• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

June 23, 2019

Is-sigurtà l-prijorità ewlenija tal-bidliet li jridu jsiru

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, tkellem dwar għadd ta’ temi meta intervistat fuq ONE Radio. Il-Prim Ministru wieġeb dwar ir-regoli ġodda għall-iskavar u t-twaqqigħ ta’ postijiet fejn ikun se jsir xogħol ta’ kostruzzjoni. Filwaqt li nnota r-reazzjoni għall-konsultazzjoni pubblika, għamilha ċara li l-gvern irid jiddeċiedi u tenna li mhux se jkun hemm kompromess mas-sigurtà.

“Sal-Ġimgħa filgħaxija kienu daħlu mal-250 reazzjoni għal dawn ir-regoli,” qal il-Prim Ministru li tenna li l-prinċipju importanti hu li ħadd ma jista’ jfarfar.

Tenna li ma nistgħux nibqgħu il-ħmar iwaħħal f’denbu fejn ħadd ma jerfa’ r-responsabbiltá. Qal li issa l-gvern jiżen dak li qed jgħidu l-kategoriji differenti u minn hemm jittieħdu d-deċiżjonijiet. “Il-bilanċ ma jistax’ ikun f’sitwazzjoni fejn ħadd mhu responsabbli, għax inkella se nkunu għamilna dan kollu għalxejn,” żied il-Prim  Ministru li nsista li l-gvern jieħu d-deċiżjonijiet fl-aħjar interess tal-poplu.

Innota d-diskussjoni dwar l-obbligi għal iktar studji. Hawn tenna l-importanza li l-istudji jkunu ta’ siwi għas-sigurtà tan-nies u nnota li issa se jkun hemm min jgħid li jistgħu jiżdiedu l-ispejjeż. “Jekk se tordna studju dawk ma jiġux b’xejn… allura rridu nkunu anke aħna bħala gvern li naraw dan il-bilanċ. Li ma nikkompromettux s-safety… imma li nifhmu wkoll li na nistgħux ngħamlu sitwazzjoni fejn liż-żgħir inġibuh sitwazzjoni fejn ma jiflaħx. Xorta l-prijorità tibqa’ s-safety,” tenna l-Prim Ministru.

“L-affarijiet ma jistgħux jibqgħu kif inhuma,” żied il-Prim Ministru li sostna kif fil-jiem li ġejjin se jkun qed jisma’ x’għandhom xi jgħidu l-esperti u jieħu l-pariri biex flimkien mal-Kabinett jiddeċiedi d-direzzjoni.

 

L-indafa fuq l-aġenda tal-Kunsilli Lokali

 

Meta tkellem dwar il-Kunsilli  Lokali u l-fatt li l-kunsillieri l-ġodda ħadu l-ġurament tal-ħatra l-Prim Ministru immarka żewġ temi ewlenin.

“L-ewwel nett li issa li dawn huma eletti, eletti minn liema partit huma eletti, jridu jaħdmu għal ġid tal-komunità,” qal Joseph Muscat li fisser kif il-Partit Laburista iħalli f’idejn il-kunsillieri biex jaraw huma l-aħjar interess tal-lokal. Dan fl-istess ħin li jesiġi li jitwettaq il-manifest elettorali u li jkun hemm l-għaqda bejn ir-rappreżentanti tiegħu.

It-tieni punt hu marbut ma’ waħda mill-prijoritajiet il-kbar li għandu jkollhom f’ħidmiethom. Joseph Muscat insista li din għandha tkun l-indafa, anke għax dan il-gvern neħħa waħda mill-ikbar uġigħ ta’ ras li kellhom il-Kunsilli Lokali.

“Matul it-terminu tagħhom il-gvern se jkun wasal biex jikkonkludi l-programm ta’ €700 miljun li permezz tiegħu se jsiru t-toroq kollha tal-pajjiż,” qal Joseph Muscat li tenna li issa l-Kunsilli Lokali jistgħu jiffokaw dwar temi oħra.

“Għandhom inkwiet inqas u flus iktar,” żied il-Prim Ministru li tenna kif dawk it-toroq qed isiru mill-gvern u l-Kunsill Lokali jista’ jikkonċentra fuq affarijiet oħra. Hawn spjega kif l-indafa trid tkun prijorità  fejn naħdmu flimkien fuq edukazzjoni u infurzar. Il-Kunsill Lokali jrid jara wkoll li l-kuntratturi qed jaħdmu b’mod effiċjenti, anke f’dak li hu ġbir tal-iskart.

 

Rivoluzzjoni diġitali fis-settur pubbliku

 

Meta tkellem dwar l-investiment diġitali fis-settur pubbliku l-Prim Ministru spjega l-viżjoni tal-gvern f’dan il-qasam. Qal li jekk wieħed għandu jinqeda minn dipartiment għandu jkun hemm tliet għażliet. Hemm dik li għażla tradizzjonali li wieħed imur fid-dipartimenti l-Belt, għalkemm il-gvern irid li din tkun l-aħħar għażla.  Għażla oħra hi li tmur f’ċentru reġjonali fejn tinqeda għal dak li għandek bżonn u t-tielet għażla, li fil-fatt għandha tkun l-ewwel għażla, hi l-applikazzjoni online.

“Dik se tkun l-għażla ewlenija fis-snin li ġejjin, li int tapplika online għal dawn is-servizzi,” spjega l-Prim Ministru li fakkar kif il-gvern sab sistema ta’ online government li għal għaxar snin ilu kienet tajba ħafna, iżda li llum trid titjib. Sistema li kienet twasslek biex issib formola online u trid toħodha personalment.  “Illum il-ġurnata ħafna minn dawk il-formoli saru e forms, iġifieri int timliha online u tibgħatha online dak il-ħin stess,” spjega l-Prim Ministru.

Hawn tenna li l-gvern beda t-tieni pjan strateġiku għar-rivoluzzjoni diġitali fis-settur pubbliku. “Se nkunu qed ninvestu €40 miljun. Għall-pajjiż tad-daqs tagħna li ngħidu li permezz ta’ fondi nazzjonali u fondi tal-Unjoni Ewropea se ninvestu €40 miljun fid-diġitazzjoni tas-servizz pubbliku, għalija dak huwa investiment kbir,” qal il-Prim Ministru li tenna kif din hi tip ta’ infrastruttura oħra li hija kruċjali.

Prinċipju ewlieni se jkun li wieħed irid ikun mitlub jagħti l-informazzjoni darba biss. Fisser kif din se tgħamel differenza partikolari lin-negozji li jilmentaw mill-mili ta’ spiss tal-istess informazzjoni għal entitajiet differenti.

Hawn żvela kif fil-jiem li ġejjin se titħabbar ir-riforma tal-liġi tal-kera, li  issa ġiet approvata mill-Kabinett wara konsultazzjoni mal-grupp parlamentari.

Irrimarka kif waħda mill-punti ċari li se jkun hemm f’din ir-riforma hi li  kull kuntratt ta’ kirja se jkun reġistrat u s-sistema li se tintuża hija l-blockchain. “Se nkunu qegħdin nuru lin-nies il-valur miżjud ta’ din it-teknoloġija b’xi ħaġa li se jiffaċjaw ta’ kuljum. Kif dan il-kuntratt se jkun secured, se jkun kuntratt li ħadd ma jista’ jbagħbas, kuntratt li se tkun regolata min ikollu aċċess għalih permezz ta’ din it-teknoloġija” qal il-Prim Ministru.

Tkellem dwar kif barra minn hekk għaddeja ħidma biex tonqos il-burokrazija mis-servizz pubbliku. “Matul is-sena li għaddiet implimentajna 77% mill-bidliet maħsuba biex inaqqsu l-burokrazija,” qal il-Prim Ministru li tkellem kif il-gvern qed jaħdem bi pjan biex il-burokrazija ma tikbirx u jnaqqasha. Fil-fatt fl-aħħar ħames snin saru 750 miżura.

“Is-servizz pubbliku qed jaħdem b’sistema ta’ checks and balances,” sostna l-Prim Ministru li fakkar kif din qed tintuża anke għal rapporti bħal dawk tal-ombudsman u l-Awditur Ġenerali. “Dan il-gvern beda sistema li kemm ir-rapport tal-ombudsman u kemm ir-rapport tal-awditur ġenerali noħorġu tweġiba għalih,” spjega l-Prim Ministru li tenna kif f’dawn ikun hemm spjegat xi jkun sar b’reazzjoni għar-rapport. “Din hi t-tip ta’ attitudni li qed indaħħlu. Nemmen li se tkun qed tgħamel differenza kbira fuq kontabbiltà u trasparenza,” tenna l-Prim Ministru.

 

Programm ta’ ħidma għall-Unjoni Ewropea

 

Ikkummenta wkoll fuq il-laqgħat li l-mexxejja Ewropej kellhom fil-jiem tal-Ħamis u l-Ġimgħa.

“Ħafna nies kienu moħħhom min se jilħaq xix u fejn. L-iktar affarijiet importanti kienu affarijiet oħra. Li l-ewwel nett tiftiehem dwar programm ta’ ħidma. L-Unjoni Ewropea, u l-Kummissjoni Ewropea b’mod partikolari, fuqiex se tiffoka fil-ħames snin li ġejjin,” tenna l-Prim Ministru li qal li dan hu l-iktar punt kruċjali.

Hawn il-Prim Ministru rrefera għall-qbil, kważi unanimu, biex il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jkollhom miri ambizzjużi dwar il-klima u l-ambjent sal-2050.

Kien hemm id-diskussjoni dwar min għandu jkun il-President tal-Kummissjoni Ewropea. “Ma kienx hemm qbil. Kien hemm prattikament maġġoranza li timblokka lil kulħadd, f’ċertu istanzi kienet maġġoranza negattiva. Issa għandna ġimgħa żmien biex nerġgħu npoġġu flimkien il-ġimgħa d-dieħla u nipprovaw nilħqu dawk id-deċiżjonijiet,” tenna l-Prim Ministru li l-iktar sinjifikanti jibqa’ l-programm ta’ ħidma.

Tkellem ukoll dwar il-ħatra tal-MEP, Miriam Dalli, bħala Viċi-President tal-grupp tas-soċjalisti u d-demokratiċi (S&D) fil-Parlament Ewropew. Qal li din hi ħatra li turi r-rispett li jgawdi l-Partit Laburista u kif minkejja l-ħsara kollha li kien hemm min prova jagħmel lill-Partit Laburista u lill-Malta, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew ġiet eletta b’ammont sinjifikanti ta’ voti.

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 70
  • Shares: 41
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 91
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 317
  • Shares: 41
  • Comments: 23

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
4 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 543
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

Well done!!

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek