Skip to content

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista

 

Irid ikollna ġid biżżejjed biex nindirizzaw l-isfidi 

 

F’diskussjoni mal-imsieħba soċjali l-Prim Ministru Joseph Muscat innota kif it-tip ta’ diskussjoni mxiet ferm minn kif kienet qabel. “Irridu niddeċiedu fejn irridu mmorru. Jekk irridux inkomplu nikbru, sitwazzjoni fejn noħolqu l-ġid u jkollna problema, imma jkollna ġid biżejed biex nindirizzawhom bil quddiem,” qal il-Prim Ministru li tkellem dwar ir-riżultati miksbura lbieraħ b’rabta mal-finanzi tal-pajjiż.

 

“Huwa ċar li t-targets il-kbar qed ikunu achieved in-nies ġusrtament qed jistennew iktar f’dak li għandux x’jaqsam ma’ kwalità… dik hija l-isfida l-kbira li għandna quddiemna bħala pajjiż,” qal il-Prim Ministru.

 

Innota kif “Id-diskussjoni m’għadiex sempliċiment fuq kemm se tħallasni paga, iżda fuq kemm se jkolli ħin mal-familja. Kif nista’ nibbilanċja l-bżonnijiet tal-familja tiegħi, flimkien mal-bżonnijiet finanzjarji biex nimxi ‘l quddiem.”

 

L-imsieħba soċjali kellhom kliem ta’ tifħir għal dak li kiseb il-gvern. Fl-istess ħin tkellmu fuq l-aspirazzjonijiet tagħhom għaż-żmien li ġej.

 

Hawn il- Prim Ministru enfasizza kif fl-ebda mument ma jpartat l-isfidi tal-lum mal-problemi li kienu jiġu affaċċjati qabel l-2013. Minn ekonomija staġnata, proprjeta’  u nies jikkuntentaw ruħhom b’minimum wage, illum ‘il ġurnata, f’ħafna setturi, il-paga minima hija non-starter.

 

Finalment, il-Prim Ministru aċċena kif dan il-Gvern kiseb dan kollu mhux billi morna fit-triq t’awsterita’. It-tkabbir tal-ekonomija b’għajnejn ekonomisti wasslet biex “qtajna t-taxxi, żidna s-servizzi, child care b’xejn trasport b’xejn fl-iskejjel u kisbiet infrastrutturali.”

 

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

 

Aqsam ma' ħaddieħor

Share on facebook
Share on twitter
Share on linkedin