• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

April 22, 2021

“L-ambizzjoni tagħna li nibqgħu nagħmlu l-ġid għall-pajjiż” – il-PM

“Kull proġett li nmiddu għonqna għalih inlestuh fil-ħin u bil-baġit allokat.”

Dak kien is-sentiment tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela waqt intervista fuq ONE, il-Ħadd filgħodu meta kien mistoqsi dwar il-proġett tal-Marsa Junction li ġie nawgurat ftit tal-jiem ilu.

Il-Prim Ministru rrimarka l-kummenti ta’ esponenti tal-Partit Nazzjonalista qrib Bernard Grech sabiex iwaqqgħu għaż-żufjett dan l-akbar proġett f’pajjiżna li sar b’investiment ta’ €70 miljun.

“Żgur mhuwiex spaghetti junction kif qalilna ħaddieħor, kif qaltilna l-fazzjoni tal-Oppożizzjoni li tappoġġja lil Bernard Grech. Għaliex ngħid kien kumment ironiku dan? Kien kumment li kważi kważi lanqas tistennieh minn min il-viżjoni tiegħu tat-trasport f’pajjiżna kellha żewġ karatteristiċi. Buses ta’ trasport pubbliku li ma jgħaddux mit-toroq u li dawn il-buses jinħarqu.”

B’differenza għal amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, Dr Abela elenka ħemel ta’ proġetti nfrastrutturali oħra li saru taħt Gvern Laburista u li qed jikkumplimentaw dan il-proġett, fosthom dak tas-Central Link, il-mini ta’ Santa Luċija u l-Kappara Junction. 

Dr Abela sostna l-ħidma ta’ dan il-Gvern fil-qasam tat-trasport fosthom dak bil-baħar u anke t-trasport pubbliku hekk kif tenna li f’pajjiżna se jibqa’ jkollna trasport pubbliku b’xejn sabiex tibqa’ tingħata prijorità lill-kwalità tal-ħajja tan-nies.

“Meta tara proġetti bħal dak li nawgurajna din il-ġimgħa jfisser li inti tibdel il-wiċċ ta’ dan il-pajjiż u fejn irridu mmorru. Din hija l-ambizzjoni li għandna, li nibqgħu f’dan il-pajjiż nagħmlu l-ġid u dik hija d-determinazzjoni li għandna bħala Gvern li permezz ta’ dawn il-proġetti u inizjattivi oħra nibqgħu noħolqu l-ġid li mbagħad jissarraf fi kwalità ta’ ħajja aħjar lill-poplu tagħna.”

Fir-rigward tal-kwalità tal-ħajja tan-nies, Dr Abela rrimarka l-importanza li għandu jingħata l-ambjent ta’ madwarna u kien hawn li semma l-proġett tax-shore to ship, fost oħrajn. Proġett li se jnaqqas bil-kbir l-emmissjonijiet mill-vapuri li jkunu sorġuti fil-Port il-Kbir.

Il-Prim Ministru fakkar ukoll fil-mira ambizzjuża tal-Gvern li jilħaq il-‘carbon neutrality’ sal-2050, b’miri intermedjarji fl-2030 u l-2040. Madankollu, sostna kif dan għandu jsir b’inċentiv lill-poplu u mhux billi tgħabbi lin-nies b’aktar piż.

“L-ambjent jibqa’ t-tema ewlenija għal dan il-Gvern. Mal-ambjent ngħaqqad it-tnaqqis tal-emmissjonijiet. Dan hu l-mod ħolistiku li qed imexxi bih dan il-Gvern.”


“Għamilna riforma storika li kellha bżonn il-kuraġġ” – il-PM

“Pajjiżna għandu biss 13% tar-rappreżentanza parlamentari li hija nisa.”

Hekk sostna l-Prim Ministru b’rabta mal-liġi storika li se twassal għal rappreżentanza aktar ugwali bejn is-sessi fil-Parlament li din il-ġimgħa propju għaddiet mill-Parlament.

Fil-fatt, Dr Abela sostna li Malta ma tistax tkun biss l-ewwel fl-Ewropa mill-lat ta’ saħħa jew ekonomija.

“L-inqas fl-Ewropa flimkien mal-Ungerija qegħdin bi 13%. Il-medja Ewropea hija ta’ 33%. Ara kemm qegħdin lura u l-mira tagħna hija li nkunu l-aqwa fl-Ewropa f’kollox.”

Il-Prim Ministru tenna li dan il-Gvern għall-kuntrarju ta’ amministrazzjonijiet Nazzjonalisti fil-passat ma tefax il-problema taħt it-tapit iżda aġixxa u tgħallem mill-istorja.

“Biex naslu ma stajniex noqgħodu plaċidi. Le, għax 70 sena ta’ esperjenza urewna li mhux se tissolva l-problema,” tenna l-Prim Ministru hekk kif irrimarka li f’oqsma oħra bħaċ-ċivil u l-ġudikatura din il-problema ma teżistix.

Intant Dr Abela rrimarka kummenti minn membru tal-Oppożizzjoni ftit tal-jiem ilu.

“Jien ngħid li jekk kellhom riservi, kellek l-istadju tal-Kumitat Parlamentari li stajt qajjimthom dawn ir-riservi, u tara hemmhekk terġa’ d-differenza ta’ min hu verament konvint. Aħna verament konvinti li parteċipazzjoni għolja ta’ nisa fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż hija kruċjali biex dan il-pajjiż jista’ jagħmel il-qabża li jmiss. Inħares ‘il quddiem b’mod entużjast ta’ kif se jaħdem dan il-mekkaniżmu fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss.” 

Fuq is-suġġett tar-riformi, il-Prim Ministru Robert Abela rrimarka wkoll il-bidliet kbar li saru fl-aħħar xhur minkejja l-pandemija. 

Fost oħrajn semma t-twaqqif tal-Bord għall-Bini u l-Kostruzzjoni ftit tal-jiem ilu biex is-settur tal-bini f’pajjiżna jibqa’ miexi b’mod sostenibbli, ir-riforma dwar l-użu responsabbli tal-Kannabis u r-riforma li tindirizza l-kirjiet ta’ qabel l-1995.

Dwar din l-aħħar riforma, il-Prim Ministru Robert Abela fakkar ukoll kif amministrazzjonijiet Nazzjonalisti kienu ilhom jafu b’din il-problema sa mis-sena 2000 madankollu baqgħu qatt ma ħadmu fuqha.

“X’għamlu ta’ qabilna? Riforma li flok ħolqot soluzzjoni ħolqot iktar problemi,” tenna l-Prim Ministru hekk kif spjega li bir-riforma tal-2009 u l-2010, l-inkwilini ngħataw sens falz ta’ sigurtà filwaqt li s-sidien tħallew lampa stampa.

Kien hawn li Dr Abela tenna li dan il-Gvern aġixxa fuq il-prinċipji tal-ġustizzja soċjali li tant iħaddan. Spjega wkoll kif għada se jibda t-tieni qari ta’ din il-liġi fil-Parlament.

“Se jiġu protetti 10,000 familja li li kieku ma daħħalniex dawn ir-riformi s-sogru jkun li dawn sa 10 snin oħra jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom.”
Waqt l-intervista ntmess ukoll is-suġġett tas-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba hekk kif din il-ġimgħa nħatru erba’ Imħallfin ġodda.

Il-Prim Ministru Robert Abela sostna kif dawn il-ħatriet se jkomplu jindirizzaw d-dewmien u l-effiċjenza tal-Qrati.

“Issa se noħorġu s-sejħa għal erba’ Maġistrati ġodda. Hemm iridu jissarfu f’iżjed effiċjenza, f’iżjed għoti tas-sentenzi b’mod malajr. Mela l-ġustizzja tista’ tistenna? Għalhekk importanti li ma ninjorawx dawn ir-realtajiet.”

Dwar dan il-ħatriet il-Prim Ministru fakkar ukoll fir-riforma ta’ kif jinħatru l-ġudikanti f’pajjiżna. Riforma ta’ Gvern Laburista fejn bis-sistema l-ġdida, il-Prim Ministru reħa iktar poteri minn idejh.

“Dal-proċess jitmexxa minn kumitat apposta, immexxi minn Prim Imħallef umbagħad ikun il-President tar-Repubblika li jagħti d-deċiżjoni aħħarija. Dan hu l-mod ta’ kif isiru l-affarijiet f’pajjiż li verament huwa konvint li għandu jkun forza għas-sewwa.”

Dr Abela tenna wkoll kif dawn ir-riformi saru sabiex jimlew it-toqob li tħallew minn amministrazzjonijiet nazzjonalisti li issa qed jaraw kif ibeżżgħu anke lin-negozji bil-bidliet favur il-governanza t-tajba.

“Huma n-negozji fix-xhur li ġejjin li jridu jerġgħu jieħdu l-ekonomija ta’ pajjiżna fuq quddiem tal-Ewropa u mela nagħmlu l-witch hunts fuq in-negozji tagħna. Aħna konnha ċari ħafna. Fejn hemm attività kriminali jekk hemm negozji li ma huma negozji xejn u li huma paraventu ta’ attività llegali hemmhekk l-istituzzjonijiet iridu jagħmlu xogħolhom.”

Dr Abela tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna.

Saħaq li f’dan il-mument tant pożittiv għal pajjiżna huwa kruċjali li ma jintbgħatx messaġġ ħażin u kompla jappella għall-kawtela.

Huwa fakkar kif pajjiżna għandu rata ta’ vaċċinazzjoni b’saħħitha hekk kif hawn dożi għal kulħadd. Fakkar fil-miżuri preventivi bħall-iġene u l-ilbies tal-maskri kif qed ikun rakkomandat mix-xjenza.

Il-Prim Ministru saħaq ukoll kif jifhem lir-ristoranti u assoċċjazzjonijiet sportivi fost oħrajn madankollu fakkar kif l-appoġġ tal-Gvern se jibqa’ hemm sakemm huwa meħtieġ.

Dr Abela rrimarka kif grazzi għall-għajnuna tal-Gvern, illum f’pajjiżna hawn inqas minn 2000 persuna jirreġistraw għax-xogħol minkejja l-pandemija. Dan b’differenza għall-kriżi ekonomika tal-2008 fejn kien hawn 4 darbiet iktar persuni jirreġistraw għax-xogħol.

“Nifhem li kulħadd huwa entużjast biex in-negozji tagħna jerġgħu jiftħu anke sabiex ir-rota ekonomika tkun tista’ tibqa’ miexja ’l quddiem. Nappella għall-kawtela iżda umbagħad fil-jiem li ġejjin se nkunu qegħdin nagħtu d-deċiżjonijiet ta’ dawk in-negozji u attivitajiet li se jkunu qed jiftħu wara s-26 ta’ April.”

Fl-intervista tiegħu fuq ONE, il-Prim Ministru Robert Abela fakkar ukoll fil-kliem tal-Kap tal-Oppożizzjoni fejn sostna li min irid jerġa’ jidħol fil-Partit Nazzjonalista jrid jirrijabilità ruħu.

Temm jgħid kif din hija attitudni konfrontattiva li turi kemm il-Partit Nazzjonalista baqa’ ma tgħallimx.

“X’tagħmel l-Oppożizzjoni tara hi. Dawk huma kwistjonijiet interni tagħha. Aħna naraw li nibqgħu nmexxu l-pajjiż ’il quddiem…B’hekk qed inħarsu ’il quddiem li b’dan is-sens ta’ umiltà, b’subajna fuq il-polz tan-nies, nimbuttaw lil dan il-pajjiż ’il quddiem f’iktar riformi, f’iktar tkattir tal-ġid. Deħlin f’perjodu, iva ngħid li huwa eċitanti għax il-post-Covid ta’ wara l-pandemija se jkun fih sfidi imma huwa wkoll perjodu eċitanti fejn l-ekonomija ta’ pajjiżna nerġgħu narawha tiġri ’l quddiem f’qafas ta’ governanza tajba, in-nies kollha madwarna, nibqgħu mexjin ’il quddiem nibqgħu nagħmlu l-ġid u iva nemmen li se jkollna futur li se jkun wieħed pożittiv u sabiħ ħafna għal dan il-pajjiż.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 70
  • Shares: 41
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 91
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 317
  • Shares: 41
  • Comments: 23

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
4 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 543
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

Well done!!

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek