• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

July 7, 2019

Katina ta’ miżuri li flimkien inaqqsu l-faqar

Katina ta’ miżuri li flimkien inaqqsu l-faqar

 

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph  Muscat, spjega li fid-diversi miżuri li jieħu l-gvern għandu l-għan li jnaqqas il-faqar.

Meta intervistat fuq ONE Radio, Joseph Muscat tkellem dwar rapport li poġġa lil Malta fuq nett fid-dinja fil-ġlieda kontra l-faqar. Għalkemm għamilha ċara li għad hemm każi ta’ faqar li jridu jkunu  ndirizzati.

Kuntrarju ta’ dak li dan il-gvern wiret fis-sitwazzjoni tal-faqar, illum ‘il ġurnata “bdejna nnaqqsuh u nieħu pjaċir illi l-Ġnus Magħquda juru li aħna l-aktar pajjiż madwar id-dinja li għamilna u qed nagħmlu din il-ġlieda kontra l-faqar u qed niksbu r-riżultati,” spjega l-Prim Ministru.

“Minkejja dak kollu li għamilna, għad hawn nies foqra fil-pajjiż. Dik għalija hija l-isfida l-kbira nett. L-ewwel għan tagħna huwa x-xogħol. Ix-xogħol li mbagħad flimkien mal-edukazzjoni u mal-qafas tas-servizzi soċjali huma t-tliet pilastri li permezz tagħhom tiġġieled il-faqar,” żied il-Prim Ministru.

Hawn għamel referenza għad-diversi miżuri li ħa l-gvern bħal mhu l-garanzija għaż-żgħażagħ, il-mod kif jitħaddmu l-benefiċċji u ż-żieda fil-pensjonijiet fost oħrajn.

Joseph Muscat fisser li l-fatt li tlajna l-ewwel fid-dinja mhux riżultat ta’ xi politika waħda fuq il-faqar, iżda riżultat tal-fatt li “f’dak kollu li nagħmlu u dak kollu li ngħidu, anke fuq il-politika tagħna fuq it-tkabbir ekonomiku, fl-aħħar mill-aħħar, the underlying theme huwa li għandna miżuri f’kull waħda li jkomplu flimkien, katina waħda kontra l-faqar.”


L-Air Malta b’ġejjieni tajjeb ħafna

 

Fil-ġimgħa li l-Air Malta ċċelebrat l-20 sena mill-ewwel titjira lejn Praga, il-Prim Ministru saħaq li l-ġejjieni tal-Air Malta huwa wieħed tajjeb ħafna. Il-kumpanija nazzjonali tal-ajru trid tikber u mhux tiċkien.

 

“Irnexxielna li l-Air Malta npoġġuha mill-ġdid fuq saqajha. Sar xogħol tajjeb ħafna fil-leġiżlatura li għaddiet u tkompla f’din il-leġiżlatura… Wara 18 -il sena, l-Air Malta tagħmel telf, għall-ewwel sena l-Air Malta għamlet qliegħ.”

 

Il-Prim Ministru kompla billi qal li l-Air Malta għandha viżjoni ċara ħafna, permezz anke ta’ flotta ġdida li hija ekonomika ħafna aktar, it-titjiriet lejn destinazzjonijiet li huma kruċjali għalina imma li nħarsu wkoll lejn destinazzjonijiet ġodda li huma ta’ tul medju u anka ta’ aktar fit-tul illi nidħlu flimkien ma’ żviluppi ġodda fil-qasam tal-avjazzjoni f’pajjiżna.

 

“Jien ċert li ħa nkunu qed nirnexxu. Biex nirnexxu imma, kulħadd irid jiġbed ħabel wieħed. Jien mhux ħa noqgħod nidħol fi kwistjonijiet ta’ bejn kategorija u oħra ta’ dak li jintqal u ma jkunx qed jintqal. It-talbiet kulħadd jaf x’kienu li kellna quddiemna. Il-Gvern dejjem miftuħ għal talbiet realistiċi. Il-Gvern ikun irresponsabbli jekk talbiet mhux realistiċi jagħti widen għalihom. U naħseb in-nies jafu jiżnu sewwa x’inhuwa realistiku u x’ m’huwiex realistiku,” kompla l-Prim Ministru.

 

Fuq tema oħra esprima wkoll is-sodisfazzjon għar-riżultat miksub fis-settur tas-saħħa fejn pajjiżna rreġistra l-aħjar rata fl-Ewropa ta’ persuni li jgħixu wara li jkunu sofrew minn kanċer tas-sider.

 

“Jien naħseb li fil-qasam tas-saħħa qed isir xogħol impekkabli. Il-proġetti li hawn f’dan il-qasam se jkunu qegħdin jibdlu l-wiċċ tas-settur tas-saħħa li diġa’ huwa fost l-aqwa fid-dinja imma ħa jkomplu javvanzawh ‘il quddiem,” temm il-Prim Ministru.

 

Muscat irrimarka li f’dan il-qasam mhux biss bqajna quddiem nett imma ħa nkomplu mexjin aktar ‘il quddiem.

 

Gvern li jaġixxi bi trasparenza

 

Tkellem ukoll dwar ir-rapport li ppubblika l-gvern b’reazzjoni għal dak li jkun qal l-Awditur Ġenerali fir-rapporti tiegħu. Fisser kif qabel konna mdorrijin b’sistema fejn l-Awditur Ġenerali jiġi jeżamina lill-Gvern u joħroġ numru ta’ rakkomandazzjonijiet li mbagħad ikunu injorati. Għar-raba’ sena l-gvern ħareġ dokument dettaljat bir-reazzjoni tiegħu.

 

“Ħareġ li mir-rapport tal-2017, l-Awditur Ġenerali kien ħareġ lista ta’ 192 rakkomandazzjoni li l-Gvern għandu jagħmelu minnhom aħna bħala Gvern, aġixxejna fuq 172 minnhom, 90%.

Diġa’ bdejna nimplimentaw jew ġew implimentati 78% ta’ dawn il-miżuri jiġifieri mhux sempliċiment ngħidu naqblu imma mbagħad nagħmluhom l-affarijiet. Kien hemm 10% oħra li kien hemm interpretazzjoni differenti,” sostna l-Prim Ministru.

 

Dan it-tip ta’ djalogu huwa importanti ħafna għat-trasparenza li mhux biss sempliiment ikun hemm kritika imma jkun hemm tweġiba ta’ dik il-kritika imbagħad is-sinteżi ta’ dak kollu.

 

Fuq rapport separat li ħareġ il-Kummissarju għall-Istandards Dr. George Hyzler, il-Prim Ministru qal li “aħna qegħdin neżaminawh u aħna fid-dover li neżaminawh.”

 

Dr. Hyzler tkellem dwar il-fatt li hemm backbenchers, kemm min-naħa tal-Gvern, kemm min-naħa tal-Oppożizzjoni li għandhom xi tip ta’ karigi mal-Gvern jew entitajiet tagħhom. Il-Prim Ministru emfasizza li din il-ħaġa bdiet taħt Gvern Nazzjonalista u mhix xi ħaġa li bdieha dan il-gvern.

 

Il-Prim Ministru enfasizza l-ħtieġa li jkun hemm diskussjoni pubblika, eżami legali ta’ dawn l-affarijiet u m’hemmx dubju li ħa nkunu qed nagħtu kas sewwa ta’ dan ir-rapport u noħorġu bil-pożizzjoni tagħna f’dan ir-rigward.”

 

Dwar l-għażla tal-persuni biex imexxu l-istituzzjonijiet Ewropej Joseph Muscat fisser kif deher ċar kemm dan il-proċess huwa kkumplikat iżda huwa wkoll intensiv. “Naħseb ħriġna b’sett ta’ ismijiet li huma tajbin immens,” qal il-Prim Ministru.

Il-Prim Ministru kompla jispjega li jekk Ursola Von Der Leyen tkun approvata mill-Parlament Ewropew, din se tkun “l-ewwel mara li ħa tkun qegħda tmexxi l-Kummissjoni Ewropea… Ħa jkollna l-ewwel mara wkoll li ħa tkun qed tmexxi l-Bank Ċentrali Ewropew, Christine Lagarde, li fil-fehma tiegħi, huwa sinjal politiku b’saħħtu mmens li tnejn mill-aktar istituzzjonijiet b’saħħithom tal-Ewropa, biex ma ngħidx tad-dinja, ħa jkunu mmexxija min-nisa.”

Lil’hinn mill-ismijiet, Muscat saħaq l-importanza li jkollok programm b’saħħtu. “Inħares ‘il quddiem li niddiskutu mal-President il-ġdida, ġaladarba tkun konfermata, naraw kif dan il-programm, imħejji fuq l-istrateġija li aħna approvajna bħala Presidenti u Prim Ministri tiġi mwettqa.”

 

Il-gvern iħejji għall-baġit

 

Il-Prim Ministru tkellem dwar kif hu se jħares ‘il quddiem li jkompli l-ħidma tiegħu b’aktar impenn, saħħa, enerġija, ħeġġa u kuntentizza għaż-żmien li ġej fejn “issa x-xogħol kollu ħa jkun immirat lejn il-baġit li jmiss li se jkun il-prijorita’ numru wieħed tiegħi u tal-Gvern… u nassiguraw li jkun baġit b’saħħtu, tajjeb u n-nies ikomplu kif draw. Mhux dan il-baġit x’ħa joħdilna imma dal-baġit x’ħa jtina.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 70
  • Shares: 41
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 91
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 317
  • Shares: 41
  • Comments: 23

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
4 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 543
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

Well done!!

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek