Għin
lill-Partit Laburista
March 11, 2021
Owen Bonnici
Beda bħala Kunsiller u mbagħad Viċi-Sindku f’isem il-Partit Laburista. Ġie elett ukoll diversi drabi bħala membru fuq l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit. Kien elett fil-Parlament għall-ewwel darba fl-2008 fl-età ta’ 27 sena.
Bejn l-2008 u l-2013, il-Ministru Bonnici serva ta’ Kelliem tal-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ u l-Kultura, u wara għall-Edukazzjoni Għolja, Università u Riċerka. F’dan il-perjodu huwa imbotta ‘l quddiem riformi bħal fil-qasam tal-liġi tad-divorzju u ħadem kontra ċ-ċensura artistika.
Meta reġa’ ġie elett fl-2013, hu ngħata l-kariga ta’ Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja u mbagħad, bejn l-2014 sal-2017 serva fil-kariga tal-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Matul dan iż-żmien huwa daħħal fis-seħħ diversi riformi u ħidma kruċjali fosthom:
1. Il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti
2. Il-liġi tal-whistleblower li ġiet imfaħħra minn entitajiet indipendenti rikonoxxuti mill-Kummissjoni Ewropea
3. Il-liġi li neħħiet il-preskrizzjoni minn fuq reati ta’ korruzzjoni
4. Il-liġi li firdet ir-rwoli duppliċi tal-Avukat Ġenerali
5. Il-liġi li ħolqot kumitat Parlamentari għall-iskrutinju ta’ kariġi pubbliċi
6. Il-liġi li tat id-dritt tal-avukat waqt l-arrest
7. Il-liġi li wessgħet il-libertà tal-espressjoni artistika
8. Il-liġi li rriformat ir-reġim legali tal-istampa
9. Il-liġi li biddlet il-metodu tal-ħatra u dixxiplina tal-Ġudikanti
10. Il-liġi li tat it-tieni ċans lill-vittmi ġenwini tad-droga
11. Il-liġi tal-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment
12. Aġġorna l-kodiċi kriminali b’reati ġodda bħar-revenge porn, saħħaħ ir-reat tal-hate speech u saħħaħ il-Witness Protection Program
13. Il-liġi li rregolat aħjar ir-reati marbuta ma’ sewqan traskurat u perikoluż, inkluż bi skema ta’ punti
14. Daħħal lil Malta fl-Uffiċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u ra li pajjiżna jikseb it-tielet Imħallef fuq il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fid-diversi sedi tagħha
15. Welled l-Aġenzija dwar l-Inforzar Lokali (LESA)
16. Welled Żfin Malta, Teatru Malta u Festivals Malta u l-MUŻA
17. Mexxa ‘l quddiem it-titolu tal-Belt Valletta bħala l-Belt kulturali Ewropea għas-sena 2018
18. Saħħaħ tradizzjonijiet kulturali bħall-piroteknika u l-mużika fil-kommunitajiet f’livell bla preċedent
19. Reġa’ daħħal lil pajjiżna fil-Biennale ta’ Venezja wara nuqqas ta’ ħafna snin
20. Nieda proġetti maġġuri ta’ restawr f’diversi lokalitajiet bi proġetti li attiraw tifħir għas-serjetà tagħhom.
Huwa reġa’ ġie elett fl-elezzjoni ġenerali tal-2017 u ġie kkonfermat mill-ġdid fil-kariga ta’ Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali sa’ ma fil-15 ta’ Jannar tal-2020 nħatar Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. F’dan il-perjodu huwa ra li pajjiżna jkompli miexi ‘l quddiem fis-settur edukattiv minkejja l-isfida tal-COVID-19 u kiseb tifħir internazzjonali għal din il-ħidma.
Huwa missier ta’ tifla, Ema, li għandha 12-il sena u joqgħod iż-Żurrieq.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.