Għin
lill-Partit Laburista
February 24, 2020
Isem pajjiżna rispettat fuq livell Ewropew
“Laqgħuna tajjeb ħafna u dik xi ħaġa li mlietni b’kuraġġ…Ir-reazzjoni kienet waħda pożittiva. Iddiskutejna flimkien, tkompla juri l-pjan ta’ pożittivita’ mill-mod ta’ kif iħarsu lejn pajjiżna u tara kemm il-bidliet li għamilna fl-ewwel ġranet ta’ Jannar qegħdin jiġu nnotati.”
Hekk qal il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela f’kollegament telefoniku fuq ONE radio wara li fl-aħħar jiem iltaqa’ mal-Mexxejja tal-Istati Membri Ewropej u l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea f’Kunsill speċjali biex jiġi diskuss il-baġit Ewropew
Il-Prim Ministru spjega kif dan il-Kunsill speċjali “tlaqqa’ fi sfond ta’ Presidenza ġdida għall-istess Kunsill filwaqt li kellek lil Charles Michel li għadu dieħel fil-kariga ftit tal-ġimgħat ilu , u l-idea kienet li jipprova jwassal għal ftehim fuq il-baġit għas-snin 2021 – 2027.
Robert Abela sostna li b’mod oġġettiv, din kienet ambizzjoni ottimista żżejjed. “Irid ikollok 27 pajjiż li jaqblu dwar kollox u allura kienet evidenti li hi ftit diffiċli li wieħed jipprova jasal fl-ewwel jew fit-tieni ġurnata. Issa peress li dak il-ftehim ma ntlaħaqx, iridu jsiru aktar summits, jibqgħu għaddejjin id-diskussjonijiet u eventwalment jiena konvint li jintlaħaq ftehim”.
Minħabba ċirkostanzi partikolari li qatt ma kienu preżenti qabel, dan il-ftehim jirrikjedi ħidma intensiva. Il-Prim Ministru qal li l-ħruġ tar-Renju Unit huwa fattur ewlieni li se jimpatta l-pjan ta’ kif se jkun imqassam il-baġit minħabba li fil-karus komuni naqsu 60 biljun ewro. Miżjuda ma’ dan, il-baġit għandu targets ambizzjużi ħafna fosthom fil-qasam ambjentali, u l-Parlament Ewropew irid budget b’sahhtu. Robert Abela fisser kif dawn l-ambizzjonijiet jeħtieġu aktar flus filwaqt li r-riperkussjonijiet ta’ Brexit issarrfu f’60 biljun ewro inqas.
Il-Prim Ministru spjega wkoll id-diskrepanzi li jeżistu kontra pajjiżna fil-Politika Agrarja Komuni u dan kollu ġej mill-ftehim li kien ftiehem gvern preċedenti u spiċċajna naghtu sitt darbiet aktar milli nirċievu f’dan il-qasam. “Qed jiġi propost issa li aħna nħallsu għaxar darbiet aktar milli qed nirċievu u naturalment dawn kienu pożizzjonijiet li jiena nnegozjajt b’mod sod li ma nistgħux naċċettawhom iżjed.
Il-fondi ewropej huma mportanti ghaliex jghinu biex l-ekonomija tagħna tibqa’ sostenibbli u stabbli.
L-irwol ta’ Prim Ministru tfisser “sens ta’ responsabilita’ u fl-istess waqt sens ta’ sodisfazzjon li tkun tista’ tippartecipa f’eżerċizzju tant tajjeb u tara wkoll sens ta’ kordjalita’ bejn id-diversi stati membri li jien tant konvint minnu, li għandna nkomplu nibqgħu mexjin bih biex ikollna Unjoni Ewropea dejjem aktar b’saħħitha u solidali ma’ xulxin.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.