• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

September 13, 2019

Josianne Cutajar b’kariga dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-UE

Minkejja li l-esperjenza ta’ Josianne Cutajar bħala membru fil-Parlament Ewropew għadha fil-bidu tagħha, l-Ewroparlamentari Maltija għadha kemm ġiet maħtura bħala Rapporteur Permanenti għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Kumitat tal-Industrija, Riċerka u Enerġija (ITRE) mill-familja politika tagħha fil-Parlament Ewropew, is-Soċjalisti u d-Demokratiċi.

B’hekk il-Membru Parlamentari Maltija se tkun waħda mill-membri attivi fil-Gender Mainstreaming Network fil-Parlament Ewropew.

Permezz ta’ din il-kariga, parti mill-ħidma ta’ Cutajar fi ħdan dan il-Kumitat importanti se tkun iffukata fuq kif kull proposta u politika li jimbotta l-Kumitat iħaddnu perspettiva ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri, dak li hu magħruf bħala gender mainstreaming. Fil-ħatriet li jagħmel l-istess Kumitat, imbagħad, l-irwol ta’ Cutajar se jkun li tassigura rappreżentanza bilanċjata tal-ġeneri.

F’kumment dwar din il-ħatra, Josianne Cutajar esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li l-attiviżmu tagħha fis-settur qiegħed ikun rikonoxxut b’dan il-mod. Hija fissret kif il-bilanċ bejn il-ġeneri għaliha ma jfissirx biss avvanz għan-nisa, iżda avvanz għas-soċjetà sħiħa, għaliex ilkoll nibbenefikaw meta kull individwu jkun jista’ jgwadi mid-drittijiet sħaħ tiegħu. Cutajar spjegat ukoll kif għaliha dan ma jfissirx li jittieħed xi dritt minn tal-irġiel biex jingħata lin-nisa, iżda l-ugwaljanza titlob li jinstab bilanċ sabiex kulħadd igawdi mill-opportunitajiet li toffri s-soċjetà tagħna.

Fl-istess waqt, Cutajar irreferiet għall-kisba tal-istess Soċjalisti u Demokratiċi meta l-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula Von der Leyen, ħabbret in-nomini tagħha għall-Kummissjoni l-ġdida b’bilanċ assolut bejn nisa u rġiel, u dan wara insistenza mill-istess grupp politiku.

Fi kliem il-Membru Parlamentari Ewropew, dan il-bilanċ fil-Kummissjoni, flimkien mal-kariga l-ġdida ta’ Kummissarju Ewropew responsabbli speċifikament mill-Ugwaljanza fl-Ewropa, li bi kburija hu previst li ser tingħata lill-Maltija Dr Helena Dalli, jawgura tajjeb ħafna biex il-politika li twettaq l-Unjoni Ewropea tirrispetta l-bilanċ u tkisser l-ostakli patrijarkali li jżommu lil mara fi żvantaġġ.

L-attiviżmu ta’ Cutajar għat-tisħiħ tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri beda snin ilu l-aktar fi ħdan in-Nisa Laburisti li b’kuraġġ tella’ suġġetti importanti u miżuri favur il-familja fuq l-aġenda nazzjonali. Bħala avukat, hija ħadmet mill-qrib ma’ vittmi ta’ vjolenza domestika, u fl-aħħar xhur tkellmet ukoll fuq miżuri effettivi biex jitkissru strutturi soċjali li jpoġġu lill-mara fi żvantaġġ għall-progress professjonali tagħha. Hija tifforma parti wkoll mill-Kumitat tekniku dwar azzjoni pożittiva biex jiżdied il-bilanċ bejn il-ġeneri fil-Parlament Malti.

“Dan hu biss il-bidu. Irrid li l-politika Ewropea, fis-setturi varji, tkun waħda li tagħti aktar setgħa lil min s’issa huwa diskriminat,” saħqet Josianne Cutajar. “Dan nistgħu nagħmluh biss jekk il-politika Ewropea tkun, sa mill-bidu tagħha, allinjata mal-prinċipji tal-ugwaljanza u n-non-diskriminazzjoni, sabiex verament taħdem għal kulħadd.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 70
  • Shares: 41
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 94
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 318
  • Shares: 41
  • Comments: 23

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
4 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 544
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

Well done!!

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek