Għin
lill-Partit Laburista
September 6, 2020
“L-ekonomija Maltija l-pedament ta’ kollox” – Il-PM
Żmien il-pandemija qed juri r-reżiljenza tal-ekonomija Maltija.
Dan kien il-messaġġ ewlieni mill-Prim Ministru Robert Abela f’intervista mal-ġurnalist indipendenti Andrew Azzopardi fuq ONE.
Fil-fatt, il-Prim Ministru aċċenna għall-miżuri li ħa dan il-Gvern sabiex l-ekonomija Maltija tibqa’ b’saħħitha anke fi żmien il-Covid-19.
Semma fost oħrajn il-miżura tal-vouchers li ntroduċa l-Gvern.
“Fatti, l-ispiża u n-nefqa li ġġeneraw il-vouchers, miżura ewlenija fl-aħħar pakkett finanzjarju li nedejna dwar il-Covid-19, kienet daqs dik li ġġeneraw 40,000 turist f’Awwissu tas-sena li għaddiet. Pajjiżi oħrajn bil-qgħad tiegħla aħna bil-qgħad nieżel. Għas-sitt ġimgħa konsekuttiva rnexxielna nerġgħu nirreġistraw tnaqqis fil-qgħad tagħna f’mument ta’ pandemija.”
Fuq is-suġġett tal-ekonomija Maltija, il-Prim Ministru semma wkoll it-tbassir tal-Bank Ċentrali u rrefera għar-rapport fejn spjega kif l-ekonomija s-sena dieħla ser tkun qed tikber sabiex tpatti għall-impatt negattiv li sofriet matul din is-sena
Hawnekk sostna l-importanza tal-pakketti finanzjarji li nieda l-Gvern fosthom il-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika.
“Meta qed naraw l-impatt li kellu it-tielet financial package, l-impatt naqas b’terz,” qal il-Prim Ministru.
Il-Prim Ministru spjega wkoll kif iċ-ċifri juru li f’mument ta’ pandemija dan il-Gvern mexxa aħjar milli mexxew amministrazzjonijiet Nazzjonalisti preċedenti qabel l-2013.
Meta affaċċjat b’mistoqsija dwar l-aħħar żviluppi b’rabta mal-każ ta’ Daphne Caruana Galizia, il-Prim Ministru Robert Abela sostna d-deċiżjonijiet iebsin li kellu jieħu fl-aħħar xhur fuq livell politiku.
Saħaq ukoll li kemm fuq il-livell politiku u anke fuq il-livell istituzzjonali kulħadd għandu jagħmel xogħlu mingħajr indħil.
Il-Prim Ministru fakkar ukoll fir-riforma kostituzzjonali kbira li wettaq il-Partit Laburista fl-aħħar ġimgħat fuq rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja.
“Bidliet li verament juru kemm aħna Gvern tat-trasparenza u l-kontabbilità,” qal il-Prim Ministru.
Huwa assigura li dak kollu li jagħmel, jagħmlu għall-ġid tal-pajjiż u tal-Partit Laburista mingħajr ma jħares lejn uċuħ.
“Jien ma nħarisx lejn l-uċuħ iżda nħares lejn dak li huwa l-ġid tal-pajjiż.”
Hawnekk il-Prim Minsitru rrimarka wkoll ix-xogħol eċċellenti li qed iwettaq il-Korp tal-Pulizija taħt it-tmexxija l-ġdida tal-Kummissarju ġdid, is-Sur Angelo Gafà.
Fuq l-istess tema tal-ġustizzja, il-Prim Ministru faħħar ukoll id-Direttur tal-ħabs il-Kurunell Alexander Dalli tax-xogħol eċċellenti li qed jagħmel fil-Faċilità Korettiva ta’ Kordin.
Xhieda ta’ dan hija n-nuqqas ta’ droga li hemm bħalissa fil-ħabs.
“L-akbar pjaga li kellna fil-ħabs mhux ħa ngħid eliminajniha kollha imma kważi eliminajniha,” qal il-Prim Ministru.
Dwar il-pieni tal-ħabs, il-Prim Ministru sostna l-importanza tal-aspett riformattiv hekk kif “min jagħmel ir-reati jrid iħallas skond ma’ timponi l-liġi. Jekk ma jkollokx id-deterrent tal-piena jkollna l-liġi tal-ġungla.”
Madankollu, il-Prim Ministru sostna wkoll li kulħadd ħaqqu t-tieni ċans filwaqt li l-ħtiġijiet tal-vittmi għandhom ukoll jingħataw importanza.
“L-ewwel interess tiegħi huwa li nippriserva d-drittjiet tal-Maltin” – PM
“Nifhem lill-Maltin tal-Marsa, tal-Ħamrun ta’ partijiet differenti oħra ta’ Malta. L-ewwel interess tiegħi huwa li nippriserva d-drittjiet tal-Maltin.”
Dak kien il-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru Robert Abela fuq il-kwistjoni tal-immigrazzjoni f’pajjiżna hekk kif sostna l-ħidma kbira li qed jagħmel pajjiżna sabiex inaqqas l-influss tal-immigranti rregolari.
“Din is-sena għamilna ħafna. Naqbdu l-istatistika fuq Awwissu li huwa l-agħar xahar għall-immigrazzjoni. Ikkumparat mas-sena li għaddiet ħarġu iktar dgħajjes mil-Libja u f’Malta daħlu biss terz ta’ dak li daħal is-sena li għaddiet.”
Il-Prim Ministru esprima wkoll id-diżappunt tiegħu għall-Gvern Daniż dwar is-sitwazzjoni tal-Maersk Ettienne.
“Meta ġew salvati fl-SAR Tuneżin, il-Kaptan għar-raġunijiet tiegħu għażel li ma jibqax għaddej lejn il-port tad-destinazzjoni tiegħu, ma kienx Malta l-port tad-destinazzjoni. Irid jerfagħha hu dik ir-responsabbiltà. Jerfagħha fuq kollox il-Gvern Daniż. Dan hu bastiment li huwa Danish flagged. La huwa Danished flagged huwa responsabbiltà tal-Gvern Daniż…Aħna l-pajjiż li flimkien mat-Taljani huwa l-aktar pajjiż affettwat, umbgħad għandek il-Gvern Daniż li kull ma’ għandek 27 persuna u akkost ta’ kollox qed jivvinta kull skuża biex ma joħodhomx.”
“Oppożizzjoni diżintegrata flok tgħin lill-pajjiż” – PM
B’rabta ma’ rapporti fil-midja dwar nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxa mill-kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, il-Prim Ministru Robert Abela qal li din hija problema komuni fiż-żewġ kandidati.
“Illum qed naraw żewġ kontestanti li għandhom problema komuni…L-inqas ħaġa li għandek bżonn biex tmexxi pajjiż hija li inti tkun embroiled f’diffikultajiet finanzjarji personali u li l-politika taraha bħala s-soluzzjoni tiegħek għall-problemi personali.”
Stqarr kif dan huwa ta’ sogru kbir għal min ikun fil-kariga hekk kif tista’ twassal għal żbalji li jkissru l-pajjiż.
Intant il-Prim Ministru stqarr li d-data li l-pajjiż jagħżel imur għal-elezzjoni mhux se tkun ikkundizjonata b’min ikun kap tal-Partit Nazzjonalista.
“L-impenn tiegħi huwa li nibqa’ naħdem kif qiegħed nagħmel mal-bqija tal-Kabinett tiegħi f’mument bla preċedent għall-pajjiżna fejn urejna kemm aħna verament Gvern iffukat. Mhux Gvern li għamilna kollox b’mod perfett imma li żgur huwa li partikolarment minn Marzu s’issa mindu kellna l-pandemija imxejn b’mod pragmatiku tas-sitwazzjoni u kellna handling effiċjenti tas-sitwazzjoni.”
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.