• Labour’s LGBTIQ+ Rights Legacy
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Labour’s LGBTIQ+ Rights Legacy
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

August 12, 2023

L-infermiera se jkollhom l-aqwa pagi u l-aqwa kundizzjonijiet li qatt kellhom

“Il-ftehim mal-infermiera dwar ftehim settorjali ġdid se jfisser investiment fi professjoni li hi importanti ferm fis-servizz tas-saħħa, u allura servizz aħjar lill-pazjenti tagħna.”

Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela f’intervista fuq ONE Radio fejn esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-mod kif ilbieraħ kienu l-ħaddiema nfushom li approvaw dan il-ftehim b’tant saħħa. Turija oħra ta’ kemm dan hu Gvern impenjat li jtejjeb il-kundizzjonijiet ta’ dawn il-ħaddiema, bħalma hu mpenjat li jkompli jtejjeb il-kundizzjonijiet ta’ ħaddiema oħrajn. 

“Din il-professjoni, bħal oħrajn fis-servizz tas-saħħa hija vokazzjoni. U wieħed jidħol għall-imħabba li jkollu lejn in-nies. Iżda, fl-aħħar mill-aħħar dak li jkun ifittex li jkollu kundizzjonijiet tajba li bihom jgħajjex tajjeb lilu nnifsu u l-familja tiegħu. Qed indaħħlu allowances ġodda filwaqt li nsaħħu dak li hemm…Impenn ieħor li qed inżommu kif imwiegħed,” kompla l-Prim Ministru. 

Il-Prim Ministru qal ukoll kif fil-budget li jmiss se jkompli jittieħdu inizjattivi għal dan il-għan ħalli pajjiżna jibqa’ fuq quddiem nett fl-Ewropa ta’ dawk bl-aktar ekonomiji li joħolqu xogħol. 

Il-Gvern qed juri li fejn għandu x’jaqsam hu, qed jieħu d-deċiżjonijiet favur l-ambjent, favur is-sostenibbilta’.

L-investiment f’Villa Portelli fil-Kalkara li se jsarraf fi spazju miftuħ u li jitgawda mill-pubbliku huwa eżempju ieħor ta’ kif dan il-Gvern kontinwament qed jembarka fuq proġetti li jagħtu spazji ġodda lin-nies fejn imorru mal-familja tagħhom biex jirrilassaw. 

“Spazji ġodda, jew bħal f’dan il-każ spazju li kien mitluq għal ħafna snin u li ħadna d-deċiżjonijiet meħtieġa biex nagħtuh il-ħajja. Dan pajjiż mimli ġojjelli u rridu nieħdu ħsiebhom. Għal Maltin tal-lum, iżda wkoll għal min jiġi warajna.” 

Il-Prim Ministru emfasizza kif din l-idea li ninvestu fi spazji miftuħa hija across government u mhux proġett ta’ entita’ waħda biss. 

“Ir-ritmu li qbadna huwa wieħed tajjeb li jien sodisfatt, iżda wkoll li se nżiduh. Beda x-xogħol fuq ġnien fil-Birgu, li kien wieħed minn numru ta’ proġetti li tfasslu mal-Kunsilli Lokali u qed jiġu implimentati madwar il-pajjiż. 

F’Għawdex, fix-Xewkija, rajna l-bidu tal-ħidma fuq carbon neutral garden f’din il-lokalità li se jkun l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’Għawdex. Dawn huma żewġ proġetti oħra kkordinati minn Project Green u li meta tgħaqqadhom kullana tara tieħu l-ħajja l-inizjattiva tagħna li ninvestu fi spazji miftuħa ġodda.”

Robert Abela sostna wkoll kif l-ewwel prinċipju fundamentali li jadotta dan il-Gvern dwar l-ambjent huwa li juri li fejn għandu x’jaqsam hu, qed jieħu d-deċiżjonijiet favur is-sostenibilita’ u favur l-ambjent. Huwa saħaq ukoll li l-ġonna fil-qalba tal-lokalitajiet tagħna, speċjalment f’żoni urbani rridu nippreservawhom. 

“Ta’ spiss iqum dibattitu dwar applikazzjonijiet li jiddaħħlu mal-awtorità tal-ippjanar, li per eżempju jkunu qed jipproponu li jieħdu ġonna f’żoni urbani fil-qalba tal-lokalità. Reġa’ kellna oħra fl-aħħar jiem. Hemm applikazzjonijiet li meta tara teknikament anke xi jgħidu r-regoli u l-liġijiet ikunu ‘non starter’ imma dak li jkun jgħid se jieħu ċans. Spiċċa ż-żmien li ngħidu ħa nieħu ċans. Min jgħid se jieħu ċans jekk xi ħaġa mhix skont il-policy ikun qed jaħli r-riżorsi tiegħu u tal-awtoritajiet u jqajjem agħa għalxejn. U jagħmlu sew Kunsilli Lokali li jitkellmu dwar dawn it-tip ta’ applikazzjonijiet,” qal il-Prim Ministru. 

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-fatt li bħalma l-Gvern qed jagħmel il-parti tiegħu, is-settur privat irid jagħmel tiegħu wkoll. Il-fatt li għandek proprjetà privata ma jfissirx li m’għandekx ċerti obbligi lejn is-soċjetà.

“Filwaqt li dan gvern li kien għadu u se jibqa’ jappoġġja l-investiment, iżda rridu investiment li jagħmel sens fil-prijoritajiet tal-pajjiż. U l-ħarsien tal-ambjent tagħna, il-bilanċ f’dan is-settur hu wieħed minnu. Kif dejjem ngħid ejjew b’investimenti li jagħmlu sens f’din it-tranżizzjoni ekonomika li qed inpoġġu ‘l quddiem u ssibu gvern jappoġjakom.” 

Dwar Ħondoq ir-Rummien, Robert Abela qal li se jsir kif il-Partit Laburista wiegħed fil-manifest elettorali. 

“Aħna ma skoprejnix Ħondoq ir-Rummien din il-ġimgħa. Fil-manifest elettorali għidna ċar li bħala Partit Laburista se naraw li ma jsir ebda żvilupp f’Ħondoq. Dak li wiegħed il-partit, dak li wegħidt jien u dak huwa li se nagħmlu. Issa fil-ġimgħat li ġejjin se jibda l-proċess biex isiru l-bidliet fil-liġijiet taI-ippjanar, nagħtu s-serħan il-moħħ li Ħondoq ir-Rummien ma jkunx żviluppat.” 

L-osservanza tar-regoli tfisser il-ħarsien taċ-ċittadin onest 

“L-iktar messaġġ importanti hu l-osservanza tar-regoli. Li jekk int ġejt f’pajjiżna, jekk kien hemm bżonn tiġi f’pajjiżna, trid tobdi r-regoli ta’ dan il-pajjiż.”

Robert Abela saħaq kif f’pajjiżna sar ħafna xogħol biex ma jsofrix piż sproporzjonat minħabba l-immigrazzjoni illegali lejn l-Ewropa. “Fuq dawk li jiġu f’pajjiżna legalment, se naddottaw l-istess prinċipji. L-istess kontrolli. Fejn int tiġi taħdem hawn biss f’dak il-lok fejn pajjiżna veru għandu bżonn.”

Dwar ir-regoli aktar stretti, il-Prim Ministru semma l-eżempju tar-regoli ġodda li ddaħħlu fil-Y Plates fl-aħħar xhur. 

“Mhux biss biex ma jkollniex numri eċċessivi, iżda wkoll biex inżidu s-sigurtà fit-toroq. Kien hemm meħtieġa deċiżjoni u ħadna d-deċiżjoni t-tajba u li kien hemm bżonn. Fuq quddiem nett li biex int toffri servizz b’karozza Y, irid ikollok liċenzja tagħna, tal-Unjoni Ewropea. Għax mas-sigurtà tal-Maltin u min ikun f’pajjiżna m’għandux ikun hemm logħob. Hija regola li kienet meħtieġa u daħħalniha. Fuq quddiem nett mil-lat ta’ sigurtà. Iżda, imbagħad ukoll mil-lat ta’ numri fejn int jekk għandek ħaddiem hawn trid tibża’ għalih u mhux għandek is-serħan il-moħħ li ġġib kemm trid mingħajr ebda idea ta’ responsabbiltajiet lejh. U nemmen li dik hi miżura li diġà bdiet tħalli effett.”

Il-Prim Ministru qal ukoll kif l-osservanza tar-regoli tibqa’ tgħodd bl-istess saħħa imbagħad meta dak li jkun jasal hawn u jibda jgħix u jaħdem hawn. 

“L-osservanza tar-regoli mhix xi ħaġa ta’ barranin. Iżda tgħodd għal kulħadd f’kull settur u għal kulħadd, inkluż il-Maltin kif sħaqt dan l-aħħar meta tkellimt fuq il-kostruzzjoni u meta tkellimt fuq it-traffiku, fost oħrajn.  U l-emfasi tiegi hawn hi emfasi għax nemmen li l-osservanza tar-regoli tfisser il-ħarsien taċ-ċittadin onest.”

Viċin in-nies 

“Imbagħad is-sabiħ tas-sajf Malti. Il-familji magħqudin, il-lokalitajiet, l-ibliet u l-irħula mżejna. Jien l-appell tiegħi, anke meta fi ftit jiem niċċelebraw Santa Marija, hu biex kulħadd jieħu pjaċir b’mod responsabbli, inħarsu dak li jagħmilna Maltin u fuq kollox ngħixu l-għaqda bejnietna, għax filwaqt li xi ftit pika dejjem jista’ jkun hemm, l-isbaħ ħaġa hi li finalment aħna lkoll nkunu magħqudin bħala Għawdxin u Maltin.” 

Uffiċċju tal-Komunikazzjoni 
Partit Laburista

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
10 hours ago
Partit Laburista
€441,530 f’donazzjonijiet għall-Partit Laburista. Grazzi!

€441,530 f’donazzjonijiet għall-Partit Laburista. Grazzi! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 105
  • Shares: 21
  • Comments: 25

Comment on Facebook

Prosit 👏🏽👏🏽

Great 👍

Well done

Well done 👍

Proset

Prosit PL 🌹

A Big Well done 👏 ✔

Proset.

Prosit 👏👏

Grazzi poplu Malti u Għawdxi ❤️

Proset

Proset

Prosit poplu

PROSET

Well done

Well done

Gabra tajba imma qumu minhemm ghax is-somma naqset hafna jekk tqabbel ma li kemm kien jingabar qabel.

Prosit

Prosrt

Proset u Grazzi lil min ta donazzjoni.

View more comments

Partit Laburista
18 hours ago
Partit Laburista
Ġbir ta' Fondi.

Ma jinbidlu qatt. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 32
  • Shares: 24
  • Comments: 19

Comment on Facebook

😁😁😁😁😁

Pulcenel gideb hamallu

June il pn ha gieb it 3 siggu

Please people from the pn relax because you got long time in the opposition 😋😋😋😋😋😥😥😥😥🤣🤣🤣🤣

XEJN SEW LIL DAN BENDU U IL PN ZDINGAT TRIJDU IMMEXU LIL MALTA DAK IS SALVAGISMU KOLLU KIKU JIBATUNA MITT SENA LURA FIZMIEN IL QAMEL

Hu hallinan l akbar partit korrot fl istorja ta pajjizna Vera mahmugin mafia ghawa min tat taljani imma dejjem li is sewwa jirbah zgur

Veru ma jinbidlu qatt ghax hlif kurruzjomi ma hawnx.

Faċli titmejlu b'oppożizzjoni tal-qamel. Intom inbdiltu imma, għax tgħallimtu kif taħxu pajjiż sa ruħ ommu. 'Qas Lorry Sant ma wasal fejn wasaltu llum. Prosit.

Warbu your tern is over u stahbew

Irrangajtuha l Airmalta!! Hekk wkoll qamet fuq saqajha!! U mbghad twahhlu f haddiehor, mela ghala pridkajtu u weghdtu li se tibda taghmel il profitti!! Ghandkhom biex tizzufjettaw b haddiehor!!!

Hlief demm, giddeb u korruzzjoni ma hemm xejn surra fil partit laburista. Rega wasal anniversarju ta Daphne Caruana Galizia. Gew arrestati l hut iz zghir u l gustizja mal kbar meta ha ssir :)))

Tradituri saqsi lii Eddie fejnu il pn

Qed taghjru lil PN li ma jinbidlu QATT ghara inthom imbdiltu ghax minn partit tal h adiema sirtu partit tal MAFJUZI ghax hlief serq u korruzjoni ma ghamiltux fdawn lahar 10 snien

Ha gibuna nitkarbu taf kemm hemm dejn lanqas jekk tamel l ahhar 10 snin taht gonzi ma tella daqsekk dejn €9 biljuni dejn u plus et inhalsu €4 miljuni dejn imax fil gima interesi Ara kif ha gibuna 4 tijiem ohra 😡

View more comments

Partit Laburista
22 hours ago
Partit Laburista
Il-ftuħ tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista. 

Ingħaqdu magħna għall-Maratona Ġbir ta’ Fondi minn hawn u ftit minuti oħra. 

#insaħħumaltatagħna

Il-ftuħ tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista.

Ingħaqdu magħna għall-Maratona Ġbir ta’ Fondi minn hawn u ftit minuti oħra.

#insaħħumaltatagħna
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 140
  • Shares: 25
  • Comments: 3

Comment on Facebook

nice photos

💯💯💯

Prosit

Partit Laburista was live.
23 hours ago
Partit Laburista
Q&A mal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela

Q&A mal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 45
  • Shares: 59
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Grande Il Prim ....❤

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ GVERN LI WIEGHED IWETQU U LI JAHSEB F'KULLHADD KEMM F'MALTA KIF UKOLL F'GHAWDEX! GRAZZI MIL-QALB.

Shettghu lill pajjizna! Ja korrotti.

Nixtieq naghmel suggeriment illi l-ghajnuna li tinghata lil koppji (i.e. €1000 fis-sena) ghandha tkun tapered. Jigifieri li jibda jinghata aktar sussidju fil-bidu (per ezempju €2000 fl-ewwel sengha €1500 it-tieni sena ecc) tal-hlas lura fil-loan ghaliex l-koppji l-aktar li ghandhom bzonn huwa fil-bidu meta jibdew ihabbtu rashom dwar il-pagamenti fuq il-loan. Ukoll l-aktar li jithallas imghax huwa fil-bidu tal-loan. Aktar ma jonqos il-bilanc aktar thallas inqas imghaxijiet u generlament l-aktar li jkun hemm imghaxijiet huwa fil-bidu tal-home loan. Issa aktar ma jghaddi zmien l-ammont jibda jonqos u lill-koppja tibda tassumi aktar il-pagamenti hi. Pero il-gvern ikun ghenhom fl-aktar zmien krucjali tal-bidu taghhom!

Is-sens civiku jiddependi hafna fuq il-politika tal-individwu. Waqt li jezistu individwi injuranti nemmen hafna li dawk li ma jisseparawx ghax huma politikament motivati. Inharsu lejn x'ghamel is-Sindku ta tas-Sliema u dan huwa ezempju haj ta kif iz-zibel qieghed jintuza bhal arma kontra l-gvern. Hemm bzonn ta ligijiet aktar horox u enforcement iktar. Il-gvern irid jidher li ghandu kontroll tas-sitwazzjoni attwali!

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Ġbir ta' Fondi

Niltaqgħu għada. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 43
  • Shares: 24
  • Comments: 18

Comment on Facebook

How about illegal immigration......Dak ser jitqaccat? Jew Le?

Ahjar Dal gvern ghax jihdu 450 ta xejn fix xaghar

Mohhok biex tigilet qisek Tyson u ma tiswix Kannur pulcenel kont ghandek u tipqa int trid tmexux malt mintix kapaci tmexux partit kumidjant

Nintaqaw ghada halli inkomplu nibrain washjawkom ghac cwiec imma .

🙄🙄🙄🙄🙄 ezatt hekk hu

Gvern korrott b'hekk jgheda?

U l-400,000,000 u l-600,000,000... kulhadd jithanzer!

Vouchers min tal fliexken taccettaw please? Asking for a friend😜🤡🐷

Wara li hxejtu pajjiz issa tridu titmejlu b haddiehor. Ahjar tifukaw kif ha tirangaw dak li faraktu u rovinajtu milli tifukaw kif tghadu biz zmien lopozizzjoni.

Ghax ma tmorrux tinhbew ja qabda korrotti. Kissirtu pajjiz biex joistghanew shabkom il-laburisti. Imma ma tafux tisthu.

ghejdli fejn se tkun halli ma nersaqx l hemm bendu il grieg

KUMIDJANT KOLLU

It-Times ghada!

No comment.

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek