• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

April 19, 2020

“Lil Malta nħobbuha. Biex tmexxi lil pajjiżek trid tkun tħobbu” – Il-PM

“Aħna qatt ma għamilna ħsara lil Malta u qatt ma se nagħmlu ħsara lil Malta.” Hekk iddikjara l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela.

 

Robert Abela sostna d-diżappunt tiegħu bil-mod kif il-Partit Nazzjonalista għamel tiegħu l-azzjoni tal-Kelliem ewlieni tal-Ġustizzja sabiex jiġi investigat mhux biss hu iżda wkoll l-ekwipaġġ sħiħ tal-lanċa tal-Forzi Armati u l-Brigadier.

 

“Ilbieraħ kellek lill-Kap tal-Oppożizzjoni li ddefenda l-aġir ta’ Jason Azzopardi, mhux biss iddefenda iżda qabel miegħu tant li l-istess Onorevoli Jason Azzopardi immedjatament malli Adrian Delia lesta l-konferenza stampa, ħareġ jirringrazzjah talli tah l-appoġġ sħiħ tiegħu u ta’ dak l-istess ringrazzjament lill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Mela issa ma hemm l-ebda dubju li qed nitkellmu dwar azzjoni li l-Oppożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista tagħti appġġ sħiħ lejha. “

 

Il-Prim Ministru fisser kif il-Partit Nazzjonalista qed jakkuża lill-uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta bi qtil. “Dan qed jakkużawhom bi qtil ta’ immigranti irregolari…Dawn il-persuni li skond l-Oppożizzjoni nqatlu mil-armata tagħna qegħdin bħalissa jippreparaw għall-ikla ta’ nofsinhar f’pajjiżna.”

Il-Prim Ministru spjega kif dawn it-tattiċi mill-Partit Nazzjonalista huma mmirati biex jaqtgħu qalb il-Forzi Armati ta’ Malta.

“Din l-azzjoni illi jiddispjaċini ngħid hija waħda li l-iskop warajha hu li tbeżża’ lill-Forzi Armati tagħna milli jagħmlu xogħlhom…Nifhem li l-Oppożizzjoni qed tipprova tiggranfa ma’ kollox biex tagħti daqqa politika. Dan mhux il-mument ta’ daqqiet politiċi.”

Il-Prim Ministru fakkar ukoll kif il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista fl-immigrazzjoni hija waħda inkonsistenti. “Dakinhar li ddaħlu Malta intbgħat crew ta’ Net News jiffilmja lil din id-dgħajsa u lill-persuni li qed jiddaħlu ġewwa xtutna mill-ekwipaġġ tal-Forzi Armati. Dakinhar il-messaġġ kien wieħed ċar. “Araw il-Gvern x’għamel. Daħħal l-immigranti f’pajjiżna.”

B’differenza għall-Kap tal-Oppożizzjoni, Robert Abela emfasizza l-fatt kif il-Gvern mill-ewwel ħa pożizzjoni sabiex jiddefendi lill-Forzi Armati ta’ pajjiżna li qed jagħmlu biċċa xogħol tajba ħafna.

“Flok is-sigħat tagħhom ta’ ħidma se jiddedikawhom fuq ix-xatt tagħna jiġġieldu l-Coronavirus issa se jkollhom jinħlew fuq proċess ġudizzjarju.”

Il-Prim Ministru saħaq kif Adrian Delia kellu opportunità tad-deheb biex jiddistakka lilu nnifsu minn Jason Azzopardi iżda dan ma għamlux.

Il-Prim Ministru fakkar ukoll kif il-Qorti Ewropea ċaħdet ukoll it-talba ta’ Repubblika u żammet mad-deċiżjoni li ħadet Malta f’dan ir-rigward.

“Kieku dik it-talba ġiet milqugħa, kien ikun ifisser li kien ikollna influss ta’ immigranti. Infakkar 700,000 persuna lesti biex jaqsmu lejn pajjiżna. Iktar mill-popolazzjoni ta’ pajjiżna…Din kienet talba li kienet se tagħmel ħsara lil pajjiżna.”

Il-Prim Ministru spjega kif stenna li l-Oppożizzjoni tiġbed l-istess ħabel mal-Gvern fl-interess nazzjonali. “Stennejt li jkolli Oppożizzjoni li tgħid li se tappoġġja d-deċiżjoni li ħa l-Gvern. Madankollu jidher li ħa nibqa’ nistenna…Min ipprova jdaħħal il-biża aktar għamlilna kuraġġ biex nibqgħu mmexxu lil pajjiżna.”

 

“Kburi kif qed nitrattaw il-parti medika u l-parti ekonomika” – Il-PM

 

Il-Prim Ministru esprima s-sodisfazzjon bl-investimenti li saru u qed isiru permezz tal- miżuri li ttieħdu f’pajjiżna fir-rigward tal-Covid-19. “Illum għandek tlett kwarti tal-poplu Malti li qed jaqblu mal-Gvern.”

Il-Prim Ministru fost oħrajn tkellem dwar il-miżura qawwija tas-sussidju ta’ 2.5% tal-interessi fuq self. “Il-ħlas tal-imghax minn negozji se jkun bla preċedent, ta’ 0.1% biss, u se jkollhom 780 miljun disponibbli garantiti mill-Gvern…Dħalna wkoll fil-parti tal-imghax biex erfajna dan il-piż tan-negozji wkoll.”

Il-pagamenti dwar il-pakketti finanzjarji diga mhabbra bdew jinħarġu għal dawk li applikaw għall-għajnuna biex b’hekk jiġu sostnuti aktar impjiegi. “F’Pajjiżi oħra t-telf ta’ impjiegi huwa wieħed li jixxukjak. F’pajjiżna salvajna l-impjiegi, salvajna 77,000 impieg…Kburi kif qed nitrattaw il-parti medika u l-parti ekonomika.”

Dan l-investiment ġie rifless ukoll fl-immaniġjar tal-iskart f’pajjiżna. “Tajt kelma lill-bdiewa u kburi li żammejtha. Naqqasna l-art li kienet se tittieħed b’70%. Għamilna pjan ħolistiku fit-tul.”

Il-Prim Ministru spjega kif b’differenza għall-amministrazzjonijiet preċedenti dan il-Gvern qed iħares ‘il quddiem biex ma terġax tfeġġ il-problema tal-immaniġjar tal-iskart. “L-iskart se nkunu qed nużawh biex noħolqu l-enerġija…Din hija sfida ambizzjuża li dħalna għaliha. Għidna ejja ħa mmorru għall-għażla diffiċli imma l-għażla li tagħmel is-sens.

Robert Abela saħaq li l-affarijiet għandhom isiru malajr u b’mod kawt sabiex nuru li verament li dan hu Gvern li jaħdem. “Aħna lesti nikkunsidraw kollox. L-immaniġjar tal-iskart hija xi ħaġa li dejjem emmint fiha u llum qed nimplimentawha. Ħadd ma kellu l-kuraġġ jaqbad il-barri minn qrunu fuq din il-problema.”

Fl-aħħar nett il-Prim Ministru ta’ ħarsa lura lejn l-ewwel 100 jum tiegħu bħala Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista.

“Kultant ma nemminx li huma biss 100 jum imm hekk huma. Kienu  100 jum ta’ sfidi u waħda mill-affarijiet li ninsab kburi huwa l-appoġġ li sibt…Naf li warajja għandi spalla ta’ persuni li jgħinuni f’dak kollu li hemm bżonn…Jekk hemm xi ħaġa li tgħaqqadna lkoll flimkien hija l-imħabba li għandna lejn il-poplu Malti u Għawdxi.”

 

Il-Prim Ministru temm kif il-mossa li saret issa mill-Opposizzjoni li trid titfa’ l-ghomor il-habs tiddemoralizza, izda il-messaġġi ta’ inkoraġġiment sahansitra mingħand persuni li ma jħaddnux il-kuluri tal-Partit Laburista verament timlieħ b’kuraġġ.

 

“Verament m’aħniex waħedna fid-difiża ta’ pajjiżna u nkompli nemmen kemm dan huwa gvern ta’ kulħadd…Nemmnu fin-nies. Nemmnu fil-poplu Malti. Nemmnu fl-Għawdxin. Ottimist li l-ewwel 100 ġurnata se jkunu l-mera ta’ ħafna u ħafna ħidma li ghandna proġettata għal pajjiżna fix-xhur u fis-snin li ġejjin. Fuq kollox, kburi bil-fiduċja kbira li qed juri l-poplu tagħna fina. Dik il-fiduċja se nrodduha lura f’aktar ħidma, f’aktar impenn, f’aktar dedikazzjoni. Dak biss li nwiegħed lill-poplu Malti u Għawdxi. Ħidma, dedikazzjoni u sens ta’ responsabbilta’ li beħsiebni nibqa’ nerfa’ lejn il-poplu Malti u Għawdxi.”

 

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 hours ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 8
  • Shares: 1
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
6 hours ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 44
  • Shares: 35
  • Comments: 2

Comment on Facebook

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

Partit Laburista
22 hours ago
Partit Laburista
1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn. 

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org

1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn.

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 78
  • Shares: 69
  • Comments: 1

Comment on Facebook

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
RENEW

Ingħaqad magħna! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 70
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista

It-twemmin soċjalista tagħna qatt mhu se jħallina nkunu indifferenti. Għalhekk għandek tingħqad magħna s-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 66
  • Shares: 48
  • Comments: 8

Comment on Facebook

Well done prim

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL DAK KOLLU LI QED TAGHMLU GHAL Malta 🇲🇹 👌 GVERN Tar- RIFORMI, TA' VERU GHAX MA JIBZAX JEHODHOM.

Tajjeb

socjalista ??? din xi tkun dil kelma ?? grazzi rajtha qalbek

PAROLI FIL VOJT U FEJN THARES TARA L HBIP TAL HBIP.

Hadd ma jaqa lura imma malta waqet lura ghax mill hazin ghall ghar

Ghadu Partit Socjalista,fil Verita m ghadux..

Dr Abela il bank ghandu il policies tieghu jigiefiri u mhux ha jiehu riskju kbir biex issellef flus lil nies mhux daqsek stabli.

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek