• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

April 28, 2019

Malta f’qalbna hi għajta li ngħixuha u nħossuha

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista

 

Malta f’qalbna hi għajta li ngħixuha u nħossuha

 

“Meta llum qed ngħidu Malta f’Qalbna, m’aħniex nitkellmu biss għall-kampanja elettorali.  Ngħixuha u nħossuha.  Niddefendu kuljum dan it-twemmin tagħna li mhuwiex tal-blu u l-aħmar.  Imma tal-abjad u l-aħmar li m’għandux partiti. Għandu biss imħabba lejn ulied ommna, Malta.”

Stqarr dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt li kien qed jagħlaq l-aħħar sessjoni tal-Konferenza Ġenerali Annwali, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ħamrun.

Dr Muscar stqarr li kull min ingħaqad ma’ dan il-moviment, jaf li dan il-pajjiż iħobbu mhux skont jekk il-Partit Laburista jkunx fil-Gvern jew fl-Oppożizzjoni, imma jħobbu dejjem. Il-Prim Ministru rrimarka li l-familji, in-negozji, il-ħaddiema, il-pensjonanti, iż-żgħażagħ ilkoll jafu x’qed issarraf dan il-Gvern għall-pajjiż.

Il-Mexxej tal-Partit Laburista fakkar kif il-pensjonanti qed iħossu l-ħidma permezz taż-żieda fil-pensjonijiet, ħassew il-familji grazzi għall-żewġ baġits mingħajr taxxi, roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, tnaqqis fit-taxxa tad-dħul kull sena għal sitt snin sħaħ, ħassewh dawk li kienu jgħixu fil-faqar u mxew dik l-iskaluna ‘il fuq, il-ġenituri li forsi kien hemm min iċċaħħad mill-karriera, ġeneralment nisa, li llum għandhom iċ-childcareb’xejn, iħossuh ukoll il-ħaddiema kollha li forsi sa ftit ilu kellhom ħobżhom mhedded.  Illum f’Malta kull min irid jaħdem, jaħdem, iħossuh dawk il-pazjenti li għandhom bżonn operazzjoni u ma jdumux jistennew għaliha.  U dawk li għandhom bżonn mediċina u jsibuha in-stockdejjem. iħossuh uliedna fil-kwalita’ tal-arja minn mindu għalaqna l-power stationtal-Marsa u neħħejna l-Heavy Fuel Oilu ċ-ċumnija minn Delimara, il-ħaddiema li kienu ilhom snin fuq minimum wageffriżata, fejn illum f’Malta ħadd ma jista’ jagħmel iktar minn sena fuq paga minima, iżda fadlilna x’nagħmlu. Bdejna nagħtu lura l-vaganzi li jaqgħu f’festi pubbliċi f’forma ta’ ġranet leave. Biex il-familji jkunu jistgħu jużawhom meta jkun komdu għalihom u jqattgħu ħin flimkien.

Il-Prim Ministru ssokta jgħid kif iż-żgħażagħ u studenti li llum kważi kollha għandhom trasport pubbliku b’xejn, l-edukazzjoni tjiebet u llum min għandu aktar minn 16-il sena, jista’ jivvota. Il-ħidma tal-Gvern ħassewha dawk kollha li llum jibagħtu lit-tfal tagħhom l-iskola bit-trasport provdut, b’xejn lil kulħadd, dawk in-nisa u rġiel li jridu jiżżewġu sieħba jew sieħeb u ftit ilu ma setgħux, dawk il-ġenituri li llum jistgħu jsiru ġenituri permezz ta’ IVF mill-isptar ta’ Malta u dawk li qed jirċievu għajnuna ta’ €10,000 biex jaddottaw l-ulied.

“Meta ngħidu Malta f’Qalbna, infissru l-Maltin f’Qalbna.  Ifisser li l-Maltin u l-Għawdxin kollha huma f’qalbna u l-ewwel naħsbu fihom”, saħaq il-Mexxej Laburista filwaqt li fakkar kif sitt snin ilu bdejna trasformazzjoni ta’ dan il-pajjiż.  U din it-trasformazzjoni – din il-bidla – għadha sseħħ kuljum.

Il-Prim Ministru qal li b’mod inevitabbli, il-ħajja mhijiex biss ward u zahar, fejn mhux kollox huwa sabiħ.  Aħna ngħixu ħajja reali.  Ilkoll kemm aħna tad-demm u l-laħam., allura bħall-ħajja ta’ kull waħda u wieħed minnha għandna sfidi, u anke problemi, li rridu naffaċċjaw u nilqgħu għalihom.

Għalhekk tajjeb li nkunu onesti ma’ xulxin. Għalhekk qatt ma nistgħu nagħlqu għajnejna u widnejna għal min ikun għaddej minn perjodu diffiċli.  Għalhekk dejjem nibqgħu onesti mal-poplu.  M’għandnix xi soluzzjoni maġika li kull min jiġi bi problema ġdida, jew bi sfida ġdida, inkunu nistgħu nsolvuha mil-lum għall-għada. Imma għandna l-onestà li l-abjad ngħidulu abjad, l-iswed ngħidulu iswed u ngħiduha kif inhi mingħajr tidwir mal-lewża. Il-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minnha iżda mhijiex statika. Dak li għamilna u dak li ngħaddu minnu ma jieqafx.  Il-ħajja ta’ pajjiż l-istess.  Dak li wettaqna flimkien qed inħossu l-frott tiegħu.  Imma min jimxi ‘il quddiem inevitabbilment se jiltaqa’ ma’ sfidi u diffikultajiet ġodda, għalhekk xogħlna – xogħli – mhux se jieqaf zopptu. Għalhekk niġi quddiemkom u ngħidilkom fadlilna ħafna x’nagħmlu flimkien bħala partit, bħala moviment, bħala pajjiż, stqarr il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Dr Muscat qal li huwa min-natura tiegħu anke l-isfidi, jarahom parti mill-viżjoni li għandu l-Gvern. Għax konna nafu li jekk nieħdu t-triq tat-tkabbir, mhux tal-awsterità.  Li nieħdu t-triq tas-Surplusmhux tad-Deficits.  Li nqassmu l-ġid u mhux li nitqammlu mal-poplu.  Kien se jkollna reazzjoni naturali.  Sfidi li jiġu mill-azzjonijiet li ħadna.

U dawk l-isfidi huma wkoll parti mill-viżjoni ta’ pajjiżna għaż-żmien li ġej, għall-futur li naqsam fi tlieta.  L-infrastruttura, l-innovazzjoni u l-inklużjoni, elenka Joseph Muscat.

 

Infrastruttura

Dr Muscat spjega kif l-infrastruttura mhux biss dik tat-toroq iżda, dehra, indafa u infrastruttura soċjali, legali u infrastruttura diġitali u ta’ komunikazzjoni biex nippreparaw lill-uliedna għall-industriji ta’ għada kif ukoll l-infrastruttura ambjentali fejn qed tinħass il-ħtieġa li jkun hemm aktar spażji miftuħa għall-familji.

 

Infrastruttura ta’ toroq

Il-bini mill-ġdid tat-toroq kollha tal-pajjiż kienet xi ħaġa li ftit emmnu li setgħet issir, stqarr Dr Muscat.  Iżda illum ix-xogħolijiet tista’ tarahom minn Birżebbuġa, saż-Żejtun u l-Marsa, san-Naxxar, il-Mosta, San Pawl il-Baħar u Buġibba… Dħalna anke għal xogħol li suppost saru minn Kunsilli, iżda ħafna drabi qatt ma ngħataw għodda biex jaħdmu. Kullimkien għaddej xogħol kbir.

U mhux xogħol ta’ ftit patchingu tarmac.  Xogħol ta’ kwalità, li naqilgħu triq mill-qiegħ u nibnuha mill-ġdid. Biex ikollna toroq għal 20 u 25 sena oħra mhux għal ftit snin. Hemm konsegwenzi?  Daż-żgur, għalhekk qed indaħħlu standards ġodda ta’ xogħol – bħal ma sar fil-Kappara Junction, l-istess qed isir fuq skala ikbar fil-Marsa Junctionfejn għaddej xogħol impressjonanti u fuq kull sit fejn qed isir ix-xogħol, sostna l-Mexxej tal-Partit Laburista.

Il-Prim Ministru spjega li qegħdin fil-proċess ukoll u tajna spinta kbira biex ngħaqqdu Malta u Għawdex b’link permanenti.  Kif qed nagħmlu wkoll permezz ta’ link tal-fibre-opticieħor.L-istudji kollha li għandna s’issa jikkonfermaw il-benefiċċji u l-qabża fil-kwalita’ tal-ħajja għall-Għawdxin b’mod partikolari meta jitlesta x-xogħol fuq il-mina. Dan se jfisser iktar xogħol għall-Għawdxin f’Għawdex.  Iktar investiment f’Għawdex.

Infrastruttura ambjentali

Joseph Muscat saħaq li huwa jrid li pajjiżna jitla’ f’livell ieħor fejn għandu x’jaqsam mat-tindif tal-pajjiż in ġenerali.  Għandna lokalitajiet li huma xempju tal-indafa.  Dan il-Gvern għandu mudell diġa’ bil-mod kif ħdimna fuq it-tindif u ż-żamma tal-indafa fil-Belt Valletta b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali. Irrid li dan il-mudell jiġi replikat ma’ Malta u Għawdex kollu. Kif bdejna t-toroq f’Malta u Għawdex kollha, irrid issa li nara li l-pajjiż kollu jinżamm nadif.

Dr Muscat qal li se nkunu qed nagħmlu din ir-riforma fit-tindif tal-lokalitajiet tagħna bħala Gvern ċentrali, iżda bl-għajnuna sħiħa tal-Kunsilli Lokali li se jkollhom il-mezzi biex iwettqu it-tindif tal-lokalitajiet tagħhom. Għandna bżonn ukoll li noħolqu iktar spazji miftuħa.  Sar ħafna xogħol diġa’ biex nirranġaw dak li ġa għandna.  Mill-ġmiel ta’ Ġnien l-Għarusa fil-Mosta, sal-Ġnien tal-Ferrovija ta’ Birkirkara u anke Ġnien Duminku Mintoff bejn Raħal il-Ġdid u l-Fgura u l-foss ta’ taħt il-Belt. Iżda mhux biżżejjed. Għalhekk fl-aħħar xhur, ħdimna fuq proġett ġdid u ta’ potenzjal. Fil-jiem li ġejjin se nkunu qed inħabbru xogħol kbir ieħor li sar biex nikkonvertu żona li minflok tinbena se tkun qed isservi bħala spazju kbir għall-familja kollha.  L-akbar proġett ta’ spazju miftuħ ġdid f’ġenerazzjoni, qal il-Prim Ministru.

Irridu nkunu fost l-ewwel pajjiżi fuq medda ta’ numru ta’ snin oħra li nkunu bdejna naqilbu għall-karozzi elettriċi l-ewwel f’Għawdex u mbagħad f’Malta.  Dan ix-xogħol diġa’ nbeda mill-Gvern.  Il-qalba trid tkun gradwali. Imma rridu nnaqqsu l-emissjonijiet mill-karozzi b’mod drastiku, tenna l-Mexxej Laburista.

Infrastruttura biex nirnexxu fl-isport

Il-Prim Ministru stqarr li rridu noħolqu struttura, l-infrastruttura neċessarja, biex nirnexxu fl-isport.Infrastruttura ta’ faċilitajiet.  Imma mhux biss.  Irridu pjan ċar.  Strateġija ta’ pajjiż u impenn tal-federazzjonijiet.

Irridu sistema sħiħa ta’ faċilitajiet.  Imma wkoll ta’ coaches professjonali.  Ta’ sistema ta’ edukazzjoni li tinċentiva l-isport.  Irridu ngħinu lill-għaqdiet sportivi, ta’ dixxiplini varji, li jiġu ‘il quddiem bi strateġiji fil-bogħod li jgħidulna kif fid-dixxiplina tagħhom se jġibu l-midalji tad-deheb, fidda u bronż.  Bil-key performance indicators u targets ċari, spjega l-Mexxej Laburista filwaqt li saħħaq li Malta għandha bżonn attitudni ta’ winners.  Dan huwa pajjiż ta’ winners.  Allura jekk mhux nirnexxu fl-isport, sinjal li mhux noħolqu l-ambjent biex nirnexxu fl-isport.

Uliedna huma tajbin daqs ulied f’pajjiżi oħra.  Nistgħu nerbħu bl-abbiltajiet tagħna, stqarr Joseph Muscat.

Innovazzjoni

Dwar l-innovazzjoni, Dr Muscat qal li huwa jemmen li dan il-poplu jista’ jkun l-iktar poplu innovattiv u li joffri opportunitajiet fid-dinja kollha.  Ħloqna niċeċ ekonomiċi f’pajjiżna li ħafna nies lanqas jemmnu li pajjiż daqstant zgħir jista’ joħloq daqstant ġid.  Minn dejjem konna ġens li x-xogħol noħolquh għax nies ħabrieka. Mhux dejjem iżda kien hemm Gvern li għen dak is-sens intraprenditorjali tal-Maltin u Għawdxin.

Irridu nibdew nippreparaw lit-tfal tagħna għad-dinja u għax-xogħol ta’ għada fl-edukazzjoni. Nitkellmu dwar Robotics, dwar AI, dwar Automation, Blockchainu kunċetti oħra li se jibdlu s-settur tax-xogħol drastikament. Il-ħiliet tal-lum mhux se jkun biżżejjed għall-fabbriki ta’ għada.  Il-fabbriki ta’ għada, illi diġa’ bdejna naraw jinbtu f’Malta mhux se jibqgħu dak il-post fejn ikollok linja u ħaddiem jagħmel ġurnata sħiħa jirrepeti l-istess proċess.  Il-proċess ta’ repetizzjoni llum jagħmlu robotb’iktar preċiżjoni u ħeffa, saħaq Dr Muscat.

Bdejna u se nkomplu ndaħħlu kunċetti fl-iskejjel tagħna li jippreparaw lil uliedna għal din ir-realtà biex id-dinja tal-edukazzjoni u d-dinja ġdida tax-xogħol ikunu allinjati. Hawn jidħol l-innovazzjoni ta’ pajjiżna.  Il-poplu huwa ħabrieki.  U dan il-Gvern għandu viżjoni biex jisqi l-bżulija tal-Maltin.  Għalhekk dan illum huwa pajjiż suċċess.- l-aqwa fl-Ewropa.

Li kieku hekk, fejn qed jaħdmu dawn in-nies?  Qed jaħdmu f’setturi tradizzjonali bħall-kostruzzjoni għax qed nibnu Malta mill-ġdid.  Imma qed jaħdmu wkoll fin-niċeċ ġodda li ftaħna f’pajjiżna bħall-gamingsoċjali, l-e-sports. Il-Blockchain u tokenisation.  Qed jaħdmu fis-setturi ta’ Fintech.  Fis-settur tal-farmaċewtika li espanda bil-kbir.  Fis-settur tal-medical cannabisfejn għandna l-aqwa kumpaniji fid-dinja.  Fil-currency printingbl-aqwa żewġ kumpaniji fid-dinja, dan filwaqt li sirna ċentru ta’ manutenzjoni u tiswija tal-ajruplani, qal il-Prim Ministru.

Inklużjoni

Il-viżjoni tagħna ta’ pajjiż inklussiv tinħass.  L-inklużjoni huwa ċentrali fil-prinċipji li jiggwidawna.  Kont qed nitkellem dwar il-persuni barranin.  Ħa nibdew mill-bażiku.  Aħna pajjiż fl-Unjoni Ewropea.  Kull wieħed minn 500 miljun Ewropew għandu dritt jgħix Malta. Id-dritt li Ewropew imur fejn irid fl-Ewropa.  15-il sena ilu kienu jbiegħuha li l-Maltin jistgħu jmorru fejn iridu fl-Ewropa. B’konsegwenza, kull Ewropew seta’ jiġi Malta.  X’inhi l-problema llum?  Jista’ xi ħadd jispjega kif saret problema llum li pajjiżna tant għandu xogħol li f’Malta qed jiġu huma l-Ewropej, u mhux biss immorru aħna.  Ġermaniż, Svediż, Rumen, Bulgaru, Ingliż jew Taljan u Spanjol qed ifittxu Malta biex jaħdmu u jgħixu.  Għax dawn huma nies li jfittxu x-xogħol, spjega l-Mexxej Laburista.

Dr Muscat qal li rridu nkunu kuraġġjużi wkoll.  Iridu jgħidulna soċjalisti?  Mela qatt stħajna li aħna soċjalisti?  Is-Soċjalisti huma inklussivi.  Li jiftħu mhux jagħlqu l-bibien, mhux jibnu ħitan.  Li joffru l-opportunitajiet mhux għal min jista’ u jiflaħ biss, imma għal kulħadd.  Li jifhmu u jgħinu lil min jaqa’ lura.

Jien soċjalist, demokratiku progressiv, liberali u Ewropew.  Nirrispenġi x-xenofobija, il-lemin estrem li flok jiftaħ jagħlaq. Li flok ikun inklussiv ikun esklussiv. Ma għandix minn xhiex nistħi mill-prinċipji tiegħi. Nemmen fl-inklussività fit-totalità tagħha. Aħna nħobbu.  Aħna niftħu.  Aħna naraw l-opportunitajiet fejn ħaddieħor jara l-problema.  L-inklussività ħbieb, tenna l-Prim Ministru.

Min-naħa l-oħra, il-Mexxej Laburista qal li huwa jifhem lil min hu inkwetat u rrid li nindirizza l-inkwiet tiegħu u li s-sigurtà hija pre-rekwiżit għall-progress.  Il-komunità li ngħixu fiha rriduha timxi ‘il quddiem fit-totalità tagħha.  Li nħarsu madwarna ‘il ħin kollu biex naraw li min qed jaqa’ xi ftit lura, jew mhux ilaħħaq mal-pass ta’ ħaddieħor, isib lilna ninkoraġġuk u nagħtuk l-għodda biex tasal int.

Irridu nkomplu nsaħħu dak is-sens ta’ komunità  li jagħżilna minn ħaddieħor fejn ma nħallu lil ħadd jaqa’ lura.  M’aħniex poplu għajjur.  Anzi dan poplu jagħder u dan moviment li ma jħalli lil ħadd jaqa’ lura. Qed noħolqu ambjent pożittiv biex kulħadd ikollu l-istess opportunitajiet. Il-gap irridu nagħlquh fl-opportunitajiet.  Għax irridu li ma jkunx hemm distinzjoni bejn nisa u rġiel. Din hija parti mill-viżjoni ta’ inklussivita’ għal pajjiżna. Nemmnu li kulħadd jista’ jimxi ‘il quddiem bl-istess pass, imma sabiex naslu għal dan, irridu noħolqu l-atmosfera ta’ inklussivita’ u bidla fil-kultura li kultant ma nammettux li għadha teżisti, stqarr il-Prim Minsitru Joseph Muscat.

Bħala moviment ma nistgħux ninsew minn fejn tlaqna. Ma rridux nitkabbru. Iridu nibqgħu nisimgħu lil kulħadd, inkluż dawk li jħossuhom imweġġà.  B’hekk biss nistgħu nibqgħu nerbħu l-imħuħ u l-qlub tal-maġġoranzi tal-poplu Malti u Għawdxi, temm jgħid il-Prim Ministru.

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

 

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
9 hours ago
Partit Laburista
1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn. 

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org

1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn.

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 58
  • Shares: 61
  • Comments: 1

Comment on Facebook

Partit Laburista
16 hours ago
Partit Laburista
RENEW

Ingħaqad magħna! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 51
  • Shares: 62
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
Ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista

It-twemmin soċjalista tagħna qatt mhu se jħallina nkunu indifferenti. Għalhekk għandek tingħqad magħna s-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 58
  • Shares: 46
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL DAK KOLLU LI QED TAGHMLU GHAL Malta 🇲🇹 👌 GVERN Tar- RIFORMI, TA' VERU GHAX MA JIBZAX JEHODHOM.

Tajjeb

socjalista ??? din xi tkun dil kelma ?? grazzi rajtha qalbek

PAROLI FIL VOJT U FEJN THARES TARA L HBIP TAL HBIP.

Hadd ma jaqa lura imma malta waqet lura ghax mill hazin ghall ghar

Ghadu Partit Socjalista,fil Verita m ghadux..

Dr Abela il bank ghandu il policies tieghu jigiefiri u mhux ha jiehu riskju kbir biex issellef flus lil nies mhux daqsek stabli.

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 119
  • Shares: 93
  • Comments: 3

Comment on Facebook

Great picture Alfred Sant

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 644
  • Shares: 144
  • Comments: 51

Comment on Facebook

Prosit lil prim ministru, li qed jaghmel xoghol tajjeb hafna, imma nahseb minnu l isfel, hemm bzonn li jistmaw iktar lil min dejjem kien wara l partit biex illum jinsabu fejn qedin, ghax mid dehera, qed jonqsu l membri. U din se tirrifletti l quddiem.

Tinsewx toruhom ir raba sular

Well done to our Prime minister Robert Abela 👏👏❤️❤️

Kif tiskadili t tessera ma nergax ingeddida zgur li le ! Morru aqdu lin Nazzjonalisti kif ghamiltu qabel lelezzjoni ha tigbru l voti min hemm.

Luana Borg nies jihdu flats ,min partit ihor juru ic cwivet

Ajma hej. Kic gidep bhas soltu. Gidep. Anke l ihor Bendu ta. Gidep bis min Boby u Bendu. Hxejtuwh pajis. Zewg partijti tahxu lil Malta u lin nis.

Prosit lil mexxej Dr Robert Abela, lill-Amministrazzjoni tal-Partit u lil volontiera kollha.

Well done 👍

Issa jhallass lil min qdejtu mil koxxa. Hadd wara hadd tasal ta kullhadd. Jien meta fittixt lajnuna ma sibt lil hadd. Titnejku bin nies min ghalikom tridu.iggifuli lemm

done

Dak li gralkom hallejtu lil l-isviluppaturi jaghlu li ir-riedu mintoff biss hu hatt ghall haddiem

Prosit

Iridu jkeċċu nies mi djar, u jriduna nhallsu tessera. No

Prosit

Ghal hbieb tal hbieb biss!!!

Re New = Abort

Ara jistghux flok flus jghatu bottijiet u fliexken tal-plastik. Mhux fil-magni imma... Minn hemm. Kulhadd jiġi bil-boroz tal-fliexken u bottijiet...

Prosit dr abela u team tieghu

Prosit

ghandhom bzonn il flus ghax naqsulhom il bhahen

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL BIDLA TA' RIFORMI KBAR LI WETTAQTU.

Iktar moqdijien l ex nazzjonalisti,li gew mal lejber biex jakwistaw u jhaxnu bwiethom,milli moqdijien inthom il laburisti ta triq

Proset

Arani fuq quddim se nkun

Erfawli post quddiem.

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek