• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

January 22, 2023

“Jekk naħdmu flimkien, aħna kapaċi li l-isfidi ndawwruhom f’opportunitajiet.” – il-PM

“Fiduċja f’pajjiżna. Dan mhux sempliċiment slogan. Fiduċja f’pajjiżna għalina huwa twemmin. Tmexxija ta’ pajjiż iġġib magħha diversi sfidi.  Iżda bid-deċiżjonijiet it-tajba l-pajjiż immexxuh ‘il quddiem minkejja dawk l-isfidi.” 

Hekk sostna l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela fiż-Żejtun filwaqt li spjega li kull meta kien hemm min prova jaqta’ qalb il-Partit Laburista, weġibna b’kuraġġ li fissret riżultati sbieħ favur pajjiżna. 

“Waħda mill-biċċiet ta’ xogħol kbar li kelli fuq il-mejda meta sirt Prim Ministru kien l-għeluq tan-negozjati għall-pakkett ta’ Fondi Ewropej tas-seba’ snin li ninsabu fihom bħalissa. Ix-xogħol kien beda, iżda konna deħlin għall-iktar fażi kritika… Minn pajjiż li ma kienx jikber biżżejjed, spiċċajna wieħed mill-iktar pajjiżi li bdew jikbru fl-Unjoni Ewropea. Xi ħaġa li l-Partit Nazzjonalista qatt ma felaħha. Dan għax jaf li Gvern Laburista, it-tkabbir ekonomiku isarrfu f’titjib fl-għajxien tal-familji.” 

Il-Prim Ministru saħaq kif it-tama tagħhom kienet li l-Gvern jinnegozja pakkett ta’ Fondi Ewropej inqas minn dak li kienu nnegozjaw huma meta kienu fil-Gvern. 

“Kienu jgħidulna li mhux qed nippreparaw biżejjed. 

Kienu jgħidulna li m’għandniex pjan.  

Kienu jgħidulna li mhux qed nikkonsultaw. 

U aħna, għax dejjem żammejna l-fiduċja f’pajjiżna, konna ngħidulhom li ma jafux x’qed jgħidu. 

Konna nafu  li l-interessi ta’ pajjiżna konna se niddefenduhom u nippromwovuhom b’saħħa. 

U  għall-perjodu li qegħdin fih mhux biss ġibna fondi daqs kemm ġabu huma imma issa ġibna d-doppju. 

Innegozjajna u ġibna pakkett ta’ tnejn punt wieħed biljun ta’ ewro biex jintużaw minn pajjiżna. U b’sodisfazzjon ngħid, li mhux biss innegozjajna biex ġibna l-fondi, iżda fl-aħħar xhur għalaqna n-negozjati kollha, pakkett pakkett, dwar f’liema oqsma se jintużaw.” 

Robert Abela spjega wkoll kif kollox idur mal-ħtieġa li nżommu lill-Malta kompettitiva u fuq kollox nagħmlu t-trasformazzjoni ħadra u diġitali. Fejn l-ikbar nefqa trid tmur f’oqsma li jsebbħu lil pajjiżna, jew inkellha f’titjib ta’ servizzi li nagħtu.

Dan japplika wkoll għall-proġetti infrastrutturali li tħallew fuq l-ixkaffa sa mis-snin sittin u tlestew fl-aħħar xhur u snin biex l-infrastruttura wkoll tlaħħaq mal-aspirazzjonijiet tal-pajjiż. 

Fl-istess waqt, hija wkoll kwistjoni li tagħraf li jkollok l-aħjar proġetti flimkien mal-komunitajiet biex dak li jsir jitgawda mill-komunita’.

“Spazji mitluqa se nagħtuhom ħajja ġdida. 

Spazji ddominati mill-karozzi se nagħtuhom lin-nies. 

Spazji li illum ma jeżistux se noħolquhom. 

Kemm jien kburi li meta lanqas għaddiet sena minn dan il-mandat ġdid, diġa’ tajna spinta tant kbira dan l-impenn li għamilna mal-elettorat.  Għalhekk, magħna n-nies jafu fejn qegħdin. Għax nagħtu kelma u nżommuha.”

Hekk ukoll il-poplu jaf fejn qiegħed mal-Gvern fuq riformi oħra li tressqu fl-aħħar xhur bħalma hi l-emenda li tħares il-mara f’każ ta’ kumplikazzjoni medika fit-tqala li tista’ twassal għat-telf tal-ħajjietu jew periklu ta’ saħħa gravi. 

“L-avukat tal-istat qalilna b’mod ċar f’parir li ta, li saħansitra anke prattiċi li jsalvaw ħajja ta’ mara bejn ħajja u mewt ifissru li tkun qed tinkiser il-liġi. Għax hekk jgħid il-Kodiċi Kriminali tagħna. U li jgħid hekk m’hemmx dubju dwaru… Konna dejjem ċari. Bl-emenda li qed nagħmlu l-Kodiċi Kriminali se jkompli jagħmel l-abort illegali u l-provizjoni li meta jseħħ abort dawk involuti jintbgħatu sa erba’ snin ħabs, se jibqa’ hemm. 

Peró, qed ngħidu li meta professjonist jaġixxi biex isalva ħajja ta’ mara jew saħħitha minn periklu gravi, allura hemm ma tirriskjax. U tirriskja tkun qiegħed ladarba llum hemm parir legali li hemm dak il-periklu.”

Il-Prim Ministru qal ukoll li jifhem li jkun hemm min ġenwinament jemmen li minkejja l-bżonn ta’ din il-bidla, irid ikollna emeni li ma jagħtu lok għall-ebda abbuż. 

“Tahsbu li jien li kelli l-isbaħ rigal li seta qatt ikolli – lil binti – u bil-valuri tiegħi se nkun qed inħalli sitwazzjoni fejn jista’ jkun hemm abbuż minn din il-klawsola? 

Daqstant ieħor lill-binti ma rrid li jiġrilha xejn li jipperikolala ħajjitha. U konvint li kull min hu ġenitur jemmen hekk.  

U allura min idawwar dawn l-għanijiet tagħna favur il-ħajja, kif dejjem konna, ikun qed jgħamilha għal skopijiet partiġjani.

Fl-istess ħin għax naf li hawn min hu ġenwin fit-tħassib tiegħu bqajna niddjalogaw.

Għax aħna gvern li ma jinjora r-realtajiet ta’ ħadd. 

Aħna Gvern li jemmen f’soċjeta’ ġusta.”

Robert Abela enfasizza kif soċjeta ġusta tfisser li tkun soċjetà ħanina ma’ min jistħoqqlu. Iżda, daqstant ieħor trid tkun iebsa ma min ma jirrispettax il-kumplament tas-soċjeta’. 

“Għalhekk irrid inrodd ħajr lill-Pulizija tal-azzjoni f’waqtha iktar kmieni din il-ġimgħa fil-Gżira u tax-xogħol kbir tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriminalità. 

Wieħed jittama u jappella li l-effiċjenza u l-kuraġġ li wrew il-Pulizija f’ħidmiethom, ikun rifless fil-proċess tal-qrati li għandu jkun wieħed effiċjenti u sod li jibgħat messaġġ li l-istituzzjonijiet kollha ta’ pajjiżna huma sensittivi għall-bżonn li ċ-ċittadini kollha tagħna jgħixu f’sigurta sħiħa.  

Meta tara każ bħal dak ta’ nhar l-Erbgħa mhux biss tixxokkja ruħek, iżda taqbdek ukoll rabja għax mhux dak li rridu għal pajjiżna. 

Għax iva dik tagħna hi soċjeta li tagħder. Imma dik tagħna trid tkun ukoll fejn nieħdu ħsieb xulxin, u min ma jagħmilx hekk irid jiffaċċja l-ġustizzja. 

U l-ġustizzja l-ewwel li trid tkun mal-vittma u l-familji tagħha.”

Il-Prim Ministru temm b’messaġġ ċar li filwaqt li sar ħafna xogħol tul is-snin, irid isir iżjed biex niżviluppaw pajjiżna mhux biss ekonomikament iżda wkoll soċjalment fejn kulħadd ikun jista’ jilħaq l-aspirazzjonijiet li jkun ħadem tant għalihom. 

“Għalhekk se nibqgħu naħdmu; 

Biex ninvestu fis-sigurtà ta’ pajjiżna. 

Biex ninvestu fl-ambjent ta’ pajjiżna 

Biex ninvestu fl-oqsma soċjali ta’ pajjiżna 

Biex ninvestu fil-prijoritajiet il-ġodda tal-pajjiż. 

Għax meta nilħqu dawk l-għanijiet flimkien. 

Inżommu b’saħħitha l-Fiduċja f’Pajjiżna.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
9 hours ago
Partit Laburista
1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn. 

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org

1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn.

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 58
  • Shares: 61
  • Comments: 1

Comment on Facebook

Partit Laburista
15 hours ago
Partit Laburista
RENEW

Ingħaqad magħna! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 51
  • Shares: 62
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
Ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista

It-twemmin soċjalista tagħna qatt mhu se jħallina nkunu indifferenti. Għalhekk għandek tingħqad magħna s-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 58
  • Shares: 46
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL DAK KOLLU LI QED TAGHMLU GHAL Malta 🇲🇹 👌 GVERN Tar- RIFORMI, TA' VERU GHAX MA JIBZAX JEHODHOM.

Tajjeb

socjalista ??? din xi tkun dil kelma ?? grazzi rajtha qalbek

PAROLI FIL VOJT U FEJN THARES TARA L HBIP TAL HBIP.

Hadd ma jaqa lura imma malta waqet lura ghax mill hazin ghall ghar

Ghadu Partit Socjalista,fil Verita m ghadux..

Dr Abela il bank ghandu il policies tieghu jigiefiri u mhux ha jiehu riskju kbir biex issellef flus lil nies mhux daqsek stabli.

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 119
  • Shares: 93
  • Comments: 3

Comment on Facebook

Great picture Alfred Sant

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 644
  • Shares: 144
  • Comments: 51

Comment on Facebook

Prosit lil prim ministru, li qed jaghmel xoghol tajjeb hafna, imma nahseb minnu l isfel, hemm bzonn li jistmaw iktar lil min dejjem kien wara l partit biex illum jinsabu fejn qedin, ghax mid dehera, qed jonqsu l membri. U din se tirrifletti l quddiem.

Tinsewx toruhom ir raba sular

Well done to our Prime minister Robert Abela 👏👏❤️❤️

Kif tiskadili t tessera ma nergax ingeddida zgur li le ! Morru aqdu lin Nazzjonalisti kif ghamiltu qabel lelezzjoni ha tigbru l voti min hemm.

Luana Borg nies jihdu flats ,min partit ihor juru ic cwivet

Ajma hej. Kic gidep bhas soltu. Gidep. Anke l ihor Bendu ta. Gidep bis min Boby u Bendu. Hxejtuwh pajis. Zewg partijti tahxu lil Malta u lin nis.

Prosit lil mexxej Dr Robert Abela, lill-Amministrazzjoni tal-Partit u lil volontiera kollha.

Well done 👍

Issa jhallass lil min qdejtu mil koxxa. Hadd wara hadd tasal ta kullhadd. Jien meta fittixt lajnuna ma sibt lil hadd. Titnejku bin nies min ghalikom tridu.iggifuli lemm

done

Dak li gralkom hallejtu lil l-isviluppaturi jaghlu li ir-riedu mintoff biss hu hatt ghall haddiem

Prosit

Iridu jkeċċu nies mi djar, u jriduna nhallsu tessera. No

Prosit

Ghal hbieb tal hbieb biss!!!

Re New = Abort

Ara jistghux flok flus jghatu bottijiet u fliexken tal-plastik. Mhux fil-magni imma... Minn hemm. Kulhadd jiġi bil-boroz tal-fliexken u bottijiet...

Prosit dr abela u team tieghu

Prosit

ghandhom bzonn il flus ghax naqsulhom il bhahen

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL BIDLA TA' RIFORMI KBAR LI WETTAQTU.

Iktar moqdijien l ex nazzjonalisti,li gew mal lejber biex jakwistaw u jhaxnu bwiethom,milli moqdijien inthom il laburisti ta triq

Proset

Arani fuq quddim se nkun

Erfawli post quddiem.

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek