• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

July 31, 2020

Is-saħħa tal-Maltin…Inkwetanti?

Bħal f’kull pajjiż ieħor, f’Malta nsibu diversi mard kroniku. Inħoss li żewġ problemi li qed inħabbtu wiċċna magħhom illum il-ġurnata u li l-poplu mhux daqekk konxju tagħhom huma l-obeżità u l-mard mentali.

Malta… It-tieni l-aktar pajjiż fl-Ewropa b’nies bil-problema ta’ obeżità

Fir-rigward tal-problema ta’ obeżità, Malta tinsab fi kriżi kbira! Dan hekk kif aktar minn kwart tal-popolazzjoni għandha ħxuna żejda jew obeżità. Dan il-persentaġġ qiegħed dejjem jiżdied u jersaq aktar ’il bogħod mit-18% tal-popolazzjoni li hija mill-mira tal-2020. Fil-fatt, statistiċi maħruġa mill-Unjoni Ewropea juru li Malta hija t-tieni l-aktar pajjiż b’obeżità wara t-Turkija. L-obeżità, hija ħafna drabi, riżultat ta’ nuqqas ta’ edukazzjoni u stil ta’ ħajja ħażin għas-saħħa tal-individwu. Din il-kundizzjoni hija inkwetanti minħabba l-fatt li bħala konsegwenza jinħolqu riskji ta’ diversi mard, fosthom mard respiratorju, diabete u mard tal-qalb. Mal-medda taż-żmien, l-obeżità qed issir ukoll aktar komuni fost iż-żgħażagħ. Dan kawża tat-teknoloġija li qiegħda tgħażżinhom. Din il-problema, jekk se nibqgħu ninjorawha, se tkompli tikber magħna bla waqfien.

Il-Gvern preżenti qiegħed jieħu l-inizzjattiva u qed jibni outdoor gyms f’diversi rħula ta’ Malta. Qed jorganizza wkoll taħdidiet kif ukoll ħarġiet relatati ma’ dan is-suġġett għall-istudenti fl-iskejjel kollha ta’ Malta biex jgħin iġib lit-tfal konxji ta’ din il-problema minn età żgħira. Madankollu, fadal ħafna xi jsir biex nibdew negħlbu din il-problema. Jista’ pereżempju ssir żieda fil-lezzjonijiet tal-edukazzjoni fiżika. NGOs u Kunsilli Lokali jistgħu jorganizzaw attivajiet li jinvolvu aktar eżerċizzju fiżiku bħal sewqan tar-roti jew logħob li jirrikjedi li wieħed ikun attiv.

L-effetti koroh tal-mard mentali fuq iż-żgħażagħ tagħna

It-terminu ‘Mard Mentali’ jiġbor fih diversi kundizzjonijiet ewlenin fosthom; l-ansjetà, id-dipressjoni, il-vizzji, l-anoressja, il-bulimja, eċt. Sfortunatament, skont statistiċi meħuda minn diversi sorsi affidabbli, l-ammont ta’ żgħażagħ Maltin u Għawdxin li jsofru minn xi tip ta’ mard mentali, qiegħed jiżdied kontinwament.  Minkejja dan, ħafna jagħżlu li ma jagħtux importanza lil dan it-tip ta’ mard, jew aħjar mhux l-importanza li jistħoqqlu. Dan isseħħ kawża ta’ nuqqas ta’ tagħrif dwar il-konsegwenzi ta’ dan il-mard. Dan bir-raġun għaliex minn ma jkunx għadda minnha, isibha diffiċi biex jifhem wieħed minn xiex ikun għaddej. Diversi żgħażagħ li huma suġġetti għal dan it-tip ta’ mard, iħossu ruħhom f’solitudni u jkollhom nuqqas ta’ enerġija. Dan għaliex iqattgħu ġranet f’battalja waħda wara l-oħra kontra l-ħsibijiet ta’ moħħhom u konsegwenza t’hekk, il-prestazzjoni tagħhom fl-iskola tmur lura. Is-sitwazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ tiggrava jekk ma jsibu l-ħadd ma’ min iħossuhom komdi jitkellmu b’mod miftuħ. Importanti li wieħed iżomm f’moħħu li dan il-mard jaf ikun kiefer biżżejjed li jwassal persuna biex itemm ħajjitha. Infatti, il-maġġoranza tas-suwiċidji fid-dinja huma kkawżati minn dawn il-problemi mentali.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Dr Chris Fearne qiegħed jieħu diversi miżuri biex itejjeb dan il-qasam tas-saħħa. Pereżempju tfasslet strateġija għal Malta għall-għaxar snin li ġejjin għal min ibati b’mard mentali. Però nħoss li l-poplu għandu jingħata aktar edukazzjoni  fuq dan is-suġġett hekk kif ħafna mhumiex imħarrġa biżżejjed f’dan il-qasam.

 

Minn din l-evalwazzjoni qasira hija evidenti ħafna kemm is-saħħa tal-Maltin mhijiex stabbli daqs kemm naħsbu. Għalhekk, huwa essenzjali li kull wieħed u waħda minnha jibda jikkonsidra aħjar dan it-tip ta’ mard u jagħmel il-parti tiegħu biex inkunu nistgħu niggarantixxu saħħa aktar sigura għall-poplu li tant aħna kburin bih.

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 70
  • Shares: 41
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 91
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 317
  • Shares: 41
  • Comments: 23

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
4 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 543
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

Well done!!

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek