• Labour’s LGBTIQ+ Rights Legacy
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Labour’s LGBTIQ+ Rights Legacy
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

July 19, 2023

L-għan tagħna huwa wieħed – li ssir il-ġustizzja.

“Aħna l-għan tagħna huwa wieħed, li ssir il-ġustizzja. Ma’ dik il-familja se nibqa’ nara li nimxi t-triq kollha magħhom sakemm nara li ssir ġustizzja magħhom.” 

Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela fil-Gudja intervistat mill-ġurnalist Karl Azzopardi fejn saħaq li l-Gvern dejjem kellu pożizzjoni waħda ċara tul iż-żmien kollu dwar il-każ Jean Paul Sofia. 

“Dejjem emminna li inkjesta maġisterjali trid tiddetermina min huma l-persuni li jridu jwieġbu quddiem il-qrati għan-nuqqasijiet tagħhom. L-appell tiegħi sa mill-bidu nett kien biex din l-inkjesta ma ddumx aktar minn kemm għandha bżonn.” 

Il-Prim Ministru spjega wkoll il-kwistjoni tad-dewmien fl-inkjesta maġisterjali fejn saħaq kif għandek sitwazzjoni fejn il-maġistrat, kontra dak kollu li tistenna, kellha tagħlaq sal-15 ta’ Lulju u spiċċat talbet estensjoni oħra. 

“Dejjem kienet ix-xewqa tiegħi li dejjem emmint li nkunu proċeduralment korretti. L-ewwel li tinqata’ l-inkjesta maġisterjali imbagħad jekk jitħallew pockets li ma jiġux solvuti, ikun hemm mezzi oħra biex tiġi assigurata ġustizzja fil-veru sens tal-kelma.Inkjesta ma tidħolx ġo oħra għax hemm sogri.” 

Dwar il-Partit Nazzjonalista, il-Prim Ministru qal kif bħal dejjem, jipprova jsib kull opportunita’ biex ixekkel il-ġustizzja. “Il-Partit Nazzjonalista mhux mill-ġustizzja jinteressah imma li joħloq inċident politiku b’mod partiġjan. L-inqas ħaġa li jrid il-Partit Nazzjonalista hu li jkun hemm is-soluzzjoni f’dan l-episodju. Jirkeb fuq il-weġgħat tal-familja.” 

Il-Prim Ministru semma wkoll numru ta’ riformi li bħalma diġa saru, dan il-Gvern se jkun qed jaħdem biex ikompli jirriforma. 

“Riforma fejn fl-inkjesti naraw li jkollna numru ta’ maġistrati li ma jkollhomx xogħol ieħor ħlief l-inkjesti biex jgħaġġel iżjed il-proċess tal-inkjesti. Riformi oħra fejn il-vittmi jingħataw drittijiet ġodda biex jipparteċipaw f’inkjesta maġisterjali… Dejjem imxejt b’mod ċar. Inħallu l-istituzzjonijiet jaħdmu imma nibqgħu nappellaw biex iwettqu xogħolhom mingħajr tkaxkir tas-saqajn. 

Viżjoni b’saħħitha li nagħtu qalbna għal pajjiż

“Sfidi għandna. Il-pajjiż telaq minn sfida kbira li hija dik tal-pandemija li ħadd ma kien qed jistenniha. Ħriġna minnha, bdiet gwerra u żdiedet il-problema tal-inflazzjoni… Quddiem dan kollu tajna l-għajnuniet lin-nies u se nibqgħu nagħtu. Dħalna f’fażi ġdida: Tkabbir ekonomiku b’saħħtu.” 

Il-Prim Ministru Robert Abela emfasizza kif it-tkabbir ekonomiku kien kruċjali biex pajjiżna jidħol fil-fażi li jmiss, nixprunawh u naslu għal tranżizzjoni ekonomika. 

“Irridu nfittxu s-soluzzjonijiet. L-ewwel ħaġa kruċjali hija d-dixxiplina. Dixxiplina fejn jidħol it-traffiku. Dixxiplina fejn tidħol il-kostruzzjoni… Filwaqt li nfittxu s-soluzzjonijiet, ma nistgħu qatt insawwtu lil min jiflaħ l-inqas.”

Il-Prim Ministru temm b’messaġġ ċar – “Se nibqgħu naħdmu bis-saħħa biex nikkonvinċu li dan il-partit jista’ jibqa’ joffri viżjoni b’saħħitha li biha nagħtu qalbna għall-pajjiż.” 

Uffiċċju tal-Komunikazzjoni 

Partit Laburista

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
10 hours ago
Partit Laburista
€441,530 f’donazzjonijiet għall-Partit Laburista. Grazzi!

€441,530 f’donazzjonijiet għall-Partit Laburista. Grazzi! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 105
  • Shares: 21
  • Comments: 25

Comment on Facebook

Prosit 👏🏽👏🏽

Great 👍

Well done

Well done 👍

Proset

Prosit PL 🌹

A Big Well done 👏 ✔

Proset.

Prosit 👏👏

Grazzi poplu Malti u Għawdxi ❤️

Proset

Proset

Prosit poplu

PROSET

Well done

Well done

Gabra tajba imma qumu minhemm ghax is-somma naqset hafna jekk tqabbel ma li kemm kien jingabar qabel.

Prosit

Prosrt

Proset u Grazzi lil min ta donazzjoni.

View more comments

Partit Laburista
18 hours ago
Partit Laburista
Ġbir ta' Fondi.

Ma jinbidlu qatt. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 32
  • Shares: 24
  • Comments: 19

Comment on Facebook

😁😁😁😁😁

Pulcenel gideb hamallu

June il pn ha gieb it 3 siggu

Please people from the pn relax because you got long time in the opposition 😋😋😋😋😋😥😥😥😥🤣🤣🤣🤣

XEJN SEW LIL DAN BENDU U IL PN ZDINGAT TRIJDU IMMEXU LIL MALTA DAK IS SALVAGISMU KOLLU KIKU JIBATUNA MITT SENA LURA FIZMIEN IL QAMEL

Hu hallinan l akbar partit korrot fl istorja ta pajjizna Vera mahmugin mafia ghawa min tat taljani imma dejjem li is sewwa jirbah zgur

Veru ma jinbidlu qatt ghax hlif kurruzjomi ma hawnx.

Faċli titmejlu b'oppożizzjoni tal-qamel. Intom inbdiltu imma, għax tgħallimtu kif taħxu pajjiż sa ruħ ommu. 'Qas Lorry Sant ma wasal fejn wasaltu llum. Prosit.

Warbu your tern is over u stahbew

Irrangajtuha l Airmalta!! Hekk wkoll qamet fuq saqajha!! U mbghad twahhlu f haddiehor, mela ghala pridkajtu u weghdtu li se tibda taghmel il profitti!! Ghandkhom biex tizzufjettaw b haddiehor!!!

Hlief demm, giddeb u korruzzjoni ma hemm xejn surra fil partit laburista. Rega wasal anniversarju ta Daphne Caruana Galizia. Gew arrestati l hut iz zghir u l gustizja mal kbar meta ha ssir :)))

Tradituri saqsi lii Eddie fejnu il pn

Qed taghjru lil PN li ma jinbidlu QATT ghara inthom imbdiltu ghax minn partit tal h adiema sirtu partit tal MAFJUZI ghax hlief serq u korruzjoni ma ghamiltux fdawn lahar 10 snien

Ha gibuna nitkarbu taf kemm hemm dejn lanqas jekk tamel l ahhar 10 snin taht gonzi ma tella daqsekk dejn €9 biljuni dejn u plus et inhalsu €4 miljuni dejn imax fil gima interesi Ara kif ha gibuna 4 tijiem ohra 😡

View more comments

Partit Laburista
21 hours ago
Partit Laburista
Il-ftuħ tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista. 

Ingħaqdu magħna għall-Maratona Ġbir ta’ Fondi minn hawn u ftit minuti oħra. 

#insaħħumaltatagħna

Il-ftuħ tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista.

Ingħaqdu magħna għall-Maratona Ġbir ta’ Fondi minn hawn u ftit minuti oħra.

#insaħħumaltatagħna
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 140
  • Shares: 25
  • Comments: 3

Comment on Facebook

nice photos

💯💯💯

Prosit

Partit Laburista was live.
23 hours ago
Partit Laburista
Q&A mal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela

Q&A mal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 45
  • Shares: 59
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Grande Il Prim ....❤

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ GVERN LI WIEGHED IWETQU U LI JAHSEB F'KULLHADD KEMM F'MALTA KIF UKOLL F'GHAWDEX! GRAZZI MIL-QALB.

Shettghu lill pajjizna! Ja korrotti.

Nixtieq naghmel suggeriment illi l-ghajnuna li tinghata lil koppji (i.e. €1000 fis-sena) ghandha tkun tapered. Jigifieri li jibda jinghata aktar sussidju fil-bidu (per ezempju €2000 fl-ewwel sengha €1500 it-tieni sena ecc) tal-hlas lura fil-loan ghaliex l-koppji l-aktar li ghandhom bzonn huwa fil-bidu meta jibdew ihabbtu rashom dwar il-pagamenti fuq il-loan. Ukoll l-aktar li jithallas imghax huwa fil-bidu tal-loan. Aktar ma jonqos il-bilanc aktar thallas inqas imghaxijiet u generlament l-aktar li jkun hemm imghaxijiet huwa fil-bidu tal-home loan. Issa aktar ma jghaddi zmien l-ammont jibda jonqos u lill-koppja tibda tassumi aktar il-pagamenti hi. Pero il-gvern ikun ghenhom fl-aktar zmien krucjali tal-bidu taghhom!

Is-sens civiku jiddependi hafna fuq il-politika tal-individwu. Waqt li jezistu individwi injuranti nemmen hafna li dawk li ma jisseparawx ghax huma politikament motivati. Inharsu lejn x'ghamel is-Sindku ta tas-Sliema u dan huwa ezempju haj ta kif iz-zibel qieghed jintuza bhal arma kontra l-gvern. Hemm bzonn ta ligijiet aktar horox u enforcement iktar. Il-gvern irid jidher li ghandu kontroll tas-sitwazzjoni attwali!

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Ġbir ta' Fondi

Niltaqgħu għada. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 43
  • Shares: 24
  • Comments: 18

Comment on Facebook

How about illegal immigration......Dak ser jitqaccat? Jew Le?

Ahjar Dal gvern ghax jihdu 450 ta xejn fix xaghar

Mohhok biex tigilet qisek Tyson u ma tiswix Kannur pulcenel kont ghandek u tipqa int trid tmexux malt mintix kapaci tmexux partit kumidjant

Nintaqaw ghada halli inkomplu nibrain washjawkom ghac cwiec imma .

🙄🙄🙄🙄🙄 ezatt hekk hu

Gvern korrott b'hekk jgheda?

U l-400,000,000 u l-600,000,000... kulhadd jithanzer!

Vouchers min tal fliexken taccettaw please? Asking for a friend😜🤡🐷

Wara li hxejtu pajjiz issa tridu titmejlu b haddiehor. Ahjar tifukaw kif ha tirangaw dak li faraktu u rovinajtu milli tifukaw kif tghadu biz zmien lopozizzjoni.

Ghax ma tmorrux tinhbew ja qabda korrotti. Kissirtu pajjiz biex joistghanew shabkom il-laburisti. Imma ma tafux tisthu.

ghejdli fejn se tkun halli ma nersaqx l hemm bendu il grieg

KUMIDJANT KOLLU

It-Times ghada!

No comment.

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek