• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

October 4, 2020

“Kburi li jien Malti u kburi b’pajjiżi” – Il-PM

“Kburi li jien Malti. Kburi b’pajjiżi. Kburi bil-poplu tagħna u kull fejn immur niftaħar li jien Malti.”

 

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru Robert Abela meta tkellem dwar is-summit speċjali tal-Kunsill Ewropew li attenda fi Brussell.

 

Il-Prim Ministru saħaq li waqt diskussjonijiet fuq suġġetti ta’ portata kbira huwa kruċjali li Malta toħroġ b’saħħitha speċjalment meta ntmess is-suġġett tal-immigrazzjoni.

 

Dwar dan il-Prim Ministru ħabbar li f’Settembru ma daħalx immigrant irregolari wieħed f’pajjiżna.

 

“F’Settembru din is-sena ma kellniex wasla ta’ immigrant irregolari wieħed f’pajjiżna. Ilbieraħ waslu 38 persuna mill-Marokk. Dawn il-persuni jridu jiġu ripatrijati lejn pajjiżhom. Se nkunu sodi. ”

 

Hawnekk il-Prim Ministru appella wkoll għal politika komuni mal-Partit Nazzjonalista u l-Oppożizzjoni dwar is-suġġett tal-immigrazzjoni.

Dan fid-dawl ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista ġdid li jgħid li Malta mhux full-up.

 

“Tfixklux il-ħidma tal-Gvern biex iżomm il-waqfa ta’ immigranti f’pajjiżna. Il-pożizzjoni tagħna se tibqa’ waħda ċara. Rajna li meta ħadna miżuri tan-nofs ma ħadmux. Ejja ħalli jkollna politika barranija komuni fuq dan is-suġġett.”

 

Il-Prim Ministru rrefera wkoll għar-relazzjonijiet diplomatiċi eċċellenti li ħadet ħsieb Malta ma’ pajjiżi bħal-Libja f’dan iż-żmien ta’ sfida.

 

“Jien ma narax biss il-Libja bħala mod kif insolvu din l-issue ta’ immigrazzjoni imma potenzjal ta’ investiment għal pajjiżna, potenzjal fejn in-negozjanti tagħna jistgħu jibqgħu jinvestu. Għalhekk ikollok politika barranija b’saħħitha.”

 

Fuq is-suġġett tas-summit, Robert Abela qal li Malta għal darb’oħra kienet fuq quddiem ukoll f’diskussjonijiet dwar is-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba.

 

“Mhux talli m’għandniex problema fil-kwistjoni tas-saltna tad-dritt imma talli nippromovuha fuq quddiem nett.”

 

“Nipproteġu l-impjiegi u n-negozji tagħna” – Il-PM

 

“€45 miljun f’vouchers li qassamna mal-poplu tagħna. Inċentiva ewlenija li wasslet għall-konsum u waslet għal ħafna fiduċja kemm fin-nies u kif ukoll fin-negozji.”

 

Il-Prim Ministru qal dan b’referenza għall-irkupru ekonomiku li beda jara pajjiżna grazzi għall-inizjattivi f’waqthom tal-Gvern fil-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika.

 

Fil-fatt rrefera wkoll għaċ-ċifra tal-qgħad f’pajjiżna hekk kif din f’Malta qed tinżel.

 

“Dan huwa frott tal-politika ekonomika ta’ pajjiżna. Ma waqax mis-sema dan ir-riżultat. Dan ġie għax konnha iffukati u konnha nafu fejn sejrin…Waqt li ħaddieħor kien qed jiddibatti l-proċess ta’ ħatra ta’ Kap ġdid aħna konnha ffukati fuq kif se nfasslu l-politika ekonomika tagħna f’dan il-mument partikolari.”

 

Dwar l-ekonomija ta’ pajjiżna, il-Prim Ministru semma wkoll proġetti infrastrutturali bħal dak tas-Central Link u li grazzi għaliha dawn mxew ‘il quddiem.

 

“Kif stajna nagħmlu dan kollu? Dak l-għaqal ta’ dan il-Gvern fl-aħħar 7 snin li bena finanzi fis-sod. Nafu xi writna fl-2013. Ara pajjiżna mill-aspett ekonomiku u fiskali kif kien fl-2013 u kif ġibnih fl-2020.”

B’hekk Robert Abela tenna biex il-poplu jibqa’ jafda lil dan il-Gvern. Gvern li għandu filosofija ċara lejn il-futur tal-pajjiż. Filosofija li dehret biċ-ċar anke fl-aħħar 3 budgets li għamel dan il-Gvern matul din is-sena.

 

Il-Prim Ministru aċċena wkoll għal-budget li jmiss.

Budget li se jixhed ir-ruħ soċjali ta’ dan il-Gvern fosthom mal-pensjonanti.

 

“Se jkollna budget li huwa tajjeb. Jien ma nghidx li ħabba ċ-ċirkostanzi mhux ħa jkollna budget tajjeb. Se jkollna budget pożittiv, budget tajjeb u se jkun intunat preċiżament maċ-ċirkostanza li għandna llum. Se jkun budget targeted biex mhux biss ikun hemm żvilupp ekonomiku imma wkoll irkupru ekonomiku u b’mod targeted nolqtu lil dawk is-setturi li f’dan il-mument jeħtieġ li jiġu mwieżna.

 

“Jien inħares lejn poplu Malti wieħed u magħqud” – PM

 

Il-Prim Ministru temm jappella għall-politika lil hinn mit-tribaliżmu. Politika li tgħaqqad u li tinkludi lil kulħadd fi ħdanha.

 

Hawnekk Robert Abela rrefera għall-irwol kruċjali tal-mara fis-soċjetà tagħna u kif Gvern Laburista qed jagħmel minn kollox sabiex ipoġġi lill-mara fuq quddiem.

 

“Jien konvint bl-importanza li n-nisa f’pajjiżna jokkupaw rwoli kruċjali.”

 

Meta kien mistoqsi dwar in-nisa fl-isfera politika ta’ pajjiżna, il-Prim Ministru rrefera anke għall-mekkaniżmu li permezz tiegħu l-Parlament se jara aktar rappreżentanza femminili.

 

“Ejja ndaħħluh dan il-mekkaniżmu mill-elezzjoni ġenerali li jmiss ikun japplika u naraw l-andament kif jaħdmu l-affarijiet.”

 

Fi tmiem l-intervista l-Prim Ministru awgura lil Bernard Grech wara li ġie elett Kap tal-Partit Nazzjonalista.

 

“Insellem lil Adrian Delia tal-ħidma tiegħu fl-aħħar snin, insellem lil Bernard Grech, insellimlu u nawguralu fil-kariga ġdida li daħal fiha u nieħu din l-okkażjoni biex nistiednu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex niddiskutu temi li jistgħu jieħdu l-pajjiżna ‘l quddiem.”

 

Hawnekk il-Prim Ministru temm jappella għad-djalogu favur l-għaqda f’pajjiżna.

 

Djalogu bl-aqwa viżjoni għas-snin li ġejjin dwar temi diversi li jolqtu lil pajjiżna.

 

“Jien nemmen fil-politika tal-għaqda u fil-konverġenza tal-ideat. Li dan il-pajjiż mhux se mmexxuh il-quddiem billi ndaħħlu ż-żerriegħa tal-firda imma ndaħħlu l-għaqda. Dan hu li qed nagħmlu jien flimkien mat-tim tiegħi li qed naħdmu favur pajjiż wieħed u dan hu l-invit lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Ejja npoġġu bilqegħda u naraw il-viżjoni tagħna, il-viżjoni ħolistika ta’ fejn qed naraw li jmur pajjiżna fis-snin li ġejjin.”

 

Uffiċċju tal-Komunikazzjoni

Partit Laburista

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 70
  • Shares: 41
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 91
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 317
  • Shares: 41
  • Comments: 23

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
4 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 543
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

Well done!!

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek