• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

June 22, 2021

“L-iprem ċavetta biex tavvanza fil-ħajja hija l-edukazzjoni.” – Il-PM

“L-edukazzjoni tifforma wieħed mill-ħames pilastri tal-istrateġija ekonomika tagħna li ħa teħodna għall-għaxar snin li ġejjin. Pilastru li jifrex fuq żewġ prinċipji – li nindirizzaw il-problema tal-early school leavers u nippromwovu l-kunċett tal-edukazzjoni bħala lifelong learning.”

Hekk qal il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela waqt intervista fuq ONE Radio filwaqt li saħaq kif l-edukazzjoni se twassal mhux biss ħolqien tal-ġid imma wkoll titjib fil-kwalita’ ta’ ħajja. 

Il-Prim Ministru spjega kif din l-istrateġija se sservi fil-medium u long term. “Investejna 2.75 miljun fl-apprentistat għas-sentejn. Mhux biss qed ninvestu fl-industrija iżda wkoll fin-nies u fin-negozji… L-investiment fl-apprentistat propju biex tagħti exposure meħtieġa lil studenti biex jingħataw esperjenza fuq il-post tax-xogħol. L-iprem ċavetta biex tavvanza fil-ħajja bla dubju hija l-edukazzjoni.”

Gvern man-nies u għan-nies

“Importanti li nibqgħu ngħinu lin-nies. Prinċipju li dan il-Gvern konvint fih.”

Il-Prim Ministru qal dan fid-dawl ta’ deċiżjonijiet ambizzjużi li ħallew il-frott tagħhom. Miżura game changer kienet it-tnaqqis fit-taxxa tal-boll.  

“F’Ġunju tal-2020 kellna deċiżjoni – jew li nħallu lil dan is-settur jimxi waħdu jew nagħmlu intervent b’saħħtu li kien intiż li jagħti stimolu. Id-deċiżjoni tal-Gvern kienet ambizzjuża. Kellna pariri li mhux ħa nieħdu d-deċiżjoni tajba… Qisna ħafna imma mbagħad iddeċidejna. Tat il-frott tagħha mhux biss għax kellna xahar wara xahat ta’ bejgħ rekord imma żammet l-ekonomija ta’ pajjiżna miexja ‘l quddiem. Din il-miżura l-effett li kellha baqgħet tiġġenera x-xogħol, issalvagwardjajna l-impjiegi u bqajna nnaqqsu r-rata ta’ qgħad f’pajjiżna.” 

Dan wassal biex tant persuni ffrankaw eluf ta’ ewro. Illum, 150,000 familja huma sidien ta’ djarhom – 30 elf żieda mill-2012 filwaqt li aktar minn 80% tal-poplu tagħna huwa sid ta’ daru. 

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar targets ambizzjużi bħala pajjiż li jikkonċernaw tnaqqis fl-emmissjonijiet. “Target fl-2030 u iżjed ambizzjuż fl-2050. It-trasport huwa settur wieħed – il-qalba għall-vetturi elettrifikati. It-tieni settur huwa l-kostruzzjoni. Pajjiżi Ewropej għadhom jiddependu fuq il-faħam. Pajjiżna għamel il-qabża mill-heavy fuel oil għall-gas naturali.”

Dwar is-settur tal-kostruzzjoni, il-Prim Ministru semma l-iskema li nieda dan il-Gvern fejn min jaħdem fis-settur ġie nċentivat biex jaqleb l-inġenji li uża għal oħrajn eco-friendly. Skema li nħatfet u wriet id-direzzjoni tal-Gvern.

Robert Abela tkellem ukoll dwar il-kuraġġ tal-imprendituri li jiltaqa’ magħhom u għamlu suċċess minkejja l-pandemija. “Niltaqa’ magħhom u jgħiduli li qed jimxu wara l-kuraġġ tal-Gvern. Il-kuraġġ tal-Gvern qed jirkbu fuqu. Inweġibhom bil-kontra. Il-Gvern qed jirkeb fuq il-kuraġġ tagħkom.” 

“Diżappunt li qatt ma stennejtu” 

Hekk spjega l-aġir tal-Kap tal-Oppożizzjoni il-Prim Ministru dwar l-ittra li kiteb Bernard Grech lill-FATF u indirettament indika li Malta għandha titpoġġa fuq il-lista l-griża. 

“Diżappunt li qatt ma stennejtu. Jekk tanalizza l-aħħar paragrafu tagħha, qed jistieden lill-FATF biex pajjiżna jagħmlu grey listed. F’fażi delikata, il-kontenut tal-ittra verament ixxukjatna. L-iżjed għax qegħdin fi proċess fejn għamilna bidliet bħall-anti money laundering, bidliet leġislattivi fl-entitajiet fosthom FIAU u ħafna oħrajn. Fl-aħħar mill-aħħar, meta tara dan l-aġir, l-agħar ħaġa li tista’ tagħmel hu li ma tmurx b’vuċi waħda. Gvern li qed jagħmel minn kollox biex jikkonvinċi bid-diversi kisbiet li għamilna u Oppożizzjoni li qed tgħidilhom itfgħuhom fil-grey listing… Persważ ukoll li n-nies qed iqisu dan l-aġir. Fl-aħħar mill-aħħar, se nibqgħu naħdmu b’dedikazzjoni. Dan hu Gvern li mhux lest jagħlaq għajnejh għal dak li hu ħażin. Gvern bi redenzjali fl-aspett ekonomiku u jibdel il-kultura ta’ pajjiżna biex jagħmel governanza tajba.”

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-viżjoni ambizzjuża li għandu għal pajjiżna. 

“Għandna ambizzjoni ċara li dan il-pajjiż inkomplu ntellgħuh ‘il fuq. Dan il-poplu ma għandu xejn inqas minn ħaddieħor u determinat li din il-viżjoni ambizzjuża nibqgħu mmexxuha ‘l quddiem. Biex taħdem għal pajjiżek trid tkun tħobbu… Nemmen li l-poplu jaf kemm għamilna ġid u determinat li nibqgħu mmexxu bl-istess rieda.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
12 hours ago
Partit Laburista
RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela

RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 173
  • Shares: 20
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
17 hours ago
Partit Laburista
Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna.

Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 719
  • Shares: 64
  • Comments: 61

Comment on Facebook

Mhux hekk wara li armejtuna u taghituna b sieq .. Gej il bikki rega . Armi lemm qaziztu l alla tiklu wahidkom.

Grazzi tax xghol kollu li qijghad jghamel il partit pero isimghaw lilmenti tan nies gusti

Il-partit li jiġbed in-nies dejjem lejh. Qatt qabel ma kien hawn partit li żamm maġġoranza assoluta daqs illum. Grazzi għall-gvern u l-partit Laburista❤️🌹🇲🇹

Ara ma jigbdilkomx IL bieb mieghu GAHAN

Kien nofs t'nhar eccelenti. Prosit ta' l-innizjativa. U prosit lill-volontiera kollha.

Ahjar tifthu l bibien biex tiltaqu mal familjari tal vittmi tal konstruzjoni li tinsab bla kontroll.

Good morning ☀️

Good morning❤

Min Mmaqdar Rrid Jixtri Hommor

Mela l- kontra li qed jigri fil- Pieta 😆 🤣 😂

Minn hu armat u minn hu zarmat proset PL

Good morning ☀️

Good morning❤

Good morning❤

Well done!!

Good morning

Prosit u grazzi li tajtu din l-opportunita lil nies sabiex jigu l-CNL.

Suldati ta'l azzar fil kju

Tistaw tifthu il bieb tal bejd alija ghax qat mintom atarawni izjedd qass biex nerga nivota u tesera qas inhalasa iktar

Viva l Labour

Tistaw tifthu t twieqi ukoll ta ha tibdlu ftit larja ukoll. :)

Proset

Dawk laqas jivitaw darba ohra

Ma taghmilx differenza jifthu l.bibien

Grazzi u proset

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Open Day fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista miftuħ għall-pubbliku s-Sibt li ġej mid-09:00 sas-13:00.

Ingħaqad magħna 🔴
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 80
  • Shares: 107
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Inizzjattiva sabiha li jinghata ktieb b xejn mal membership . U Dawk li hallsu online ?

XAXQA. KEM SE TITOLBUWOM DONEJXIJN?

jekk jogħġbok ħallili messaġġ fil-privat, għandi xi affarijiet xi ngħidilkom li jistgħu jkunu ta' interess għalik

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 22
  • Shares: 6
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 64
  • Shares: 41
  • Comments: 4

Comment on Facebook

God Bless

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

The best

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek