Għin
lill-Partit Laburista
January 12, 2021
“Iż-żgħażagħ se jkunu fiċ-ċentru tal-viżjoni tal-Gvern” – Il-PM
“Iż-żgħażagħ ma humiex il-mexxejja ta’ għada iżda l-mexxejja tal-preżent.”
Qal dan il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela waqt Q&A mill-Forum Żgħażagħ Laburisti, l-FŻL, u li kienet konformi mal-miżuri mill-awtoritajiet tas-saħħa.
Ġewwa Spazju Kreattiv, il-Prim Ministru Abela wieġeb għal numru ta’ mistoqsijiet minn diversi żgħażagħ li attendew għal din l-attività li tfakkar is-70 sena anniversarju ta’ din il-fergħa Laburista.
Fost oħrajn wieġeb mistoqsijiet dwar l-inklużjoni ta’ aktar żgħażagħ f’karigi importanti f’pajjiżna u b’hekk appella għal kandidatura żagħżugħa fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Dwar is-settur edukattiv f’pajjiżna Dr. Abela qal li l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta għall-futur aħjar u b’hekk saħaq dwar l-importanza li l-istudenti Maltin u Għawdxin jibqgħu javvanzaw fil-vjaġġ edukattiv tagħhom. Qal ukoll li fuq livell ta’ Gvern huwa kruċjali li jibqgħu jiġu offruti opportunitajiet ta’ xogħol mill-aqwa.
Waqt din l-attività, intmess ukoll is-suġġett tal-ambjent hekk kif il-Prim Ministru Abela qal li dan huwa pilastru ewlieni fil-viżjoni li nieda hu f’Awwissu li għadda.
Spjeda kif il-mira li Malta tkun carbon-neutral sal-2050 hija waħda ambizzjuża u tirrikjedi bidliet u sagrifiċċji kemm mill-Gvern u anke mill-poplu Malti u Għawdxi.
Dwar dan, il-Prim Ministru saħaq fuq il-qalba għal vetturi elettriċi sabiex ikomplu jonqsu l-emmissjonijiet f’pajjiżna. Spjega kif Gvern imexxi minnu se jkun qed jaħdem anke sabiex juża l-fondi ewropej li nkisbu, għal din il-qalba.
Dwar it-tlaqqim tal-vaċċin tal-Covid-19, il-Prim Ministru Abela qal li l-ħidma tal-Gvern bħalissa hija ffukata sabiex jitlaqqmu kemm jista’ jkun nies. Qal ukoll li meta wieħed iħares lil hinn minn pajjiżna, mhux kull pajjiż għandu aċċess għall-vaċċin. B’differenza għal dan Malta qed tkun kontinwament minn tal-ewwel li tirċievi d-dożi tal-vaċċin fiż-żona Ewro.
Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-liġi għar-rappreżentazzjoni ugwali fil-Parlament. Qal kif dan il-mekkaniżmu verament jixhed it-twemmin tal-Partit Laburista dwar il-prinċipju tal-ugwaljanza. Dwar id-deputati li jitilgħu b’dan il-mekkaniżmu, Dr. Abela qal li ma jridx li dawn ikunu tat-tieni klassi filwaqt li tenna li jixtieq li dan il-mekkaniżmu jitwaqqaf qabel iż-żmien stipulat għax ma jkunx aktar meħtieġ.
Minn naħa tiegħu, il-President tal-FŻL, Georvin Bugeja rrimarka kif is-70 sena anniversarju ta’ din il-fergħa jixhed l-importanza li l-Partit Laburista jagħti lill-vuċi żagħżugħa. Spjega kif matul dawn is-snin din il-fergħa kienet strumentali għal bidliet kbar f’pajjiżna fosthom fl-introduzzjoni tad-divorzju, fl-introduzzjoni ta’ drittijiet ċivili, l-IVF u aktar.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.