• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

May 5, 2019

Kwistjoni ta’ kredibiltà

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista  

 

Kwistjoni ta’ kredibiltà

 

Fl-Isla, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat tkellem dwar kif l-għażla tal-25 ta’ Mejju hija waħda ta’ kredibiltà. Spjega fid-dettall kif filwaqt li l-gvern jaħdem bi pjan u jwettaq dak li jwiegħed, l-Oppożizzjoni hija inkonsistenti u magħha ma tkunx taf fejn qiegħed.

“Il-kelma tagħna hija r-rabta tagħna,” qal Joseph Muscat li spjega kif f’dawn il-jiem, ħaddieħor reġa’ wera kif hu oppożizzjoni li tgħid ħafna u meta tiġi għall-fatti ma twettaqx.

L-eżempji kienu diversi. Fosthom il-mod kif żviluppaw l-affarijiet b’rabta ma’ din il-mina u spjega l-kontenut tal-mozzjoni li l-Partit Nazzjonalista vvota favuriha.

Vot favur wara li l-mina kienet imwiegħda għal darbtejn fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista. “Kemm il-darba ċaħduh lill-poplu, jgħidulu ħaġa u tagħmel oħra,” qal il-Prim Ministru li fisser li din hi kwistjoni li tmur lil hinn mill-mina.

Qal li ladarba jiċħdu lill-poplu fuq l-ikbar proġett ta’ kull żmien, aħseb u ara kemm se jiċħdu lill-persuni fuq dak li jwiegħduhom personalment.

“Din hi kwistjoni ta’ kredibiltà… kulħadd jista’ jwiegħed kollox. Ma tridx għerf biex twiegħed. Ix-xogħol huwa biex twettaq,” qal Joseph Muscat li ta lista twila ta’ wegħdi li għamel il-gvern u twettqu. Fakkar ukoll f’wegħdi li għamel il-Partit Nazzjonalista u ma twettqux, fosthom it-tnaqqis fl-income tax.

“Aħna nħallu l-poplu jiġġudikana. Nafu li anke min ma jaqbilx magħna jaf li dan il-gvern iwettaq dak li jwiegħed,” qal il-Prim Ministru.

Ta l-eżempju tal-isfida tat-traffiku bħala eżempju ieħor fejn l-oppożizzjoni tgerger, u l-gvern jagħti s-soluzzjonijiet. Il-Prim Ministru fakkar kif il-gvern beda bi proġett infrastrutturali tat-toroq kollha li jsiru f’seba’ snin u sostna li hemm il-pjan li diġa’ beda jitwettaq u li se jwassal biex fi ftit snin oħra, il-karozzi tal-linja f’Malta jkunu b’xejn. “Jien irrid immur, imma dik fażi oħra, għal sistema fejn jekk tuża tal-linja tingħata l-flus. Għax dak l-inċentiv, mela ngħabbu n-nies bit-taxxi?” qal il-Prim Ministru li fisser li biex dan isir irridu nibqgħu ngħamlu surplus. Imbagħad hemm il-pjan li l-karozzi kollha li jidħlu f’pajjiżna jibdew ikunu tal-elettriku. “Ħaddieħor igerger u m’għandu soluzzjonijiet ta’ xejn. Hija kwistjoni ta’ viżjoni għall-pajjiż,” qal il-Prim Ministru li tenna li min m’għandux viżjoni jispiċċa jinqabad fil-kontradizzjonijiet. Qal li l-gvern mhux jiskarta l-possibbiltà tal-underground, peró fakkar li din tiġi b’ċertu responsabbiltajiet u hawn l-oppożizzjoni qed tinqabad ukoll f’kontradizzjoni.

Tkellem kif kien hemm ħafna diskussjoni dwar il-fatt li biex issir il-mina bejn Malta u Għawdex se jinqala’ ħafna blat u jrid jitqiegħed x’imkien. “Kieku narmuh fil-barrieri ma jkollniex iktar fejn inqiegħdu skart ieħor. Allura rridu naraw il-politika tagħna ma’ reklamazzjoni tal-art,” spjega l-Prim Ministru li din ma tfissirx li se ssir xi biċċa art x’imkien biex jinbnew skyscrapers fuqhom. “Taqla’ dan il-paniku kollu għall-mina bejn Malta u Għawdex, imbagħad tiġi tipproponili underground fejn irridu nħaffru Malta u Għawdex kollha… aħseb u ara meta tiġi biex tħaffer 20 mina mela,” qal il-Prim Ministru li nnota l-inkonsistenza tal-oppożizzjoni. Inkonsistenza oħra hi dwar l-użu ta’ sistemi bħal dawn fejn irid ikollok biżżejjed nies li jużawhom. “Mela l-ewwel jgħidilna li fgajna Malta bil-barranin u issa jrid proġett li għandek bżonn iktar nies fih. Jew it-tieni waħda, jekk ma tridx li jkollok iktar nies, allura żżid it-taxxi. Jgħidilna n-nies mgħobbijien allura trid iżżid it-taxxi?” qal il-Prim Ministru li spjega kif hu miftuħ għal dan il-proġett, iżda tenna li l-gvern irid ikun sinċier mal-poplu.

Meta tkellem dwar l-ambjent fakkar kif ħafna mill-applikazzjonijiet kontroversjali li l-oppożizzjoni trewwah dwarhom huma applikazzjonijiet f’żoni ta’ żvilupp li meta twessgħu vvota favurihom il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista vvota kontra. “Għalhekk ma jistgħux ikunu kredibbli,” qal Joseph Muscat li sostna li l-anqas dwar il-pensjonijiet ma jistgħu jkunu kredibbli.

 

Se nagħtu iktar lill-anzjani

 

“Il-pensjonijiet huwa legat kbir ta’ ġustizzja soċjali ta’ Gvern Laburista ta’ Mintoff,” sostna l-Prim Ministru li fakkar kif issa kien dan il-gvern li żied il-pensjonijiet. “ U lill-pensjonanti tagħna ngħidilhom li xorta mhux biżżejjed. Ara kemm tajnikom, mhu xejn ħdejn daqs kemm irridu ntukom,” sostna l-Prim Ministru li tkellem dwar kif l-oppożizzjoni ġġib fatti żbaljati wkoll.

Irrefera għal kif l-oppożizzjoni qalet li naqsu l-edukaturi. U minflok żdiedu bl-eluf. “Kif tista’ tkun kredibbli dwar l-edukazzjoni meta l-anqas l-iktar punt bażiku ma ġġib tajjeb,” qal il-Prim Ministru.

L-istess seħħ fuq is-serq f’Tas-Sliema fejn l-Oppożizzjoni tgħid li n-nies qed jagħmlu sa tliet bibien u l-istatistika turi li naqas is-serq f’Tas-Sliema. “Kif allura tista’ tkun kredibbli ma’ dak li għandu x’jaqsam mas-sigurtà?” qal il-Prim Ministru. Fisser kif il-gvern mhux se jgħid li kollox ward u żahar. “F’ħafna affarijiet irranġajna imma fadal ħafna xi jsir. U waħda minnhom hija l-mod ta’ kif inħarsu lejn il-faqar. Ħaddieħor kien jgħid li l-faqar nimmaġinawh. Aħna l-ewwel ħaġa li għidna hija li l-faqar hija realtà. Hija realtà u għadha realtà… Għalhekk fadal l-iskop għall-movimen tagħna. Għax il-moviment tagħna jrid jibqa’ jaħdem sakemm ma jkunx hawn iktar faqar fil-pajjiż,” qal il-Prim Ministru li fakkar fil-mira li ma jkunx hemm tifel jew tifla f’familja fejn xi ġenitur jaħdem fil-faqar. Mira oħra li jonqsu li l-pensjonanti fqar jonqsu. “Il-fatti huma li minn kull tliet persuni li writna fil-faqar tnejn minnhom diġa’ neħħejnihom. Għandna biex nkunu kuntenti, imma fadal dik il-persuna minn kull tlieta u mhux se nistrieħu qabel dik il-persuna nneħħuha mill-faqar,” qal il-Prim Ministru li tkellem dwar il-mobbiltà soċjali u l-miżura fejn l-istudenti jagħmlu l-eżamijiet b’xejn.

Finalment, il-Prim Ministru tkellem dwar il-ġudizzju tal-poplu u kif il-gvern ma jibżax minnu. Spjega li l-Isla kienet waħda minn 23 lokalità fejn il-PN lagħab logħba biex ma jsirux elezzjonijiet. Hawn għamel appell lin-nazzjonalisti ġenwini li għandhom ikunu urtati b’dan l-aġir biex joħorġu jivvotaw lill-Partit Laburista. Appell ieħor lill-dawk li tradizzjonalment huma laburisti. “Ħaddieħor iridkom tibqgħu d-dar,” sostna l-Prim Ministru li għamel stedina biex joħorġu jivvotaw u juru li Malta f’Qalbna.

 

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

 

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 70
  • Shares: 41
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 91
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 317
  • Shares: 41
  • Comments: 23

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
4 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 543
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

Well done!!

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek