Għin
lill-Partit Laburista
July 22, 2020
L-Oppożizzjoni tpoġġi l-interessi partiġġjani qabel it-tiftix tal-verità
L-istqarrija tal-kelliema tal-Oppożizzjoni dwar dak li ġara l-lejl li għadda fi Swieqi tagħżel li tinjora l-fatti tal-każ hekk kif magħrufa sa issa.
Minflok qed tipprova tagħmel allegazzjonijiet li ma tissostanzjahomx.
Li titlob għar-riżenja ta’ Ministru ma hi xejn għajr stqarrija tipika ta’ min l-ewwel interess tiegħu mhux il-verità jew il-ġustizzja, iżda l-opportuniżmu politiku.
Fuq kollox hija stqarrija li ġġib il-firma ta’ deputati li anke fl-aħħar sigħat deher li kellhom imorru lura minn dikjarazzjonijiet pubbliċi mgħaġġla.
B’differenza, il-Gvern se jkun qiegħed iħalli l-investigazzjonijiet jaħdmu f’serenita’.
Fl-istess ħin il-gvern qed jibqa’ jaħdem biex iġib ir-riformi pożittivi li jkattru l-fiduċja fl-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna. Xi ħaġa li xejn ma hi tinżel tajjeb mal-istess kelliema tal-Oppożizzjoni.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.