Skip to content

Il-Partit Nazzjonalista ma jinbidilx. Jew taqbel miegħu jew ikun irid itajjarlek rasek.

 

Filwaqt li minn żmien għal żmien jikkwota mir-rapporti tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi (ERA) biex jagħmel l-argumenti tiegħu, issa jrid ikeċċi lil Professur Victor Axiaq għax fuq is-Central Link ma qabilx miegħu.  Il-PN irid itajjar ras il-Professur Axiaq minkejja li għandu esperjenza twila fis-settur ambjentali u dejjem kien magħruf għall-għerf u l-integrità tiegħu.

 

Din hi l-attitudni ta’ partit li ma nbidilx u li ma jista’ jkollu ebda kredibbiltà.

 

Il-proġett kif propost illum, differenti minn kif kien propost fi żmien gvern tal-Partit Nazzjonalista, huwa wkoll ambjentalment iktar ġust.

 

Fost oħrajn se jkun hemm inqas emissjonijiet u se jkun hemm żieda ta’ 212% f’żoni għas-siġar u l-pjanti tant li sa tmiem il-proġett se jkun hemm 220 siġra iktar milli hemm illum. Il-proġett propost se juża wkoll 57% inqas art agrikola minn kemm propost fi żmien li l-proġett kien propost fi żmien gvern Nazzjonalista.

Aqsam ma' ħaddieħor

Share on facebook
Share on twitter
Share on linkedin