• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

August 25, 2019

Malta dejjem terfa’ r-responsabbiltajiet tagħha iżda ma nistgħux nerfgħu dak li mhux tagħna

Nadottaw attitudni ta’ sens komun biex insibu s-soluzzjoni

 

F’kollegament telefoniku fuq ONE radio, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat saħaq li “aħna bħala pajjiż u bħala gvern – koerenti. Naraw li hemm żewġ prinċipji li nżommu magħhom. Ir-rispett tal-ħajja umana u l-interess nazzjonali li nipproteġuh dejjem u f’kull ħin… Bħala Malta, ir-responsabbiltajiet tagħna dejjem erfajnihom u erfajnihom mingħajr ma qgħadna nitolbu l-għajnuna ta’ ħadd… Dak li hu tagħna nerfgħuh aħna imma ma nistgħux nerfgħu dak li mhuwiex tagħna.”

 

Il-Prim Ministru emfasizza l-bżonn li l-liġijiet jiġu rispettati. “L-ewwel liġi li tiġi rispettata hija li jekk ikun hemm xi ħadd li qiegħed jegħreq, inti trid issalvalu ħajtu. Hemm imbagħad it-tieni punt li naħseb li qed isir xogħol tajjeb ħafna li żżomm milli jsiru qasmiet minn traffikanti li jibagħtu immigranti lejn l-Ewropa u għall-ewwel darba f’ħafna snin, il-gwardja tal-kosta Libjana li ġiet trenjata bi flus Ewropej u sussidjata għal dan it-taħriġ min-naħa tal-Unjoni Ewropea qed jirnexxielha tagħmel dan.”

 

Joseph Muscat irrefera wkoll għal żewġ każijiet li seħħew fl-aħħar ġimgħat – l-‘Open Arms’ li marret l-Italja u vapur ieħor ferm ikbar tal-‘Ocean Viking’.

 

Fil-każ tal- ‘Open Arms’, il-Prim Ministru qal li la kienet responsabbilta’ ta’ Malta u lanqas tal-Italja. Kienu salvataġġi li seħħew f’żoni oħra.

 

Vapur ferm ikbar huwa dak tal-Ocean Viking li kellu fuqu mat-356 ruħ. “Mill-ġdid Malta mgħandhiex x’taqsam imma aħna ridna nadottaw atitudni differenti ħafna. L-atitudni differenti ġrat wara li tkellimna u tkellmu magħna l-Unjoni Ewropea u numru ta’ pajjiżi oħra u kellna kuntatti diretti mal-Gvern Franċiż u l-Gvern Ġermaniż fl-ogħla livell u l-punt li ġie rikonoxxut kien li din mhix respnsabbilta’ ta’ Malta u Malta ma tistax terfa’ l-piż u qed jibagħtu sinjal li qed jirrikonoxxu l-isforzi li għamlet Malta,” kompla l-Prim Ministru.

 

Muscat iggarantixxa wkoll li n-nies kollha li dawn il-pajjiżi qalu li ħa jieħdu, verament qegħdin jittieħdu kollha. Xhieda ta’ dan, fisser kif, “din il-ġimgħa, Franza bagħtu ajruplan privat biex jiġbor grupp ta’ immigranti minn Malta li kienu ġew imwegħda post fi Franza u l-Franċiżi ħaffew il-proċeduri. Fil-jiem li ġejjin, il-Ġermaniżi ħa jagħmlu l-istess ħaġa.”

 

F’każijiet fejn Malta ma kinitx responsabbli għalihom, pajjiżna adotta atitudni differenti u ta’ sens komun. “Is-soluzzjoni hi li dawn il-persuni li ġew interċettati jew salvati minn dan il-vapur jitqegħdu fuq vapur tal-forzi armati ta’ Malta…Hawnhekk nixtieq infaħħar il-ħidma kontinwa tal-armata ta’ Malta li jieħdu sehem f’dawn l-operazzjonijiet kumplikati mmens u jagħmluh b’mod impekkabli.”

 

Muscat sostna li l-pass li jmiss hu li dawn il-persuni se jkunu qed jittieħdu f’numru ta’ pajjiżi oħra fosthom Franza li se tkun qed tieħu mal-150 persuna. Qatt ma sar proċess ta’ rilokazzjoni fi ħdan l-Unjoni Ewropea fejn minn każ wieħed, qed jittieħdu daqstant numru ta’ nies.

 

“Issa l-kwistjoni kollha hi li l-fatt li l-ebda persuna mhi se tibqa’ Malta u pajjiżna qed jagħti l-kontribut tiegħu billi tilqa’ dawn in-nies b’mod temporanju, tipproċessahom imbagħad tibgħathom pajjiżi oħra, aħna qed nagħmlu xogħolna għax mhijiex respinsabbilta’ tagħna imma qed nuru kif minflok twebbes rasek u ssabbat saqajk, filwaqt li żżomm l-interess nazzjonali, turi wiċċ ta’ kompassjoni biex tkun parti pro-attiva għas-soluzzjoni,” kompla l-Prim Ministru.

 

Il-Prim Ministru nnota wkoll li l-Oppożizzjoni qabblet mal-Gvern Malti.

 

“Kburi bil-mod ta’ kif pajjiżna qed jimxi f’dan kollu. Malta post sigur, post li jimxi b’sens komun. Dejjem irid ikun parti minn soluzzjoni Ewropea li tiġi riflessa f’affarijiet oħra bħall-ekonomija li l-barranin l-immaġni ta’ Malta tkun immaġni li wieħed jista’ jirraġuna u jaħdem miegħu. Dan hu li jagħmilna pajjiż kbir…Ħa nkomplu nżommu l-linja tas-sens komun, tar-rieda tajba u nkunu parti minn soluzzjonijiet pro-attivi.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 hours ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 8
  • Shares: 1
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
6 hours ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 44
  • Shares: 35
  • Comments: 2

Comment on Facebook

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

Partit Laburista
22 hours ago
Partit Laburista
1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn. 

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org

1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn.

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 78
  • Shares: 69
  • Comments: 1

Comment on Facebook

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
RENEW

Ingħaqad magħna! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 70
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista

It-twemmin soċjalista tagħna qatt mhu se jħallina nkunu indifferenti. Għalhekk għandek tingħqad magħna s-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 66
  • Shares: 48
  • Comments: 8

Comment on Facebook

Well done prim

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL DAK KOLLU LI QED TAGHMLU GHAL Malta 🇲🇹 👌 GVERN Tar- RIFORMI, TA' VERU GHAX MA JIBZAX JEHODHOM.

Tajjeb

socjalista ??? din xi tkun dil kelma ?? grazzi rajtha qalbek

PAROLI FIL VOJT U FEJN THARES TARA L HBIP TAL HBIP.

Hadd ma jaqa lura imma malta waqet lura ghax mill hazin ghall ghar

Ghadu Partit Socjalista,fil Verita m ghadux..

Dr Abela il bank ghandu il policies tieghu jigiefiri u mhux ha jiehu riskju kbir biex issellef flus lil nies mhux daqsek stabli.

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek