Għin
lill-Partit Laburista
September 7, 2023
Legat b’saħħtu tal-Partit Laburista fil-qasam tad-drittijiet ċivili u l-ugwaljanza
“Kull meta ersaqna lejn dawn il-bidliet f’dan il-qasam dejjem kellna l-kuraġġ u l-poplu warajna. Mill-aħħar nett, illum qegħdin fil-quċċata u kburin ħafna imma ma nħallu lil ħadd jgħidilna li wasalna biżżejjed. Fadal iżjed x’nagħmlu. Dan il-prinċipju nsaħħuħ b’aktar drittijiet ċivili.”
Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista waqt il-ftuħ tal-esebizzjoni mill-Partit Laburista fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista li timmarka l-mixja tal-progress fil-qasam tad-drittijiet tal-komunita’ LGBTIQ+ tul dawn l-aħħar 50 sena, li tibda fl-1973 meta Gvern Laburista kien iddikriminalizza l-omosesswalita’. Dan huwa l-legat tal-Partit Laburista fil-qasam ta-drittijiet ċivili u l-ugwaljanza.
L-esebizzjoni timmarka fost l-oħrajn, dak li hu meqjus minn ħafna bħala t-turning point fil-mixja tal-progress meta fl-2013 twaqqaf il-Kunsill Konsultattiv tal-komunita’ LGBTIQ+ magħmul mill-attivisti bil-għan li jipproponu huma l-liġijiet favur l-ugwaljanza.
Kisbiet importanti oħra kienu d-dritt tal-Unjoni Ċivili fl-2014 u ż-żwieġ indaqs fl-2017. Aktar drittijiet lill-persuni trans, intersex u non-binary u r-rikonoxximent ta’ Malta bħala l-leader f’dan il-qasam fl-indiċi ta’ ILGA Europe.
Matul din il-mixja jiġi nnutat ukoll kif is-suċċess ta’ Malta mexa wkoll madwar l-Ewropa fil-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew minn politiċi tal-Partit Laburista bl-ewwel strateġija Ewropea għall-persuni LGBTIQ+ u d-dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea bħala żona ta’ ħelsien għall-persuni LGBTIQ+.
Fost l-aħħar żviluppi nnotati hemm it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fl-għoti tad-demm u l-liġi li tipprojbixxi l-prattiċi ta’ konverżjoni u l-promozzjoni tagħhom.
Il-mixja tal-progress tinnota wkoll il-passi li jmiss fil-programm ta’ ħidma tal-Gvern imnebbħa mill-programm elettorali Malta Flimkien.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Randolph De Battista tkellem kif filwaqt li l-Partit Laburista dejjem kien katalist biex ġab l-akbar riformi fid-drittijiet ċivili, daqstant ieħor illum hemm l-obbligu li noffru direzzjoni u kulħadd jifhem kemm soċjeta’ ugwali li tabbraċċja d-diversita’ hija soċjeta’ isbaħ u aktar b’saħħitha.
Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg spjegat kif din il-wirja b’mod tajjeb tiddokumenta kif meta l-Partit Laburista ma baqax fit-tmexxija, f’pajjiżna l-mixja tad-drittijiet ċivili ġiet prattikament iffriżata. Kellu jkun Gvern Laburista li mill-2013 l’hawn reġa’ dawwar il-folja u tella’ fuq l-aġenda d-drittijiet ċivili tal-komunità LGBTIQ+ b’rispett sħiħ lejn id-dinjita’ tal-persuni li jiffurmaw din il-komunita’. Dawn ir-riformi huma parti mil-legat ta’ dan il-partit u jagħmlu parti mil-valuri tal-ġustizzja soċjali li huma l-bażi tat-twemmin taghna.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.