• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

August 3, 2020

“Jien sensittiv għall-karba tan-nies u smajt lin-nies jitkellmu” Il-PM

“Fil-mument li nieħdu deċiżjoni li ma tkunx konformi mal-liġijiet internazzjonali u t-trattati li aħna writtna mingħand ħaddieħor, hemm il-konsegwenzi fuq il-pajjiż, fuq il-membri tal-Forzi Armati tagħna, u jistgħu jittieħdu proċeduri kriminali…is-sentiment tan-nies huwa s-sentiment tiegħi, imma jeżistu limitazzjonijiet u obbligi li jeħtieġu li l-problema tibqa’ tiġi miġġielda.”

Hekk saħaq il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela waqt intervista fuq il-programm Pjazza meta kien qed jitkellem dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni f’pajjiżna.

Kwistjoni li pajjiżna ilu jaffaċċja għal diversi snin u li din is-sena qed tinħass aktar minn qatt qabel minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19.

Il-Prim Ministru sostna li minkejja s-sitwazzjoni li ninsabu fiha, meta wieħed jqabbel l-ammont ta’ immigranti li qed jidħlu f’pajjiżna mal-ammont ta’ immigranti li qed jidħlu f’Lampedusa fost oħrajn, in-numri huma pożittivi.

“Ħares lejn in-numri li qed jidħlu Lampedusa. Inħarsu lura lejn il-persuni li qed imorru lura l-Libja. Jiġifieri dan qed nitkellmu aħna eluf kbar ikkumparati ma’ numru mhux se ngħid ftit għax wieħed ikun ħafna, imma meta tagħmel il-paragun ma x’qed imur lura lejn il-Libja u mhux qed imorru waħedhom, x’qed imur lejn Lampedusa u x’qed jiġi Malta, tara kuntrast enormi.”

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li qed issir ħidma sfieqa sabiex kull dgħajsa li tkun ġejja lejn Malta ma tidħolx fl-ibħra Maltin.

Dwar iż-żamma tal-immigranti fuq dgħajjes privati, il-Prim Ministru spjega l-kuntest diffiċli li fih ttieħdet din id-deċiżjoni. Dan speċjalment meta ikun hemm persuni li jxekklu l-ħidma tal-Gvern u l-AFM billi jitfugħhom taħt inkjesta.

“Nixtiequ nagħmlu iżjed imma nafu li jista’ jkun hemm dawn it-tip ta’ riperkussjonijiet…Fil-mument li tingħalaq inkjesta u jibdew proċeduri kriminali fuq il-Prim Ministru jew il-membri tal-AFM hemmek ikollok l-għajta li dan trid ittir rasu, imma din ma tbeżżanix.”

Il-Prim Ministru xejjen ukoll għajdud dwar ftehim minn taħt dwar il-pakkett ta’ fondi ewropej li kiseb pajjiżna.

“Nista’ nassigura lil kulħadd li din id-diċerija li nġibu pakkett ekonomiku kbir mill-Ewropa bla preċedent biex indaħħlu l-immigranti assolutament mhux veru. Nifhem li hemm min qed jgħaddi dak l-argument għax ma jiflaħx li aħna rnexxielna ninnegozzjaw pakkett finanzjarju daqstant tajjeb għal pajjiżna…Il-pożizzjoni tiegħi hija waħda ċara li mmigranti jidħlu biss meta jkun hemm id-deċiżjoni diffiċli li jew tħalli n-nies jegħrqu jew issalvahom.”

Madankollu l-Prim Ministru spjega li l-ħidma ma tieqafx hemm hekk kif tibqa’ għaddejjha l-ħidma ta’ rilokazzjoni.

Robert Abela esprima wkoll id-diżappunt tiegħu dwar is-solidarjetá ewropea li kienet limitata ħafna f’din is-sitwazzjoni tant diffiċli għal pajjiżna.

“L-awtoritajiet ewropej lil dawk il-persuni li jkollhom il-Covid, jiġifieri dawk li nkunu salvajna aħna u dawk li kieku għalihom ħallewhom jegħrqu għax dawn jgħaddu bl-ajruplan minn fuqhom u jħalluhom jegħrqu għalihom, umbgħad jgħidulna imma issa dawk il-pożittivi jiżdiedu mal-istatistika tagħkhom għal finijiet biex niddeċiedu jekk inthomx pajjiż safe jew le għat-turiżmu. Dik hija s-solidarjetá.”

B’hekk il-Prim Ministru talab għas-sostenn tal-poplu fuq din il-kwistjoni sabiex Malta tkompli twettaq ħidmietha b’effittivitá.

“Jinqala’ x’jinqala’ qegħdin hemm biex nagħtu s-soluzzjonijiet” Il-PM

B’reazzjoni għas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, il-Prim Ministru Robert Abela assigura li kollox jinsab taħt kontroll u li ma hemmx bżonn allarm.

“In-numri telgħu minħabba li salvajna l-immigranti. Illum għandna ftit inqas minn nofs il-każijiet kollha li huma immigranti rregolari u mhumiex fil-komunitajiet. Mhux ġustifikazzjoni imma rajna li filwaqt li salvajna l-ħajjiet ma pperikolajniex il-ħajjiet tal-Maltin u t-turisti li għażlu jżuru lil pajjiżna.”

Dwar iż-żidiet riċenti fil-każijiet ta’ Covid-19, il-Prim Ministru Abela spjega kif dan ma kienx biss il-każ għal Malta madankollu sostna kif huwa wkoll kruċjali li jsalva l-ekonomija ta’ pajjiżna u b’hekk l-għejxien tal-Maltin u l-Għawdxin.

“Kull deċiżjoni li ħadna biex nipproteġu l-ħajja u l-għejxien tan-nies tagħna. Kruċjali imma li nibqgħu prudenti, viġilanti, insegwu l-istruzzjonijiet kollha li jagħtuna l-awtoritajiet tas-saħħa imma ma nallarmawx.”

Waqt l-intervista l-Prim Ministru qal li wieħed issakkar pajjiż, bl-ebda mod ma hija alternattiva għaliex ikun hemm kollass ekonomiku. Kollass li jfisser li investimenti bħal dawk fis-settur tas-saħħa li tant gawdejna minnhom fl-aħħar xhur, ma jkunux jistgħu jsiru.

“Għalhekk ngħid li s-sitwazzjoni hija kompletament taħt kontroll. Ma ninsewx il-prinċipji li ma jkollniex rata ta’ mortalitá baxxa u qed naraw ukoll li ma jkollnix persuni b’sintomi serji.”

Fil-kuntest tas-sitwazzjoni li bħalissa ninsabu fiha, Robert Abela tenna li għandha tirbaħ l-għaqda nazzjonali u mhux li jkun hemm min jipprova jiskorja xi punti politiċi.

“Illum qed naraw quddiem għajnejna kif l-ekonomija qed tirpilja. Ejja nieħdu pjaċir bil-ġid. Jien ma nifhimx kif setturi żgħar ma jieħdux pjaċir bil-ġid. Nieħdu lkoll pjaċir u jkollna Oppożizzjoni li tgħid jien kapaċi nagħmel aqwa mill-Gvern. Imma din mhux qed narawha għax ħlief negattiviżmu u jkissru l’hemm u jkissru l’hawn, jiddispjċini ngħid imma hawn min jieħu pjaċir bil-ħsara”, qal il-Prim Ministru.

B’hekk il-Prim Ministru temm l-intervista tiegħu jaċċenna għall-ambizzjoni tal-Gvern li jibqa’ jimbotta lil Malta u lil Għawdex ‘il quddiem.

“Il-futur huwa sabiħ. F’Marzu kelli l-lingwaġġ fejn kont ngħid li għada ħa jkun isbaħ mil-lum. Dan nerġa’ nirrepetih illum. Illum huwa tajjeb, għada ħa jkun aħjar u pit għada ser jerġa’ jkun aħjar u nibqgħu inħarsu ‘l quddiem b’dan is-sens ta’ pożittivitá u b’sens ta’ ambizzjoni li nġibu dejjem lil Malta u lil Għawdex ‘il quddiem.

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 70
  • Shares: 41
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 91
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 317
  • Shares: 41
  • Comments: 23

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
4 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 543
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

Well done!!

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek