Għin
lill-Partit Laburista
October 25, 2020
Kap tal-Oppożizzjoni negattiv u bla viżjoni
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech jitkellem ħafna, iżda imbagħad ma għandu l-ebda idea. Din hija xi ħaġa li l-poplu Malti u Għawdxi qed jinnota u qed jifhem.
Anke fuq l-ikbar baġit fl-istorja, Grech mhux biss wera kemm m’għandux idea tal-ekonomija iżda kien iżolat fil-kritika tiegħu.
Filwaqt li l-poplu Malti u Għawdxi u l-Korpi Kostitwiti kollha faħħru l-baġit għas-sena d-dieħla, baġit li huwa mmirat biex iħares l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin, jinċentiva ż-żgħir u jissalvagwardja l-impjiegi fi żmien ta’ sfidi li ħadd qatt ma għadda minnhom qabel, għal Bernard Grech, dan kien baġit ta’ Gvern għajjien, b’miżuri ta’ malajr u li jara biss sal-ponta ta’ mnieħru.
Għall-kuntrarju, dan il-Gvern mhuwiex Gvern tal-attakki. Dan hu Gvern li jwieġeb bil-ġid u x-xogħol, Gvern tal-ideat, onest, iffukat u li jimxi ta’ raġel mal-poplu tiegħu.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.