Skip to content

 

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja Jason Azzopardi huwa responsabbli għall-azzjoni mitluba li ttieħed fil-konfront ta’ suldati tal-Forzi Armati, tal-Brigadier u l-Prim Ministru fejn talab li lkoll ikunu investigati fuq omiċidju volontarju u mitfugħa għall-għomorhom il-ħabs.

L-ewwel kien pront għamel l-akkuża, imbagħad wara li rriżulta li kienet falza mar jipprova jinħeba, iżda l-ebda stqarrija li joħroġ jew kelma li jgħid ma qatt tista’ tiskolpah minn dan l-att ta’ stemerrija li għamel motivat minn mibgħeda politika.

Ma jistax ikun li Kelliem għall-Ġustizzja jaħrab mill-inġustizzja li wettaq huwa stess b’għemilu u b’kitbietu fil-konfront ta’ min jaħdem lejl u nhar b’risq il-pajjiż. L-akkuża ta’ qtil mhijiex akkuża kwalunkwe, hija akkuża gravi li ġġib konsegwenzi kbar.

L-azzjoni ta’ Azzopardi titfa’ responsabilità kbira fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li ma jistax iħalli dan il-każ għaddej biex huwa jibqa’ għaddej bħala Kap. Akkuża bħal dik li għamel Azzopardi tirrekjedi azzjoni konkreta.

Il-poplu Malti u Għawdxi, il-membri tal-Forzi Armati mhux se jinsew l-azzjoni li Azzopardi għamel, liema azzjoni qed taqbel magħha l-Oppożizzjoni.

Il-poplu jrid azzjoni issa.

 

Aqsam ma' ħaddieħor

Share on facebook
Share on twitter
Share on linkedin