• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

March 21, 2021

“Malta għandha istituzzjonijiet li qed jaħdmu bla ma jħarsu lejn wiċċ ħadd” – Il-PM

“Malta għandha istituzzjonijiet li qed jaħdmu b’mod indipendenti u bla ma jħarsu lejn wiċċ ħadd.”

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela waqt intervista mill-ġurnalisti fuq l-istazzjon ONE b’rabta mal-aħħar avvenimenti li seħħew f’pajjiżna.

Dr Abela qal li dak li ġara lbieraħ huwa konsistenti mal-messaġġ tal-Gvern f’dawn l-aħħar xhur.

“Rajna istituzzjonijiet li taw riżultati li huma effettivi u ħadmu b’mod indipendenti minn kulħadd u għaliex ġara dan? Għax il-Gvern wera rieda b’saħħitha li jsaħħaħ l-istituzzjonijiet u li jibgħat messaġġ importanti li verament konvint fis-saltna tad-dritt… Aħna saħħaħna l-FIAU, saħħaħna t-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi tal-Korp tal-Pulizija, saħħaħna l-Korp tal-Pulizija minn fuq sa isfel mill-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija minkejja l-kritika li kellna. Illum nemmen li r-riżultati qed jitkellmu waħedhom.”

Il-Prim Ministru madankollu spjega li l-Oppożizzjoni tkejjel l-istituzzjonijiet kif jaqblilha hekk kif tikkritika biss fejn jixraq lilha. Fil-fatt hawnhekk, Dr Abela fakkar x’wiret dan il-Gvern minn amministrazzjonijiet preċedenti Nazzjonalisti b’rabta mal-istituzzjonijiet Maltin. Fosthom kien hemm l-FIAU mingħajr riżorsi u finanzi li ma setgħetx tagħti riżultati. Dan filwaqt li spjega kif ċrieki kriminali li qed jissemmew bi prominenza llum ħadd ma kien imisshom qabel l-2013.

“Tressqu nies quddiem il-Qrati tagħna fil-ġimgħat li għaddew b’konnessjoni mhux mal-każ ta’ Daphne Caruana Galizia imma b’konnessjoni ma’ reati serji oħrajn li ħadd ma kien imiss magħhom qabel u iva dak iż-żmien kien hemm l-impunità. Dak iż-żmien kien hemm l-impunità li dak iż-żmien kienu jafu li huma untouchables. Taħt il-Gvern immexxi minni ma hemm impunità ma’ ħadd.”

Dr Abela semma wkoll każijiet fil-passat taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti fejn fihom ġiet diskussa maħfra presidenzjali bejn Prim Ministru u kriminal fis-satra tal-lejl. “Ir-riżultat ta’ dik il-maħfra kollha nafuh x’kien, li l-Qrati ma emmnux il-benefiċċjarju ta’ dik il-maħfra.”

Dr Abela appella wkoll għall-ispeditezza sabiex jiġi evitat dewmien fil-proċess ġudizzjarju bħal fl-iskandlu taż-żejt.

“Fejn għandek l-iskandlu taż-żejt, għandek 6 persuni akkużati li llum kważi 8 snin wara jidher li l-każ għadu miexi b’rittmu li fil-fehma tiegħi mhux sodisfaċenti biżejjed u għalhekk l-ispeditezza u mhux għaġla żejda. Li inti l-ġustizzja issir b’mod li ma jkollokx tkaxkir tas-saqajn.”

B’rabta ma’ kummenti lejn l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna Dr Abela qal li se jibqa’ jiddefendi l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna rrispettivament minn min ġejja l-kritika. Sostna wkoll li llum il-ġurnata Keith Schembri ma jagħmilx parti mill-Partit Laburista.

Il-Prim Ministru tenna wkoll li l-istil tiegħu ta’ politika mhuwiex ta’ strateġiji ta’ tfieh ta’ tajn.

“Jien qatt ma emmint f’dawn l-istrateġiji. Urejtha sa mill-bidu tal-kampanja li wasslet għall-ħatra tal-Mexxej tal-Partit Laburista…Jien għandi s-serenità li nieħu d-deċiżjonijiet kollha li huma meħtieġa jittieħdu għaliex ħadd ma għandu xi ħaġa kambjala li jista’ jsarraf kontrija. Għalhekk li nieħu d-deċiżjonijiet biss bi kriterju wieħed. Dak li huwa meħtieġ fl-interess nazzjonali.”

Meta mistoqsi dwar l-aħħar żviluppi b’rabta max-xhieda tal-Qorti ta’ Vince Muscat, Dr Abela nnota l-aġir tad-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Jason Azzopardi.

Fakkar kif din il-kwistjoni bdiet f’Novembru li għadda wara li Azzopardi nnifsu għamel din l-istess allegazzjoni sabiex wara beda jagħmel il-passi lura minnha. Dr Abela fakkar kif l-istess Deputat kien qed isaqsi lil Vince Muscat din il-ġimgħa b’rabta mal-istess allegazzjoni madankollu naqas milli jkompli jagħmillu d-domanda li kulħadd stenna li ssir.

“Strateġija diżappuntanti ħafna li jkollok min jipprova juża proċess ġudizzjarju sabiex jilħaq għan politiku. Għalija hija ċara li għandek min jilbes kapell, jinża’ ieħor, fl-aħħar jerġa’ jibdel il-kappell. Fl-aħħar mill-aħħar naħseb huwa evidenti għal kulħadd illum li l-għan finali għal uħud mhux li ssir ġustizzja imma l-kilba għall-poter u dik hija d-differenza ewlenija bejn iż-żewġ partiti politiċi.”

Sostna li mhux se jaċċetta dawn il-manuvri.

“Manuvri ta’ dan it-tip mhux lest li naċċettahom. Kieku kelli naċċetta dan it-tip ta’ manuvrar minn wara ma nkunx leali lejn il-wegħda li għamilt mal-poplu Malti li nwettaq ġustizzja bla favuri u bla ma nħares lejn uċuħ.”

Hawnhekk, il-Prim Ministru semma wkoll il-manuvri fuq livell Ewropew minn esponenti tal-Partit Nazzjonalista stess biex ixekklu l-ħidma ta’ pajjiżna biex ikompli jsaħħaħ il-governanza t-tajba.

“Meta qed nagħmlu din il-ħidma kollha u qed nagħmlu dawn l-isforzi kollha bħala Gvern, l-istituzzjonijiet, ġudikatura, pulizija biex insaħħu isem pajjiżna, ikollok lil Simon Busuttil li jagħmel din il-mossa bl-appoġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Insejħilha jien mossa moqżieża li ddeffes lil pajjiżna f’arena biex tara pajjiżi barranin ikissru isem pajjiżna meta aħna qed nagħmlu dan kollu biex intellgħu l-istandards ta’ pajjiżna ’l fuq. Din xi ħaġa li għalija mhux aċċettabbli.”

“Gvern li ma jħalli lil ħadd waħdu” – Il-PM

Tul l-intervista l-Prim Ministru kien mistoqsi wkoll dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija tal-Covid-19 f’pajjizna.

Dr Abela nnota l-ħidma tal-Gvern mill-aspett ta’ saħħa minkejja t-tfixkil mill-Oppożizzjoni u anke minn pajjiżi Ewropej fosthom dwar l-ammont ta’ dożi li pajjiżna rnexxielu jikseb. Meta mistoqsi dwar il-programm tat-tilqim f’pajjiżna, il-Prim Ministru qal li huwa fiduċjuż li pajjiżna jasal għal miri li fassal primarjament anke billi jibqa’ jixtri dożi kbar tal-vaċċin.

“Dak kollu li qed jiġi qed inlaqqmu bih. M’aħniex qed inżommu d-dożi li qed jaslu fil-freezers. Dak li qed jasal qed noħorġuh kollu,” qal il-Prim Ministru.

Fir-rigward ta’ vaċċini minn ditti oħrajn, Dr Abela spjega li pajjiżna assigura biżżejjed dożi wkoll mingħand il-kumpanija ta’ Johnson and Johnson. “Aħna xtrajna ħafna iktar dożi mill-popolazzjoni għax konnha nafu li seta’ kellek dawn il-problemi,” qal il-Prim Ministru b’rimarka għall-aħbar li l-Astrazeneca mhux qed tonora l-obbligi kuntrattwali tagħha.

Hawnhekk, Dr Abela rrimarka d-differenza bejn dan il-Gvern u amministrazzjonijiet preċedenti li taħt it-tmexxija tagħhom kien hawn bosta mediċini out of stock.

Dwar ir-restrizzjonijiet wara l-11 ta’ April, il-Prim Ministru Robert Abela qal li bħalma ġara fl-aħħar sena, il-Gvern se jkun qed jimxi abbażi ta’ dak li turi x-xjenza. Dr Abela tenna l-appell tal-għaqda nazzjonali f’dan iż-żmien ta’ sfida speċjalment mal-Oppożizzjoni. Fil-fatt, huwa saħaq ukoll biex ma jiddaħlux dubji fil-proċess ta’ vaċċinazzjoni għaliex l-agħar ħaġa li tista’ ssir hija li din is-sitwazzjoni tiġi ppolitiċizzata.

Il-Prim Ministru rrefera wkoll għad-diffikultajiet li kellhom jgħaddu minnhom l-anzjani f’dawn l-aħħar xhur.

“Inħares iva b’sodisfazzjon għal mod kif bħala Gvern ħarisna fost oħrajn lill-pensjonanti tagħna. Minn Marzu tas-sena li għaddiet sa din is-sena, iż-żidiet li se jkunu bbenefikaw minnhom l-anzjani tagħna kemm f’pensjoni u kemm f’benefiċċji oħrajn tammonta għal €32miljun…Biż-żieda fil-pensjoni ntlaqtu 93,000 persuna.”

Il-ġurnalisti staqsew ukoll dwar l-isfida tal-immigrazzjoni li ta’ kull sena tgħolli rasha partikolarment fix-xhur sajfin. Dr Abela qal li se jkompli jxammar il-kmiem u jibqa’ jaħdem sabiex ikompli mal-istrateġija tiegħu li jikkontrolla l-waqfiet u jimbotta r-rilokazzjoni.

Dan minkejja l-ixkiel mill-Oppożizzjoni li ħareġ biċ-ċar fl-aħħar sena.

“Hija sfida li trid taħdem fuqha kuljum. Iktar li issa ma joqrob l-Għid, iktar joqrob is-Sajf se tfisser ħidma aktar intensiva. Naf li ngħalqu l-pandemija u deħlin għal din l-isfida l-kbira. Din mhux sfida żgħira u hija kostanti imma determinat li għandna l-viżjoni tajba u s-soluzzjonijiet fis-settur.”

Il-Prim Ministru Robert Abela ġie mistoqsi wkoll dwar il-mediċina Trikafta li ġiet introdotta fil-formularju tal-Gvern għal dawk il-persuni bil-kundizzjoni tas-Cystic Fibrosis. Miżura li se tiswa madwar €3 miljuni fis-sena. Tenna li ma setax ikun indifferenti għall-karba ta’ min ibgħati minn din il-kundizzjoni.

“Meta rajt it-tbatija li kienet qed tgħaddi minnha Mandy, jien stajt inkun indifferenti għaliha? Għalhekk li ħadna din id-deċiżjoni li se tagħmel differenza enormi fil-kwalità tal-ħajja. Dan huwa dak li jiddefenina bħala Gvern li jixraqlu li jibqa’ jmexxi lil dan il-pajjiż.”

Il-Prim Ministru spjega kif bl-iskuża tal-pandemija seta’ jdawwar wiċċu għal dawn ir-realtjiet madankollu dan huwa Gvern li jħoss għan-nies.

“Se nibqa’ nara li ma nħallu lil ħadd waħdu, kemm jekk huwa negozju, kemm jekk huma l-ħaddiema, kemm jekk huma l-istudenti, kemm jekk huma l-pensjonanti, m’aħna se nħallu lil ħadd waħdu. Ma għamilniex hekk f’din l-aħħar sena u mhux se jkun issa li nħallu lin-nies waħedhom u n-nies se jibqgħu jsibu Gvern li huwa supportive tal-bżonnijiet kollha tagħhom biex verament inkunu nistgħu nimxu ’l quddiem u flimkien ngħidu li għandna Malta u Għawdex b’saħħithom kif verament jixraq.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
12 hours ago
Partit Laburista
RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela

RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 171
  • Shares: 19
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
17 hours ago
Partit Laburista
Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna.

Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 714
  • Shares: 64
  • Comments: 61

Comment on Facebook

Mhux hekk wara li armejtuna u taghituna b sieq .. Gej il bikki rega . Armi lemm qaziztu l alla tiklu wahidkom.

Grazzi tax xghol kollu li qijghad jghamel il partit pero isimghaw lilmenti tan nies gusti

Il-partit li jiġbed in-nies dejjem lejh. Qatt qabel ma kien hawn partit li żamm maġġoranza assoluta daqs illum. Grazzi għall-gvern u l-partit Laburista❤️🌹🇲🇹

Ara ma jigbdilkomx IL bieb mieghu GAHAN

Kien nofs t'nhar eccelenti. Prosit ta' l-innizjativa. U prosit lill-volontiera kollha.

Ahjar tifthu l bibien biex tiltaqu mal familjari tal vittmi tal konstruzjoni li tinsab bla kontroll.

Good morning ☀️

Good morning❤

Min Mmaqdar Rrid Jixtri Hommor

Mela l- kontra li qed jigri fil- Pieta 😆 🤣 😂

Minn hu armat u minn hu zarmat proset PL

Good morning ☀️

Good morning❤

Good morning❤

Well done!!

Good morning

Prosit u grazzi li tajtu din l-opportunita lil nies sabiex jigu l-CNL.

Suldati ta'l azzar fil kju

Tistaw tifthu il bieb tal bejd alija ghax qat mintom atarawni izjedd qass biex nerga nivota u tesera qas inhalasa iktar

Viva l Labour

Tistaw tifthu t twieqi ukoll ta ha tibdlu ftit larja ukoll. :)

Proset

Dawk laqas jivitaw darba ohra

Ma taghmilx differenza jifthu l.bibien

Grazzi u proset

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Open Day fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista miftuħ għall-pubbliku s-Sibt li ġej mid-09:00 sas-13:00.

Ingħaqad magħna 🔴
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 80
  • Shares: 107
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Inizzjattiva sabiha li jinghata ktieb b xejn mal membership . U Dawk li hallsu online ?

XAXQA. KEM SE TITOLBUWOM DONEJXIJN?

jekk jogħġbok ħallili messaġġ fil-privat, għandi xi affarijiet xi ngħidilkom li jistgħu jkunu ta' interess għalik

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 22
  • Shares: 5
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 64
  • Shares: 41
  • Comments: 4

Comment on Facebook

God Bless

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

The best

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek