
Fuq allegazzjonijiet serji dwar id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, il-Partit Nazzjonalista ħareg jgħid li Azzopardi ‘awto-ssospenda’ ruħu mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista.
Bernard Grech ma ħa l-ebda deċiżjoni għax m’għandu l-ebda saħħa fuq Azzopardi. Fil-fatt Bernard Grech wera kemm hu bla sinsla u li jitmexxa flok imexxi.
Il-mossa ta’ Jason Azzopardi hija biss finta.
Azzopardi huwa mażżra mwaħħla m’għonq Bernard Grech u l-Partit Nazzjonalista.
Minkejja dan illum għandna prova li l-mazz huwa f’idejn Azzopardi.