Għin
lill-Partit Laburista
April 16, 2019
Konferenza Ġenerali minn fost in-nies
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Konferenza Ġenerali minn fost in-nies
Il-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista ta’ din is-sena se toħroġ miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u titlaqqa’ wkoll fil-pjazez tal-irħula, minn fost in-nies.
Ħabbru dan il-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef u s-Segretarja tal-Eżekuttiv Nazzjonali Lydia Abela.
“Se tmur fil-pjazez fost in-nies, fil-qalba tan-nies, għax aħna rridu nkunu viċin il-komunitajiet tagħna,” qal Daniel Micallef li spjega li din il-konferenza se tara wkoll is-sehem tal-imsieħba soċjali u persuni oħra.
Il-kelliema fissru kif il-konferenza għandha l-għan li tiddiskuti wkoll għadd ta’ temi li jolqtu s-soċjetà direttament għax il-Partit Laburista jrid jibqa’ għodda biex joħorġu iktar proposti għall-Maltin u l-Għawdxin.
“Bħala partit inkunu aħna li nixprunaw u ntellgħu d-diskussjonijiet fuq l-aġenda,” qal Daniel Micallef.
Is-Segretarja tal-Eżekuttiv, Lydia Abela, fissret kif temi bħal housing, l-IVF u s-sehem tan-nisa fil-politika li kienu fuq l-aġenda ta’ konferenzi ġenerali tas-snin li għaddew illum kollha huma parti mir-riformi li qed jippreżenta l-gvern.
Fost it-temi diskussi din is-sena hemm is-sehem ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u l-lokalitajiet li rridu għal għada.
Daniel Micallef fisser kif din hi konferenza li se titlaqqa wkoll ġimgħat qabel l-appuntament elettorali tal-25 ta’ Mejju, fejn il-qofol jintlaħaq bid-diskors tal-Prim Ministru fit-28 ta’ April. Diskors li jsir ftit jiem qabel l-appuntament importanti għall-Maltin u l-Għawdxin kollha fl-ewwel ta’ Mejju fi Pjazza Kastilja.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.