• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

November 15, 2020

“Irrid li jkollna l-aktar kabinett żagħżugħ, b’talent u b’parteċipazzjoni femminili fl-istorja ta’ pajjiżna” – Il-PM

 

“Iċ-ċavetta huma ż-żgħażagħ. Nattiraw aktar żgħażagħ. It-tieni ċavetta huma iżjed parteċipazzjoni femminili. Il-kwalità ta’ talent, ideat u entużjażmu se jagħmlu futur sabiħ għal dan il-pajjiż.”

 

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela filwaqt li spjega kif għal dawn l-aħħar 40 sena, kien hemm trend konsistenti fejn gvernijiet fit-tieni mandat tagħhom jibdew sejrin lura mentri dan il-Gvern qeleb din it-trend ta’ taħt fuq għaliex kellu l-kuraġġ jinbidel u jagħraf li t-tiġdid huwa kruċjali.

 

“L-appell liż-żgħażagħ : Għandi bżonnkom miegħi. Dan il-moviment għandu bżonnkom. Fuq kollox, il-pajjiż qed isejjaħ lil kull żagħżugħ u żagħżugħa biex tkunu l-mexxejja tiegħu llum… Għandna ħafna fejn nimirħu. Ma jfissirx imma li nwarrbu l-anzjani. L-aqwa risposta tajniha fil-budget. Is-sigriet tas-suċċess ta’ dan il-Gvern huwa li nikkumplimentaw dak kollu li moviment wieħed, inklussiv jiġbor fih lil kulħadd.

 

 

Gvern li jwettaq dak li jwiegħed

 

F’perjodu fejn il-qgħad sploda madwar id-dinja kollha u f’pandemija fejn qaċċtet terz mill-ekonomija, pajjiżna rnexxielu jkompli jnaqqsu għall-3094. Lanqas li Laurence Gonzi rnexxielu jnaqqas il-qgħad fi żmien fejn ma kellux pandemija kien ta’ 5900. Din tixhed id-differenza bejn iż-żewġ partiti. “Dan hu gvern li jwettaq dak li jwiegħed.”

 

Il-Prim Ministru faħħar mill-ġdid lit-tim Nazzjonali Malti li turi kemm it-tim Malti u l-amministrazzjoni tal-MFA huma dinamiċi. “Se ssibu lil Gvern magħkom f’dak kollu li għandkom bżonn.”

 

Il-Prim Ministru sellem lin-negozjanti li fl-aħħar xhur kienu reżiljenti u ma qatgħux qalbhom. “Flok keċċew il-ħaddiema, ħadmu iżjed nies. Sibnihom wara l-Gvern u nwegħedhom li kif konna fl-aħħar xhur, hekk ħa nibqgħu issa fil-fażi ta’ rkupru.”

 

Ir-ruħ soċjali tal-Gvern ġiet riflessa wkoll fil-ħolma li Puttinu Cares irnexxielu jwettaq bil-għajnuna tal-Gvern, fondazzjoni li Robert Abela kien ilu nvolut fiha sa mill-2016. Grazzi għall-ftehim li ġie ffirmat din il-ġimgħa, “ta’ kull sena għal 15 -il sena, se ngħaddu s-somma ta’ 150,000 sterlina li tfisser 2 miljun u nofs ewro oħra fuq medda ta’ 15 -il sena. Għal kull pazjent, il-Gvern se jkun qiegħed jgħaddi 70,000 ewro… Dan il-Gvern se jtaffi mill-piż lil pazjenti li f’każijiet ikollhom jagħmlu numru ta’ xhur jirċievu l-kura u għaldaqstant, l-ispiża tkun waħda kbira.”

 

Għal dan il-Prim Ministru kellu appell wieħed. “L-appell tiegħi lil min kien qed jagħmel il-ħsara lill-programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment – Li ma kienx għal dan il-programm, il-pazjenti f’Londra ma kinux se jirċievu l-għajnuna li tant għandhom bżonn.

 

Il-Prim Ministru aċċena wkoll għall-ftehim kollettiv wara 22 sena li minnu bbenefikaw 225 ħaddiem tal-Protezzjoni Ċivili fejn se jkollhom żieda ta’ elf ewro mal-ewwel sena. B’żieda ma dan, il-Gvern se jkun qed jiffirma ftehim kollettiv ieħor mal-Forzi tal-Armata li se jolqtu ‘l fuq minn 1,700 persuna.

 

Se jinħadem ukoll ftehim kollettiv għal dawk li jaħdmu fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin. “Verament nemmnu fil-Forzi tal-Ordni, fit-titjib tal-kundizzjonijiet tagħhom, fil-ħaddiem u min iħaddem.”

 

“Ħaddieħor prova jixħithom il-ħabs. Soċjeta’ ċivili li parti minnha hemm il-Kap tal-Oppożizzjoni u aħna nissieltu għalihom… Aktar kemm jgħidulna li se jinbidlu, aktar juruna li ma nbidlu xejn.”

 

L-Għawdxin jibqgħu f’qalbna. “Investiment ta’ aktar minn 2 miljun ewro fi Triq Sant’Antnin, Għajnsielem. Ħaddieħor tahom pont fit-terminal taċ-Ċirkewwa – struttura li kkrollat u kellna nkunu aħna fil-Gvern li erġajna tajna s-soluzzjoni. Magħna taf fejn qiegħed.”

 

L-istess fid-Drittijiet Ċivili. “Wara li din il-ġimgħa stess, il-Kummissarju Ewropew, Helena Dalli nediet strateġija, ħareġ Edwin Vassallo jgħidilna Marxismu fl-aqwa tiegħu. Ir-risposta hi għax fil-fond ta’ qalbhom ma jemmnux fihom. In-nies verament jafu min huwa c-champion tad-drittijiet ċivili. L-istess nies li hemm illum huma l-istess nies li hemm fl-2013.

 

Robert Abela saħaq li f’dan il-mument, pajjiżna se jħares ‘il quddiem lejn xhur li se jkunu ferm isbaħ milli għaddew. “L-affarijiet jidhru li sejrin fid-direzzjoni li ridnihom dl-aħħar xhur. Se jkollna mhux biżżejjed dożi imma aktar minn biżżejjed għaliex ħsibna biex niżguraw li jkollna għal kulħadd. Bdejna dan il-proċess mhux illum jew ġimgħat ilu. Bdejna mal-mument li tfaċċat il-pandemija. Se nkunu minn tal-ewwel li jkollna l-vaċċin.”

 

Hawnhekk il-Prim Ministru sellem lil Renald Falzon, deskritt bħala “raġel u ħabib. Ħabib li f’dawn l-aħħar snin ma sirtx nafu biss fl-istrutturi tal-partit… Tgħallimt kemm kien raġel li jgħożż il-familja tiegħu. Taf fejn inti miegħu.”

 

Il-Prim Ministru temm b’messaġġ ċar :

 

“Ejja nħarsu ‘l quddiem b’pożittivita’, b’entużjażmu u npoġġu ‘l quddiem l-aqwa interessi tal-poplu Malti u Għawdxi. Flimkien Għawdxin u Maltin b’saħħitna ‘l quddiem.”

 

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 70
  • Shares: 41
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 91
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 317
  • Shares: 41
  • Comments: 23

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
4 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 543
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

Well done!!

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek