Għin
lill-Partit Laburista
February 18, 2021
Kap insensittiv li jippolitiċizza l-Covid-19
L-istunt politiku tal-Kap tal-Oppożizzjoni huwa offiża għall-familji tal-vittmi tal-Covid-19 li mhux interessati f’partiġġjaniżmu.
Il-preżenza tiegħu quddiem Kastilja juża l-imwiet għall-gwadann politiku tixhed kif Bernard Grech hu mhedi f’politika partiġjġana li tieħu gost bid-deni u ma tipproponi xejn.
Fil-fatt, filwaqt li pajjiżna jinsab fuq quddiem nett fl-Unjoni Ewropea jlaqqam lin-nies, il-kumitat ta’ politiċi li ħatar hu ma ħariġx b’imqar proposta waħda ta’ kif niġġieldu aħjar din il-pandemija.
Kull jum li jgħaddi, Bernard Grech qed joħroġ bħala politiku bla prinċipji li jinteressah biss jilgħab politika partiġġjana, anke fuq materji tant sensittivi bħall-pandemija.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.