Għin
lill-Partit Laburista
May 2, 2019
Manifest mibni fuq għaxar prijoritajiet
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Manifest mibni fuq għaxar prijoritajiet
Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, ippreżenta l-manifest tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Il-manifest, bit-tema Malta f’Qalbna, hu mibni fuq għaxar prinċipji ewlenin u se jkun dak li se jaħdmu fuqu l-kandidati tal-partit li dejjem żamm il-Malta f’qalbu.
“Il-manifest jibda bid-dikjarazzjoni, li qabel xejn inkunu favur Malta… favur il-poplu Malti u Għawdxi,” qal il-Prim Ministru li spjega kif din hija tema ċentrali bil-manifest elettorali jgħid li kull deċiżjoni trid tkun imnebbħa mill-interess ta’ Malta.
Joseph Muscat kompla jitkellem dwar it-temi li fuqhom hu mibni l-manifest.
Fosthom il-ħtieġa li nżommu ekonomija b’saħħitha u li l-Ewropa tkun Ewropa ta’ opportunitajiet. “Mingħajr ma noħolqu l-ġid ma nistgħux inqassmuh,” sostna l-Prim Ministru li fisser kif il-manifest jirriaferma t-twemmin li filwaqt li l-Unjoni Ewropea tħaddan prinċipji komuni trid tikkunsidra r-realtajiet differenti.
Il-manifest tal-Partit Laburista jitkellem ukoll dwar il-bżonn ta’ deċiżjonijiet ambjentali kuraġġużi u l-bżonn li tkun Ewropa iktar ugwali. Prinċipji oħra huma dawk li jitkellmu fuq Ewropa ġusta, l-investiment fil-ġenerazzjonijiet tal-lum u għada u l-bżonn li l-MEPs Maltin ikunu pro-attivi fl-isfida tal-immigrazzjoni u s-sigurtà.
Għawdex jingħata prijorita b’sezzjoni maħsuba għall-ħtiġijiet partikolarti tal-Għawdex, bil-Prim Ministru jinnota kif waqt dibattitu llum l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, mar lura mill-appoġġ għal proġett tal-link permanenti bejn iż-żewġ gżejjer.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.