Għin
lill-Partit Laburista
November 3, 2023
L-akbar żidiet għall-anzjani mill-budget Malta Ġusta
Permezz ta’ dan il-budget, il-Partit Laburista fil-Gvern qed jibgħat messaġġ ta’ serħan il-moħħ u tama lill-anzjani.
Dan qaluh id-Deputati Randolph De Battista u Katya De Giovanni waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn emfasizzaw kif b’Malta Ġusta, il-Gvern qed jibgħat messaġġ li l-effetti tat-taqlib li għaddejja minnu d-dinja m’għandhomx ibatuhom l-anzjani għalhekk se jkompli jerfa’ l-piż hu u jgħinhom jimxu ’l quddiem.
Id-Deputat Randolph De Battista immarka d-differenza fit-twemmin bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista u kif dan il-Gvern qatt ma jistrieħ fuq dak li jagħmel tant li l-anzjani se jesperjenzaw żidiet rekord fil-pensjonijiet. “Żieda ta’ 780 Ewro fis-sena. Qatt f’pajjiżna ma rajna żieda bħal din… Il-mekkaniżmu addizzjonali tal-COLA issa nfirex iktar u se jolqot ukoll ħafna nies li mhumiex neċessarjament f’riskju ta’ faqar… Dan huwa budget li qed jagħmel ġustizzja mal-anzjani li twieldu qabel l-1962 u jinċentivahom biex jgħixu fi djarhom…Bħalma l-anzjani sabu lill-Partit Laburista t-tarka tagħhom sa mill-bidu tat-twaqqif tiegħu, hekk ukoll se jibqgħu jsibu lill-Partit Laburista t-tarka tagħhom illum, u fis-snin li ġejjin.”
Id-deputat Katya De Giovanni semmiet eżempji varji taż-żidiet li se jkunu qed igawdu minnhom il-pensjonanti s-sena d-dieħla.
Koppja pensjonanti li għandhom pensjoni kontributorja t-tnejn li huma se jesperjenzaw żieda ta’ €1,890 fis-sena grazzi għal żidiet fil-pensjoni, fl-għotja tal-anzjani u benefiċċju addizzjonali kontra l-għoli tal-ħajja. Pensjonanta xebba se tgawdi minn żidiet li jammontaw għal €1,003 fis-sena. Ir-romol se jesperjenzaw żidiet ta’ kważi €1,000 fis-sena. Ħaddiem li jibqa’ jaħdem sa 64 sena se jkollu dħul addizzjonali fil-pensjoni ta’ €2,977 fis-sena. Koppji li jgħixu bil-pensjoni tal-eta’ bejniethom se jiżdiedu €1,380 fis-sena.
Għalhekk Malta Ġusta.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.