Għin
lill-Partit Laburista
October 20, 2023
L-MEPs tal-PN juruk żewġt uċuħ – wieħed għal Malta u wieħed għal Brussell
Id-dibattitu fil-Parlament Ewropew dwar reżoluzzjoni fuq Malta, imbottata mill-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista, Roberta Metsola u David Casa reġa’ kixef l-atitudni tad-double standards tagħhom u tal-Partit Nazzjonalista filwaqt li juri biċ-ċar li sakemm jistgħu jattakkaw lil Malta, lesti jikkompromettu kollox.
Dan kien il-messaġġ ewlieni waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mid-Deputat Edward Zammit Lewis u l-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Daniel Attard fejn saħqu li l-għan ewlieni ta’ Metsola u Casa f’dan id-dibattitu kien li jitfgħu dell ikrah fuq Malta f’livell internazzjonali.
Id-Deputat Edward Zammit Lewis semma kif għall-MEPs tal-Partit Nazzjonalista, l-ipokrezija hija bl limitu. “Għalihom, is-saltna tad-dritt tapplika biss għal pajjiżna iżda fi stati membri oħra Ewropej ma tapplikax għax hemm sħabhom imexxu…Il-PN iris saltna tad-dritt a la carte. Mhux li jaħdmu l-istituzzjonijiet kif għandhom jaħdmu iżda jaħdmu biss skont il-ġudizzju tagħhom. Atitudni negattiva u mhux denja fejn il-poplu darba wara oħra qed jgħidlu li ma jridx din it-tip ta’ politika.”
Il-Kandidat Daniel Attard spjega kif f’pajjiżi oħra ma jsibux MEPs tagħhom stess jaħdmu kontra pajjiżhom. U dan kollu filwaqt li fuq Malta jsiru allegazzjonijiet foloz. “Il-paladin tar-rule of law David Casa b’double standards mhux biss fuq il-ħsara li jipprova jagħmel lil pajjiżna iżda evidentament f’dan id-dibattitu ressaq riżoluzzjoni li tħeġġeġ l-abort u f’Malta jiġi jipprotesta kontra… B’hekk għal darb’oħra l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista kellhom pożizzjoni f’Malta u oħra fi Brussell. Filwaqt li sakemm jistgħu jattakkaw lil Malta lesti jikkompromettu kollox.”
Il-kelliema faħħru wkoll il-ħidma tal-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista li jiddefendu l-interessi tal-Maltin b’mod konsistenti kemm f’pajjiżna u kemm fuq livell Ewropew.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.