• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

July 11, 2021

“L-isforzi kbar li għamel pajjiżna qed jagħmlu d-differenza” – Il-PM

“Il-pandemija ma telqet qatt milli tkun l-ewwel prijorita’ tal-Gvern…Meta rajna sfida ġdida, il-kuraġġ kien li nieħdu azzjoni mill-ewwel biex nipproteġu l-impjiegi u l-ekonomija ta’ pajjiżna. Il-vaċċin qed jaħdem u huwa s-soluzzjoni tal-pandemija. Kellna żieda fir-rata ta’ infezzjonijiet imma l-maġġoranza assoluta tal-każijiet huma ta’ dawk li ma ħadux il-vaċċin. L-appell jibqa’ għat-teħid tal-vaċċin. Illum qed nitkellmu fejn pajjiżna għandu 80% tal-popolazzjoni adulta mlaqqma.” 

Hekk qal il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’intervista fuq ONE Radio filwaqt li fakkar kif 20% tal-popolazzjoni għadha mhux imlaqqma. “Minħabba fihom, kieku ħadna deċiżjoni li ma niddeċidux u ma niħdux il-miżuri, konna nieħdu sogru mhux mistenni imma issa l-appell tiegħi hu li ma hemm l-ebda raġuni sakemm ma jkunx hemm raġuni medika li ma jiħdux il-vaċċin. Huwa obbligu ċiviku u sens ta’ rispett u mħabba li aħna ninċentivaw u nikkonvinċu biex tieħu l-vaċċin. Sakemm ma jkollniex dawk l-20% li ma jiħdux il-vaċċin, ħa nkomplu ntawwlu l-perjodu biex naslu għan-normalita’.

Il-Prim Ministru spjega kif kull deċiżjoni ġejja mix-xjenza hija waħda korretta. “Għalhekk fl-aħħar jiem ħadna d-deċiżjoni li f’pajjiżna jidħlu l-fully vaccinated. L-ewwel Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li kellna l-kuraġġ li nagħmlu din id-deċiżjoni minkejja li kellna kritika mill-Kummissjoni Ewropea.”

Robert Abela semma wkoll kif ir-rekwiżiti tas-safar għal tfal taħt it-12 -il sena se jibqgħu l-istess minn wara nhar l-Erbgħa li ġej – dak tad-dħul f’pajjiżna b’negative CPR test filwaqt li dawk in-nies li minħabba raġuni medika jew ċirkostanza oħra li ma jistgħux jieħdu l-vaċċin, se jkunu jistgħu jidħlu f’pajjiżna b’CPR test li jkun negattiv. Dawk il-peruni Maltin u Għawdxin li bħalissa jinsabu msiefrin u se jinqabdu barra minn pajjiżna, se jkunu jistgħu jidħlu Malta bl-istess regoli li qegħdin illum. 

“Sodisfatt bil-fiduċja li wrew f’pajjiżna.” 

“Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena kellna tkabbir ekonomiku iżjed milli kien imbassar. Il-Kummissjoni Ewropea irrevediet ‘il fuq iżjed mill-pajjiżi oħra miż-żona ewro.” 

Il-Prim Ministru spjega kif il-programm tal-vaċċinazzjoni huwa kriterju ewlieni li fuqha sar it-tbassir f’pajjiżna. “Dak li konna qed nitkellmu dwaru, illum l-esperti qed jikkonfermawh… Il-bidliet li se nkomplu nagħmlu mhux għax sfurzati iżda għax nemmnu li dik hi d-deċiżjoni sewwa. Hekk se nkomplu nagħnlu biex immexxu bis-saħħa dan il-pajjiż ‘il quddiem. 

“Taf x’għandna bħalissa? L-inqas persuni jirreġistraww milli qatt kellna minn amministrazzjonijiet taħt Gvern Nazzjonalista. Dan kollu waqt pandemija.” 

Il-Prim Ministru aċċena wkoll għan-nuqqas ta’ kredibilita’ tal-Partit Nazzjonalista u tal-Kap tal-Oppożizzjoni. “Covid Action Team kompletament inattiv u Kap tal-Oppożizzjoni li jara x’qed jiġri fuq social media u jara x’ikun l-aktar populist. Meta tmexxi, id-deċiżjonijiet ma teħodhomx fuq dak il-kriterju. Sal-lum ma smajtx l-Oppożizzjoni tgħid li l-vaċċin huwa s-soluzzjoni. Infakkar kif membru ewlenija tal-Covid Action Team qalet li l-vaċċin mhuwiex is-soluzzjoni. Bin-nuqqas ta’ messaġġ tagħhom jew ma jemmnux li l-vaċċin huwa s-soluzzjoni jew inkella għax ma jridux li pajjiżna jimxu ‘l quddiem għax il-vaċċin se jiddetermina u jħalli effetti pożittivi fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna.”

Il-bidla hi dik li nemmnu fiha

“Fil-mument li ma tkunx kuraġġuż ikollok il-problemi. Il-bidla hi dik li nemmnu fiha.”

Hekk irrefera għall-100 IDEA tal-Partit Laburista, Robert Abela fejn spjega kif dan “huwa proċess ongoing li jinjetta demm ġdid. L-għatx tagħna li ninqgħu nixprunaw il-pajjiż. 

Il-Prim Ministru semma 3 prinċipji kruċjali li jżommu dan il-moviment ħaj. 

“L-ewwel prinċipju huwa li dan huwa l-partit tax-xogħol tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem… It-tieni prinċipju huwa l-għaqal. F’pandemija kellna napplikawh f’livell għola. Kien dan il-prinċipju li bih urejna li dan il-partit huwa katalist tal-bidla… L-aħħar prinċipju huwa t-tqassim tal-ġid. Ma jistax ikollna moviment li dan il-prinċipju ma jkunx għażiż għalina.”

“L-umilta’ hija dik li trid tibqa’ tiddistingwina. Inħallu l-umilta’ tmexxina ‘l quddiem. Dak hu dak li jrid jara l-poplu Malti u Għawdxi kollu.” 

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 hours ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 8
  • Shares: 1
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
6 hours ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 44
  • Shares: 35
  • Comments: 2

Comment on Facebook

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

Partit Laburista
22 hours ago
Partit Laburista
1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn. 

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org

1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn.

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 78
  • Shares: 69
  • Comments: 1

Comment on Facebook

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
RENEW

Ingħaqad magħna! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 70
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista

It-twemmin soċjalista tagħna qatt mhu se jħallina nkunu indifferenti. Għalhekk għandek tingħqad magħna s-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 66
  • Shares: 48
  • Comments: 8

Comment on Facebook

Well done prim

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL DAK KOLLU LI QED TAGHMLU GHAL Malta 🇲🇹 👌 GVERN Tar- RIFORMI, TA' VERU GHAX MA JIBZAX JEHODHOM.

Tajjeb

socjalista ??? din xi tkun dil kelma ?? grazzi rajtha qalbek

PAROLI FIL VOJT U FEJN THARES TARA L HBIP TAL HBIP.

Hadd ma jaqa lura imma malta waqet lura ghax mill hazin ghall ghar

Ghadu Partit Socjalista,fil Verita m ghadux..

Dr Abela il bank ghandu il policies tieghu jigiefiri u mhux ha jiehu riskju kbir biex issellef flus lil nies mhux daqsek stabli.

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek