Għin
lill-Partit Laburista
April 28, 2019
L-interess nazzjonali jixpruna ħidmet il-kandidati tal-PL
Maħruġa mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
L-interess nazzjonali jixpruna ħidmet il-kandidati tal-PL
Il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista dejjem iridu jkunu pożittivi għax iridu jkunu hemmhekk għal skop li jtejbu l-affarijiet. Dan is-sens huwa second nature għall-kandidati tagħna. Dan qalu dalgħodu il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt il-preżentazzjoni tal-kandidati tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropej.
“Li żgur mhux ha jagħmlu l-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista hu li jitkellmu u jaġġixxu kontra l-pajjiż sempliċiment out of spite, illi kienet l-policy ewlenija li investew fuqha għexieren ta’ sigħat Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista fil-ħames snin illi għaddew,”sostna Dr Muscat.
Dr Muscat stqarr li l-għajta ta’ Malta f’Qalbna mhijiex xi għajta nazzjonalista u lanqas hija għajta illi tħares lejn kwistjonijiet illi jippruvaw iġelldu il-kunċett ta’ Malta mall-kunċett Ewropew, iżda huwa kumplamentari ħafna. Sostna li min jiġi elett jrid jieħu sehem dirett fit-tfassil ta’ policies Ewropej, illi jkunu ta’ ġid għall-Ewropa kollha. Qal li l-interess nazzjonali, li ħafna drabi huwa bħal interess ewropew, ikun dak li jixprunana.
Dr Muscat fakkar kif il-Partit Nazzjonalista qed jibża’ mill-ġudizzju tal-poplu, filwaqt li l-Partit Laburista qed iħares ‘l quddiem sabiex il-poplu jiġġudika x-xogħol li sar mill-Membri Parlamentari Ewropej tagħna fil-ħames snin li għaddew. Filwaqt li rringrazzja x-xogħol imwettaq minn Alfred Sant, Miriam Dalli u Marlene Mizzi, awgura lill Kandidati kollha l-oħra. It-tim ta’ kandidati ta’ 14 –il persuna minn oqsma differenti tal-ħajja kien deskritt bħala tim ta’ kandidati li jirrifletti s-soċjetà Maltija.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.