Għin
lill-Partit Laburista
October 4, 2023
L-edukazzjoni ċ-ċavetta għall-mobilità soċjali
“Insaħħu Malta Tagħna billi ninvestu fil-persuni u fil-ħiliet tagħhom.”
Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela waqt l-ewwel workshop organizzat mill-Partit Laburista bit-tema ‘Malta ta’ Ħiliet fejn ġew diskussi diversi setturi marbuta mal-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna u l-viżjoni għall-futur.
Robert Abela semma kif is-snajja hija pilastru importanti li tagħti dinjita’ lix-xogħol tal-id tant li biex tkompli tissaħħaħ, se tibda titwettaq il-miżura mwiegħda mill-manifest ‘Malta Flimkien’ biex jinfetaħ ċentru tas-snajja fl-MCAST.
“F’Settembru tas-sena d-dieħla se tibda ż-żerriegħa ta’ dan il-proġett sabiħ fejn se jinfetħu l-applikazzjonijiet biex fl-2025, dan iċ-ċentru jibda jaħdem…Ċentru li se jgħin ħafna fir-re-skilling u fl-up-skilling,” qal il-Prim Ministru.
Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar ir-riforma fl-istipendji li hija kullana minn sensiela ta’ miżuri li qed jindirizzaw il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ tant li qed ikomplu jiżdiedu l-korsijiet b’aktar stipendji.
“Fejn jidħlu stipendji, flok ħallejna status quo bħall-predeċessuri tagħna, aħna kontinwament nibqgħu ninvestu fiż-żgħażagħ u fil-ħiliet tagħhom.. Pass kruċjali biex nibqgħu noħolqu ekonomija bi tranżizzjoni ambjentali u diġitali.”
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.