• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

November 24, 2019

L-istituzzjonijiet taw risposta

“L-istituzzjonijiet taw risposta u wrew li huma istituzzjonijiet indipendenti li jaraw l-affarijiet li jsiru kif għandhom isiru u li jwasslu għal riżultati.”Iddikjara dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat f’kollegament telefoniku fuq ONE Radio fejn saħaq kemm hu kburi  bl-istituzzjonijiet, kburi bil-pajjiż u kburi bil-fatt li filwaqt li ħaddieħor attakka lill-istess istituzzjonijiet kontinwamenthu nvesta ħinu jiddefendi lil dawn l-istituzzjonijiet.

Il-Prim Ministru fisser kif din il-ġimgħa għamel pass bla preċedent fejn spjega kif iffirma “ittra li permezz tagħha ggarantejt li jekk ikun hemm biżżejjed provi u dan il-parir jiġi mill-pulizija u l-investigaturi u l-Avukat Ġenerali, jien inkun qed nagħti parir lil President biex toħroġ maħfra Presidenzjali lill-persuna suspettat li kien il-middle man f’dan il-każ. Għamiltu dan għaliex nemmen u anke l-parir li għandi li huwa l-aħjar mod ta’ kif jitmexxew l-affarijiet.”

Muscat sostna wkoll kif din il-ġimgħa ħass li għandu jinforma lill-poplu dak li kien qiegħed jiġri. “Il-poplu ma jitħalliex fl-għama imma ngħid dak li kien qiegħed jiġri. Kien hemm min qabel kien jikkritika għaliex ma konna nkunu nafu xejn x’qiegħed jiġri. Issa kien hemm min ikkiritika għaliex il-Prim Ministru qiegħed jitkellem fuq dak li qiegħed jiġri.”

Il-Prim Ministru saħaq li ma jafx xi trid l-Oppożizzjoni f’dan ir-rigward. “Kellna l-Oppożizzjoni li filli tgħidli ma nitkellimx u filli tgħidli biex inwieġeb il-mistoqsijiet. L-Oppożizzjoni li filli titlaq ‘il barra mill-Parlament u filli tgħidilna li rridu nlaqqgħu l-Parlament b’urġenza.”

Lura fiż-żmien,fakkar il-Prim Ministru, fil-każ tat-tixħim tal-Imħallfin kif kien il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, Eddie Fenech Adami li għamel konferenza tal-aħbarijiet fejn kien ta d-dettalji kollha dwar l-operazzjonita’ servizzi ta’ sigurta’ li waslet biex kien inkixef dak il-każ.

Muscat emfasizza kif “ħa nkompli nagħmel dak li nemmen li għandu jsir. Ovvjament ħa noqgħod attent. Il-familja Caruana Galizia qalet biex il-Prim Ministru jieħu pass lura. M’għandix problemi li nieħu pass lura u ma noqgħodx nagħmel pronunzjamenti f’dan ir-rigward imma ħa nkompli nagħmel dak li nemmen li huwa l-aħjar biex issir ġustizzja f’dan il-każ u biex niddefendi lill-istituzzjonijiet tagħna.”



Gvern b’mandat mingħajr preċedent

Il-Prim Ministru fakkar kif dan hu gvern b’mandat bla preċedent. “Se jibqa’ għaddej dan il-Gvern għal-leġiżlatura kollha kemm hi. Huwa gvern li ħa jkompli jwettaq ir-riformi l-kbar li għandu l-mandat biex iwettaq għal din il-leġiżatura. Min-naħa tiegħi, se nibqa’ ffukat biex immexxi lil dan il-pajjiż. Dan huwa dmiri. Dmiri mhuwiex dak li naqbad u nħalli l-affarijiet għal rieħhom. Jien m’inix imwieled baħri tal-bnazzi. Jien baħri tal-maltemp. Bħalissa huwa żmien delikat ħafna u bħalissa jien nemmen li huwa dmiri li dan il-pajjiż nagħtih it-tmexxija li fdali.”

Muscat fiehem ukoll li filwaqt li bħalissa jkun hemm min hu konfuż, il-parir ewlieni huwa li nagħtu l-ħin lill-istituzzjonijiet jaħdmu f’serenita’ għall-jiem li ġejjin. Huwa rringrazzja wkoll lil dawk kollha li jaħdmu f’dawn l-istituzzjonijiet tax-xogħol li jagħmlu u l-fatt li ilhom xhur sħaħ jaqilgħu ġo wiċċhom fis-silenzju mingħajr ma jistgħu jirreaġixxu u bla dubju, ir-riżultati juru x-xogħol li qegħdin jagħmlu.



Proġetti għall-ġid tal-pajjiż

Il-Prim Ministru saħaq kemm huwa kburi b’dan il-pajjiż. Sa din il-ġimgħa stess, spjega kemm huwa ta’ benefiċċju l-proġett tal-enerġija rinovabbli li ġie ffirmat f’Montenegro u kif wieħed lanqas biss seta’ jimmaġina li filwaqt taħt gvern preċedenti, il-kumpanija Enemalta kienet falluta, illum mhux biss qegħda fuq saqajha iżda qed tinvesti barra minn xtutna. “Dan huwa proġett li bdejna fil-leġiżlatura li għaddiet li permezz tiegħu, il-kumpanija Enemalta li kienet falluta, saret kumpanija li taqla’ l-flus u tinvesti barra l-pajjiż b’tali mod li twassal għal aktar flus għall-Maltin u l-Għawdxin.”

Proġett ieħor li ġie konkluż fl-aħħar tal-ġimgħa u li kienu bosta li kienu jgħidu li qatt ma seta’ jsir huwa “dak il-proġett li nattiraw skola medika ta’ livell mondjali mhux biss ġewwa pajjiżna, ġewwa Għawdex permezz ta’ investiment ieħor konġott mal-privat minbarra l-Ewropa, mill-Istati Uniti. Skola medika mibnija mill-flus tal-privat li ħa tkun qed iġġib studenti ġewwa Għawdex. Din hija trasformazzjoni tal-ekonomija tagħna. Dawn huma żewġ emblemi tal-mod ta’ kif inbidlet l-ekonomija tal-pajjiż.”

Dan huwa gvern li jżomm kelmtu. Muscat fisser kif ingħataw “il-pagamenti lil dawk in-nies li sofrew inġustizzja fil-passat, nies tal-korpi, il-ħaddiema tax-xatt, membri tal-korp tal-pulizija preżenti u passati… Dan huwa s-sodisfazzjon tax-xogħol.”

Il-Prim Ministru saħaq ukoll kif dan kollu ma joħroġx b’sorpriża kif il-Kummissjoni Ewropea approvat mingħajr ebda problema l-baġit ta’ pajjiżna filwaqt li l-aġenziji tal-kreditu jkomplu jagħtuna rating aħjar.

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
1 hour ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 8
  • Shares: 1
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
6 hours ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 44
  • Shares: 35
  • Comments: 2

Comment on Facebook

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

Partit Laburista
22 hours ago
Partit Laburista
1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn. 

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org

1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn.

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 78
  • Shares: 69
  • Comments: 1

Comment on Facebook

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
RENEW

Ingħaqad magħna! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 70
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista

It-twemmin soċjalista tagħna qatt mhu se jħallina nkunu indifferenti. Għalhekk għandek tingħqad magħna s-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 66
  • Shares: 48
  • Comments: 8

Comment on Facebook

Well done prim

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL DAK KOLLU LI QED TAGHMLU GHAL Malta 🇲🇹 👌 GVERN Tar- RIFORMI, TA' VERU GHAX MA JIBZAX JEHODHOM.

Tajjeb

socjalista ??? din xi tkun dil kelma ?? grazzi rajtha qalbek

PAROLI FIL VOJT U FEJN THARES TARA L HBIP TAL HBIP.

Hadd ma jaqa lura imma malta waqet lura ghax mill hazin ghall ghar

Ghadu Partit Socjalista,fil Verita m ghadux..

Dr Abela il bank ghandu il policies tieghu jigiefiri u mhux ha jiehu riskju kbir biex issellef flus lil nies mhux daqsek stabli.

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek