nedejna dawk il-miżuri biex żammejna l-impjiegi f’pajjiżna milli jintilfu. Kienu effettivi u ħadmu. Għalhekk irridu naraw li fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin wieħed irid jikkunsidra ċ-ċirkostanzi kollha u naraw li dak kollu li ħdimna għalih li ma jintilfux l-impijiegi, irridu naraw li dik is-sitwazzjoni tibqa’ hemmek.

 

 

“Jien persuna li rrid inkun skrutiniżżat mill-midja indipendenti” – PM

 

“Kruċjali li l-midja nibqgħu niftakru li hija wieħed mill-pilastri ewlenin fid-demokrazija ta’ pajjiżna. Messaġġ żgħir biex nuru kemm bħala Gvern nemmnu fl-importanza tal-midja fid-demokrazija f’pajjiżna hija l-mod kif tul il-pandemija tal-Covid-19 sostnejna b‘mod b’saħħtu finanzjarjament lill-midja indipendenti, lill-midja kollha u dan sabiex naraw li iva l-Gvern ikun skrutiniżżat.

 

Hekk sostna l-Prim Ministru meta kien mistoqsi dwar il-midja f’pajjiżna.

 

Meta kien mistoqsi dwar it-tneħħija tal-programm Xarabank mill-Bord tal-PBS il-Prim Ministru qal li huwa qatt ma fforma parti mill-Bord editrorjali tal-PBS.

 

“Id-deċiżjoni dwar Xarabank ittieħdet wara li ħareġ il-programming statement of intent. Ittieħdet mill-Bord editorjali tal-PBS u ma kien hemm l-ebda indiħil politiku. Dan ikkonfermah iċ-Chairman tal-PBS…Jiena għandi fiduċja sħiħa fil-Bord Editorjali tal-PBS li jagħmel ir-riformi kollha meħtieġa. Il-fatt huwa li l-programm li bdejt tagħmel referenza  għalih ilu jixxandar għal 23 sena peró żgur li kien hemm forma ta’ indħil politiku u jiena ma nidħolx fid-deċiżjonijiet li jagħmel il-bord Editorjali tal-PBS.

 

Il-Prim Ministru ħabbar ukoll li bħala fuq livell ta’ Gvern qed issir ħidma fuq riforma tal-Broadcasting Policy b’mod ħolistiku.

 

Intant meta mistoqsi dwar l-istazzjonijiet politiċi f’pajjiżna l-Prim Ministru stqarr li għandu jkun hemm disseminazzjoni fattwali tal-informazzjoni fuq kull livell madankollu jemmen dwar il-pluraliżmu fix-xandir.

 

“Jiena nemmen fil-pluraliżmu fix-xandir u għal daqstant kif il-Knisja għandha l-istazzjon tagħha, il-partiti politiċi għandhom l-istazzjonijiet tagħhom. L-importanti huwa li nkunu fattwali fit-tqassim u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni.”

 

 

“Qed nifhem is-sentiment u nħoss il-weġgħat ukoll” – PM

 

Dwar l-immigrazzjoni f’pajjiżna l-Prim Ministru qal li qed jisma’ l-poplu Malti u Għawdxi u jifhem is-sentimenti tiegħu fuq dan is-suġġett tant sensittiv.

 

Sostna li dan il-Gvern qed jaħdem qatiegħ madankollu fl-istess ħin huwa obbligat b’liġijiet internazzjonli li jekk jiġu njurati pajjiżna jaffaċċja konsegwenzi koroh .

 

Minkejja dan stqarr li meta wieħed jikkumpara ma’ Lampedusa, Malta ħadet numru ferm inqas ta’ immigranti. Dan anke grazzi għall-ħidma sfieqa tal-Forzi Armati ta’ pajjiżna.

 

“L-armata tagħna qed tagħmel minn kollox biex tikkordina s-salvataġġ… L-ewwel strateġija hija dik li qed naħdmu biha ġewwa l-Libja. Li nnaqqsu kemm nistgħu l-wasliet tal-immigranti. Issa nfakkar ukoll li meta aħna waqqafna b’metodi permessibli l-waqfa ta’ immigranti f’pajjiżna, spiċċajna l-Brigadier, numru ta’ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta u jien litteralment quddiem inkjesta maġisterjali li kieku sabitna responsabbli konnha naffaċċjaw il-piena ta’ għomor il-ħabs għax ġejna akkużati bi qtil.

 

Dwar il-118 immigrant li daħlu f’pajjiżna, il-Prim Ministru qal li l-Gvern huwa obbligat jsalva immigranti li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ bejn ħajja u mewt. B’hekk sostna l-importanza li fl-istess ħin li daħlu l-immigranti, pajjiżna jibqa’ jaħdem fuq il-mekkaniżmu tar-rilokazzjoni.

 

Dan filwaqt li kull persuna li tidħol f’pajjiżna tirrispetta l-liġijiet ta’ pajjiżna.

 

“Kull persuna li tidħol f’pajjiżna u ma tosservax il-liġijiet ta’ pajjiżna se teħel il-konsegwenzi tan-nuqqasijiet tagħha. Dak huwa prinċipju li jrid ikun ċar u hemmek fejn tidħol iż-żieda ta’ policing. Iżjed policing u qed issir ukoll spjegaha l-Kummissarju tal-Pulizija wkoll. Min ma josservax il-liġijiet se jkollu konsegwenzi u se jkollu konsegwenzi ħorox. Nispera li umbgħad ma jiġix l-argument li għax qed ikollna policing serju. Din mhux kwistjoni ta’ razziżmu. Din kwistjoni li ma tistax tħalli n-nies tagħna jibżgħu jew jiddejqu joħorġu fit-triq. Jiena Prim Ministru tal-Maltin u l-Għawdxin. L-ewwel prijoritá tiegħi hija li nipproteġi lill-Għawdxin u lill-Maltin.

 

Meta mistoqsi dwar l-aħħar xhur tiegħu fit-tmun il-Prim Ministru sostna li huwa kburi li l-poplu Malti għażlu sabiex imexxi l-pajjiż f’dan il-mument diffiċli.

 

“Il-messaġġi konsistenzi li tajna fuq governanza tajba fost l-oħrajn, li iva nemmnu f’governanza tajba, nemmu li għandna nsaħħu l-istituzzjonijiet, tajna wkoll messaġġ fil-Kummissarju tal-Pulizija, issa wkoll bidla fl-Avukat Ġenerali, il-Prim Imħallef. Ara kemm tajna messaġġi riforma fil-Korp tal-Pulizija. Il-mod kif għalaqna d-djalogu mal Venice Commission u implimentajna l-liġijiet. Il-metodu ta’ ħatra tal-President tar-Repubblika l-ġdid, tal-Prim Imħallef bi qbil unanimu mal-Oppożizzjoni. Il-fatt li s-sistema ta’ ġustizzja tagħna ma tħarisx lejn uċuħ u għalhekk ngħid li kburi li ħadt it-tmun tal-pajjiż f’idi fit-13 ta’ Jannar li għadda u kburi li ma kontx kaptan tal-bnazzi imma kaptan tal-maltemp…Kburi li fuq kollox ħdimt b’imħabba lejn in-nies tagħna u tajt dak kollu li stajt għal pajjiżna flimkien mal-bqija tat-tim tiegħu u kburi li se nibqa’ nagħmel hekk. ”

 

 

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
13 hours ago
Partit Laburista
RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela

RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 173
  • Shares: 20
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
18 hours ago
Partit Laburista
Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna.

Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 719
  • Shares: 64
  • Comments: 61

Comment on Facebook

Mhux hekk wara li armejtuna u taghituna b sieq .. Gej il bikki rega . Armi lemm qaziztu l alla tiklu wahidkom.

Grazzi tax xghol kollu li qijghad jghamel il partit pero isimghaw lilmenti tan nies gusti

Il-partit li jiġbed in-nies dejjem lejh. Qatt qabel ma kien hawn partit li żamm maġġoranza assoluta daqs illum. Grazzi għall-gvern u l-partit Laburista❤️🌹🇲🇹

Ara ma jigbdilkomx IL bieb mieghu GAHAN

Kien nofs t'nhar eccelenti. Prosit ta' l-innizjativa. U prosit lill-volontiera kollha.

Ahjar tifthu l bibien biex tiltaqu mal familjari tal vittmi tal konstruzjoni li tinsab bla kontroll.

Good morning ☀️

Good morning❤

Min Mmaqdar Rrid Jixtri Hommor

Mela l- kontra li qed jigri fil- Pieta 😆 🤣 😂

Minn hu armat u minn hu zarmat proset PL

Good morning ☀️

Good morning❤

Good morning❤

Well done!!

Good morning

Prosit u grazzi li tajtu din l-opportunita lil nies sabiex jigu l-CNL.

Suldati ta'l azzar fil kju

Tistaw tifthu il bieb tal bejd alija ghax qat mintom atarawni izjedd qass biex nerga nivota u tesera qas inhalasa iktar

Viva l Labour

Tistaw tifthu t twieqi ukoll ta ha tibdlu ftit larja ukoll. :)

Proset

Dawk laqas jivitaw darba ohra

Ma taghmilx differenza jifthu l.bibien

Grazzi u proset

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Open Day fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista miftuħ għall-pubbliku s-Sibt li ġej mid-09:00 sas-13:00.

Ingħaqad magħna 🔴
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 80
  • Shares: 107
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Inizzjattiva sabiha li jinghata ktieb b xejn mal membership . U Dawk li hallsu online ?

XAXQA. KEM SE TITOLBUWOM DONEJXIJN?

jekk jogħġbok ħallili messaġġ fil-privat, għandi xi affarijiet xi ngħidilkom li jistgħu jkunu ta' interess għalik

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 22
  • Shares: 6
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 64
  • Shares: 41
  • Comments: 4

Comment on Facebook

God Bless

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

The best

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek