• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

May 2, 2019

Ir-ruħ soċjali qawwija li jħaddan dan il-Gvern tispikka

Maħruġa mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Partit Laburista

 

Ir-ruħ soċjali qawwija li jħaddan dan il-Gvern tispikka

 

Ir-ruħ soċjali qawwija li jħaddan dan il-Gvern tispikka, speċjalment favur dawk li għandhom bżonn illi jingħataw imbuttatura sabiex jimxu ‘l quddiem, sabiex jingħataw l-għajnuna kollha li hemm bżonn ħalli huma wkoll jkunu jistgħu jirnexxu u jimxu ‘l quddiem. Dan qalu dalgħodu s-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis waqt konferenza tal-aħbarijiet miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista li kienet indirizzata wkoll mill-kandidati għall-Parlament Ewropew Josianne Cutajar u Miriam Dalli.

 

Is-segretarju Parlamentari saħaq li l-qasam soċjali huwa fiċ-ċentru tal-politika ta’ dan il-Gvern.  Il-budget għal din is-sena fil-qasam soċjali huwa budget rekord, ħamsin fil-mija iżjed minn dak li kienu jonfqu. Wieħed minn kull €3 li jonfoq il-Gvern, jonfoqhom fil-qasam soċjali. Huwa sostna li fil-qasam tad-diżabilità, qed jonfqu €23M, sabiex jagħtu servizzi fil-komunita lill persuni b’diżabilita u li jagħtu support b’saħħtu lill-familjari tagħhom. Huwa kompla li fetħu tnax il-dar fil-komunita għal persuni b’diżabilità bħala parti mill-proġett soċjeta ġusta, kif ukoll daħlu servizzi ġodda ta’ respite. Spjega li fil-qasam tal-anzjanita attiva għandhom budget rekord ieħor ta’ €154M, tlett darbiet aktar milli kienu jonfqu, biex l-anzjani tagħna jgħixu b’dinjita u jgħixu komdi kemm jekk ikunu fis-soċjeta jew jidħlu f’xi dar residenzjali.

 

Anthony Agius Decelis ħabbar l-ikbar proġett fil-qasam soċjali f’dawn l-aħħar 40 sena. Bħala gvern qed ninvestu €110M biex fi 38 sit differenti madwar Malta u Għawdex jinbnew 1180 apartament ġdid fil-qasam soċjali. Fi żmien li ġej ser iħabbru inizjattivi ġodda biex ikomplu jżidu dawn 1180 apartament, għax dan huwa Gvern li ma jinsa lill ħadd. Huwa kompla li dawk il-persuni li għaddew fil-bidu tal-ħajja tagħhom minn xi esperjenzi u ma kellhomx biex iħallsu l-ewwel 10% tal-propjeta għinuhom mhux biss fl-aspett soċjali imma wkoll billi tawhom in-nutar b’xejn. Semma wkoll l-iskema tal-equity sharing fejn min għandu ċerta eta u ma jistax jieħu loan mal-banek ser jgħinuh u ħa jidħlu għalih bħala Gvern.

 

“Għalhekk Malta hija f’qalbna, għaliex tfisser li jkollok lill-familji, n-nies, ż-żgħażagħ, l-anzjani, il-persuni b’diżabilità, it-tfal u l-ħaddiema f’qalbek,” sostna s-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis.

 

Il-Kandidata Josianne Cutajar sostniet li Malta hija f’qalbna bil-fatti għax dan huwa pajjiż li qed jinbidel ta’ kuljum għall-aħjar. Sostniet li dan huwa dak li jiddistingwi dan il-moviment mill-bqija, għaliex dejjem inħarsu ‘l quddiem u naraw kif nistgħu nagħmlu iktar. Gvern li minkejja li kiseb tragward wara l-ieħor ikompli jaħseb kif jista’ jġib il-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin iktar ‘l quddiem. Rieda għal iktar ġid u suċċess.

 

Josianne Cutajar saħqet li d-diskors tal-Prim Ministru lbieraħ kien wieħed viżjonarju, wieħed ta’ Kap, ta’ Statista illi għandu pjanijiet għall-pajjiż u għall-poplu tagħna. Viżjoni li qed tixpruna l-pajjiż dejjem ‘l quddiem. “Ilkoll nafu l-bidla illi saret. Is-soċjeta li hija iktar ugwali qed timxi għal dik iktar inklussiva. Opportunitajiet akbar għal mara, anzjani li llum il-ġurnata qed jgħixu aktar komdi. Ħaddiema li għandhom xogħol. Miżuri favur il-familja u ż-żgħażagħ tagħna li qed jaraw aktar opportunitajiet. Stabbilita ekonomika li qed tgħina nimxu għal iktar ġid u dan grazzi għall-għaqal ta’ dan il-Gvern, anka l-fiduċja ta’ l-investituri u n-negozjanti u l-bżulija tal-ħaddiema tagħna,” tenniet Josianne Cutajar.

 

Josianne Cutajar sostniet li dan hu is-sabiħ tal-ewropa li ħolmu biha snin ilu, li llum il-ġurnata tinstab f’pajjiżna. Issa Gvern Laburista qed jaħseb biex iħejji lill Malta u Għawdex tagħna għal futur, biex uliedna jsibu bażi dejjem soda u biex ma jsibux dejn li ħaddieħor qalilhom li jridu jħallsu huma u ulied uliedhom. Is-surplus li rreġistra l-Gvern wieħed wara l-ieħor, qed jibni saff fuq saff, infratsruttura tal-futur ta’ pajjiżna. Se jsir investiment fil-qasam ambjentali, ser jingħata aktar impenn lejn spazji miftuħa sabiex l-individwi jkunu jistgħu igawdu ħin ta’ mistrieħ u kwalita għall-arja aktar nadifa. Qed jsir investiment b’saħħtu anke fl-innovazzjoni bħal blockchain, artificial intelligence, esports u oqsma oħrajn li jfisser aktar xogħol għaż-żgħażagħ tagħna, iktar ħolqien u tkabbir fl-ekonomija tagħna. Qed inħejju wkoll l-infrastruttura fiżika bi proġetti kapitali, anke tat-toroq tagħna. Dawn ser ikomplu jogħlu lill pajjiżna ‘l fuq.

 

Il-kandidata Miriam Dalli qalet li dan kollhu jiġbor ukoll mal-viżjoni ta’ fejn aħna rridu nieħdu lill-pajjiżna anka fuq livell ta’ Unjoni Ewropea. Qalet li nemmnu li mhux biss titkellem dwar l-Unjoni Ewropea, imma trid tgħix l-Unjoni Ewropea u trid tgħix il-valuri Ewropej.

 

“Inutli tiftaħar li daħħalt lill-pajjiżek fl-Unjoni Ewropea jekk mbagħad tipprova ddawwar dak il-fatt kontra pajjiżek stess. L-Ewropa hija bbażata fuq il-paċi, djalogu, tolleranza,ugwaljanza u fuq ir-rispett reċiproku u aħna bħala Moviment ngħixuhom ta’ kuljum sew f’pajjiżna u sew meta imorru nirrapreżentaw lill pajjiżna fil-fora Ewropej. Tul is-snin ħdimna qattiegħ biex minn din is-sħubija nagħmlu suċċess bħala pajjiż, fejn lill pajjiżna f’dawn l-aħħar sitt snin bdilnieħ fejn qabel konna nitkellmu fuq deficit illum nitkellmu dwar surplus, fejn qabel konna nitkellmu fuq l-ogħla rati ta’ qgħad fost il-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea llum ninsabu mal-aħjar pajjiżi fl-Unjoni Ewopea. U rridu nkomplu naċċertaw ruħna biex naħdmu sabiex lill pajjiżna nżommu nżommuh fost l-aqwa fl-Unjoni Ewropea. L-istess kif għamilna bil-ħidma tagħna matul dawn l-aħħar snin fil-Parlament Ewropew,”sostniet Miriam Dalli.

 

Miriam Dalli qalet li l-fatt li aħna ġejjin minn l-iżgħar pajjiż fl-Unjoni Ewropea lilna ma jbeżżana xejn għaliex nafu li tista’ tagħmel suċċess jekk tkun determinat li tagħmel suċċess. Għamilnih f’pajjiżna u qed nagħmluh ukoll fil-fora Ewropej u dak huwa l-interess tagħna irrelevanti minn jkun hemm fil-Gvern. Sostniet li l-interess tagħna huwa li dejjem inżommu isem pajjiżna l’ fuq u naċċertaw ruħna li nagħtu l-aħjar lill familji, ċittadini, ħaddiema, żgħażagħ, anzjani u lit-tfal tagħna.

 

“Min m’għandux fiduċja f’pajjiżna, sempliċiment għaliex l-partit tiegħu mhuwiex fil-Gvern, ikollu sens ta’ inferjorità li jipprova jagħmel ħsara lin-nies tagħna u lill pajjiżna. Jien naf xi ħsara saret lill pajjiżi għax għexta u naf għaliex rajt id-differenza f’ attitudni ta’ MEPs li ġejjin minn pajjiżi differenti u naf għaliex kellna MEPs minn dan il-pajjiż li f’kull okkażjoni ippruvaw imorru jiġru quddiem l-Istituzzjonijiet Ewropej,” qalet Miriam Dalli.

 

Miriam Dalli sostniet li l-konsistenza ta’ dan il-moviment żammejniha matul is-snin meta konna fl-Oppożizzjoni u anka issa li qegħdin fil-Gvern. Kapaċi nsibu soluzzjonijiet għal dan il-pajjiż, soluzzjonijiet fuq livell Ewropew u soluzzjonijiet li jistgħu jagħmlu bidla pożittiva fil-ħajja tan-nies. Sostniet li għalhekk l-għażla quddiem il-poplu hija ċara, għażla bejn min ma tiliefx okkażjoni waħda biex jagħmel bsaten fir-roti lill dan il-pajjiż u min f’kull okkażjoni ħadem biex jġib benefiċċji lejn dan il-pajjiż u ċ-ċittadini tiegħu.

 

“Fil-25 ta’ Mejju l-għażla tal-poplu għandha tkun il-kandidati kollha tal-Partit Laburista għaliex huma urew bil-fatti li għandhom lill Malta f’qalbhom u dan il-Gvern wera bil-fatti li għandu lill Malta f’qalbu, li biddel lill dan il-pajjiż għall-aħjar u li għandu l-ambizzjoni ibbidel lill pajjiżna għall-aħjar,” sostniet Miriam Dalli.

 

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

 

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
13 hours ago
Partit Laburista
RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela

RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 173
  • Shares: 20
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
18 hours ago
Partit Laburista
Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna.

Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 719
  • Shares: 64
  • Comments: 61

Comment on Facebook

Mhux hekk wara li armejtuna u taghituna b sieq .. Gej il bikki rega . Armi lemm qaziztu l alla tiklu wahidkom.

Grazzi tax xghol kollu li qijghad jghamel il partit pero isimghaw lilmenti tan nies gusti

Il-partit li jiġbed in-nies dejjem lejh. Qatt qabel ma kien hawn partit li żamm maġġoranza assoluta daqs illum. Grazzi għall-gvern u l-partit Laburista❤️🌹🇲🇹

Ara ma jigbdilkomx IL bieb mieghu GAHAN

Kien nofs t'nhar eccelenti. Prosit ta' l-innizjativa. U prosit lill-volontiera kollha.

Ahjar tifthu l bibien biex tiltaqu mal familjari tal vittmi tal konstruzjoni li tinsab bla kontroll.

Good morning ☀️

Good morning❤

Min Mmaqdar Rrid Jixtri Hommor

Mela l- kontra li qed jigri fil- Pieta 😆 🤣 😂

Minn hu armat u minn hu zarmat proset PL

Good morning ☀️

Good morning❤

Good morning❤

Well done!!

Good morning

Prosit u grazzi li tajtu din l-opportunita lil nies sabiex jigu l-CNL.

Suldati ta'l azzar fil kju

Tistaw tifthu il bieb tal bejd alija ghax qat mintom atarawni izjedd qass biex nerga nivota u tesera qas inhalasa iktar

Viva l Labour

Tistaw tifthu t twieqi ukoll ta ha tibdlu ftit larja ukoll. :)

Proset

Dawk laqas jivitaw darba ohra

Ma taghmilx differenza jifthu l.bibien

Grazzi u proset

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Open Day fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista miftuħ għall-pubbliku s-Sibt li ġej mid-09:00 sas-13:00.

Ingħaqad magħna 🔴
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 80
  • Shares: 107
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Inizzjattiva sabiha li jinghata ktieb b xejn mal membership . U Dawk li hallsu online ?

XAXQA. KEM SE TITOLBUWOM DONEJXIJN?

jekk jogħġbok ħallili messaġġ fil-privat, għandi xi affarijiet xi ngħidilkom li jistgħu jkunu ta' interess għalik

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 22
  • Shares: 6
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 64
  • Shares: 41
  • Comments: 4

Comment on Facebook

God Bless

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

The best

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek