• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

June 9, 2019

It-tkabbir ekonomiku huwa realta’ ċara li nħossu b’idejna ta’ kuljum

F’intervista rrekordjata fuq ONE radio il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat fisser kif l-aħħar numri ppubblikati dwar l-ekonomija mhumiex figuri waħedhom imma riflessjoni ta’ realta’ ċara li nħossu b’idejna ta’ kuljum.

“L-isbaħ ħaġa hija li t-tkabbir mhux ġej minn qasam wieħed, mhux ġej minn ħaġa waħda, mhux ġej minn deċiżjoni waħda jew punt wieħed. It-tkabbir fl-ekonomija ta’ dan il-pajjiż ġej b’mod mifrux, strutturat illi dik minnha nnifisha tagħmilna dik li bl-ingliż ngħidulha resilient, jiġifieri tagħmilna aktar sodi.”

Il-Prim Ministru Muscat spjega kif l-aktar ħaġa importanti hija li “ma niddependux biss mis-servizzi finanzjarji, mit-turiżmu, mill-manifattura, mir-retail, mill-propjeta’ imma l-kejk huwa mqassam bejn dawn is-setturi kollha ħalli jekk ikun hemm problema f’settur, l-ekonomija tibqa’ miexja ‘l quddiem. Qegħdin f’livell li huwa għoli ħafna u bqajna nżommuh dan il-livell – l-ogħla rata fiż-żona ewro, fost l-ogħla rati li qatt irreġistrajna bħala pajjiż, l-ogħla rata bħala investiment…. u r-rati ta’ investiment meta mqabbel ma’ snin ilu hija superlattiva. Rata ta’ investiment li turi ħafna fejn sejra l-ekonomija u għalija dak l-investiment mhux biss l-investiment pubbliku.”

Il-Prim Ministru saħaq li “ħafna minn dan l-investiment ġej mis-settur privat. Il-privat jinvesti biss jekk ikun qed ikollu fiduċja, jiġifieri jekk il-privat ma jkunx qed ikollu l-fiduċja, it-tama, il-ħsieb li b’xi mod jew ieħor, il-pajjiż ħa jiba’ miexi ‘l quddiem, il-privat qatt mhu ħa jitfa’ flusu.”

Minkejja dan is-suċċess ekonomiku, Joseph Muscat enfasizza l-bżonn assolut li “nimxu ‘l quddiem b’għaqal mingħajr ma nitfixklu f’saqajna. Biex in-nies nagħtuhom l-aspirazzjonijiet tagħhom tal-kwalita’ tal-ħajja.”

Malta dejjem imxiet b’konformita’ mal-liġijiet tal-Unjoni Ewropa

Bħala parti mix-xogħol tagħha, il-Kummissjoni Ewropea, toħroġ rapport ġenerali imbagħad rapport fuq kull pajjiż biex tagħti parir lil dak il-pajjiż x’għandu jagħmel. M’humiex pariri li jorbtu imma huma rakkomandazzjonijiet li jkunu pjuttost b’saħħithom.

“Matul is-snin, pajjiżna dejjem kellu numru ġmielu ta’ rakkomandazzjonijiet… Illum ‘il ġurnata, dawn waqgħu għal tlieta. Ħafna drabi l-KE mhux qegħda tirrepeti r-rakkomandazzjonijiet jiġifieri nkunu aġixxejna dwarhom,” fisser il-Prim Ministru.

Iżda, wara kollox, ikollok affarijiet illi wara li tgħidhom il-Kummissjoni Ewropea, inti mhux bilfors taċċettahom u tagħmel argumentazzjoni bil-kontra tagħhom.

Eżempju ta’ rakkomandazzjoni li saret kemm taħt Gvern Nazzjonalista kif ukoll taħt Gvern Laburista huwa meta saret rakkomandazzjoni mill-KE li ma tibqax tingħata ż-żieda għall-għoli tal-ħajja għax qalu li hija inflazzjonarja minnha nnifisha. Kemm il-Gvern ta’ qabel, kif ukoll dan il-Gvern kienu għamlu l-argumentazzjoni li l-analiżi tal-KE dwar iż-żieda għall-għoli tal-ħajja ma kinitx korretta fil-fehma tagħna. Biż-żmien, l-Unjoni Ewropea fehmet l-argument u ma baqgħetx tagħmel dik ir-rakkomandazzjoni.

Il-Prim Ministru spejga kif “bl-istess mod, issa hemm l-istess rakkomandazzjonijiet dwar is-sistema tat-taxxa. M’għamluhomx lilna biss, għax aħna xi kultant isir l-iżball li meta naraw rapporti bħal dawn, naraw l-index, naraw x’hemm miktub Malta u naqraw biss il-biċċa ta’ Malta… L-ewwel ma nara l-biċċa ta’ Malta imma mbagħad naqra l-kumplament tar-rapport għax trid tieħu l-kuntest kollu.”

Apparti Malta, kien hemm pajjiżi oħra bħall-Olanda, Lussemburgu, Ċipru u numru ta’ pajjiżi oħra li qalulhom l-istess affarijiet. Il-pajjiżi kollha li għamlulhom dawn ir-rakkomandazzjonijiet irreaġixxew bl-istess mod illi rreaġixxiet Malta.

Il-Prim Ministru spjega li meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea, din tal-aħħar ma qalitx lil Malta biex tibdel is-sistema ta’ taxxa.

“Jiġifieri jekk ma kinitx problema meta dħalna fl-Unjoni Ewropea, m’għandhiex tkun problema issa.”

Minn liġijiet tal-ugwaljanza għall-mentalita’ tal-ugwaljanza

Minn issa ‘l quddiem, koppji miżżewġa li jaħdmu t-tnejn, se jkunu jistgħu japplikaw biex jimlew il-formola tat-taxxa separatament u jibdew jirċievu r-rifużjoni għal rashom.

B’reazzjoni għal dan, il-Prim Ministru qal li s-sistema kienet “pastażata kbira. Jien qatt ma stajt nifimha u fil-verita’ kellna nagħfsu mhux ħażin għax kienet kwistjoni amministrattiva li l-iskużi kollha tad-dinja kont qed nisma’ biex ma ssirx. Hemm ir-rieda politika, u la kien hemm ir-rieda politika kellha ssir.”

Bħala eżempju, Joseph Muscat qal, “Immaġina inti miżżewwġa, għandek refund li huwa dovut lilek u dan ir-refund joħroġ fuq isem ir-raġel meta inti ħdimt għalih. Xi xhur ilu kellmuni nisa, professjonisti li mhux għax kellhom xi jgħidu mar-raġel jew għandhom xi problema biex ir-raġel jiffirma fuq wara tac-cheque, imma hija umiljanti.”

Hawnhekk, il-Prim Ministru sostna “change in mindset istituzzjonali li qed nippruvaw nagħmlu aħna stess bħala gvern fi strutturi tal-gvern.”

Fakkar ukoll kif ilbieraħ ġie fi tmiemu wkoll il-perjodu ta’ konsultazzjoni dwar ir-rappreżentanza iktar ugwali fil-parlament.

“Jien nittama li kull min ried jagħti l-ħsieb tiegħu, tah il-ħsieb tiegħu u tagħha. Issa nanalizzaw dan il-ħsieb fiż-żmien li ġejjin imbagħad niftħu proċess li permezz tiegħu, naraw li fix-xhur li ġejjin, ikollna bidla fis-sistema ta’ rappreżentazzjoni biex, mhux kwoti imma li naraw li jkun hemm b’mod ċar aktar ċans għal aktar nisa rappreżentati fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.”

Sentejn ta’ ħidma ħolistika b’tim magħqud

Mistoqsi dwar l-aħħar sentejn minn mindu l-poplu afda dan il-moviment bit-tieni mandat tiegħu, il-Prim Ministru qal li “għaddew bħal-leħħa ta’ berqa. La bilkemm tinduna li għaddew sentejn, sinjal li tkun okkupat. Sinjal li jkun hemm ħafna xogħol li jkun qed isir.”

“Kellna ħafna xogħol x’nagħmlu. Dejjem ikun hemm l-isfidi. Jien inħares ‘il quddiem biex l-injection ta’ enerġija li tawna n-nies f’dawn l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u l-Parlament Ewropew insarrfuhom f’aktar ħidma,” kompla Muscat.

Il-Prim Ministru kellu wkoll messaġġ ewlieni: “Is-sens li nixtieq jirrenja huwa li aħna huwa akbar mill-jiena. Dak li nagħmlu flimkien huwa ferm aktar importanti minn dak li nistgħu kull wieħed u waħda minnha jagħmel għall-glorja personali tiegħu u tagħha.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 70
  • Shares: 41
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 91
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 317
  • Shares: 41
  • Comments: 23

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
4 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 543
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

Well done!!

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek