• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

April 10, 2020

“Meta għandek is-saħħa tal-poplu li tista’ tiġi preġudikata, ikollok tipprijoritizza” – il-PM

“Din mhix kwistjoni ta’ nuqqas ta’ umanità imma meta għandek is-saħħa tal-poplu li tista’ tiġi preġudikata, ikollok tipprioritizza.”

 

Hekk qal il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela f’intervista waqt ONE News, filwaqt li saħaq li d-deċiżjoni li ttieħdet hija iebsa u bla preċedent.

 

“Deċiżjoni li ħadna b’responsabilità kbira u konxji li jista’ jkollha r-riperkussjonijiet. Qegħdin fi gwerra mhux tradizzjonali, gwerra siekta, bl-iżvantaġġ li l-għadu ma nafuhx.”

 

Robert Abela fisser kif il-Gvern Malti mhux se jkun qed jiggarantixxi r-riżorsi għas-salvataġġ lil immigranti irregolari tal-massa li jkunu abbord kwalunkwe opra tal-baħar u bastimenti. Deċiżjoni li ġiet ikkomunikata mal-Kummissjoni Ewropea.

 

Il-Prim Ministru spjega li l-miżura li ttieħdet kienet waħda proporzjonata f’dawn iċ-ċirkostanzi u m’hemmx alternattiva. Hawnhekk spjega tliet deċiżjonijiet.

 

“Fit-tlieta ta’ April kkomunikajna mal-bastimenti tal-NGOs li jagħmlu salvataġġ u għamilniha ċara li jekk iridu jagħmlu s-salvataġġ, iridu jieħdu lill-immigranti fil-pajjiż tal-bandiera tagħhom. Ma ħarisniex lura u dik id-deċiżjoni ġiet implimentata b’dixxiplina – mhu minnu xejn li kien hemm U-Turn. It-tieni realtà kienet dik ta’ dgħajjes li mhumhiex reġistrati, li ma jġorru l-ebda bandiera, li jitilqu mix-xtut Libjani u jaqsmu lejn pajjiżna. In-nies ma jafux il-kwantità enormi ta’ dgħajjes li rnexxielna nżommu. Kieku ma kinux il-Forzi Armati ta’ Malta, kienu jidħlu għexieren ta’ dgħajjes.”

 

Robert Abela spjega li fl-aħħar sigħat kien hemm dgħajsa waħda li rnexxielha tidħol fiż-żona ta’ salvataġġ Maltija. Minnufih tlaqqa’ l-Kabinett b’urġenza, u b’mod unanimu sar pjan imsejjes fuq tliet punti ta’ prinċipju: li l-portijiet Maltin ma joffrux post sikur għall-immigranti, li ma jidħlux immigranti, u li ma jistax jiġi garantit is-salvataġġ tal-immigranti.

 

“Ir-realtà hija li ma nistgħux inwaqqfu r-riżorsi tal-pajjiż f’dan il-mument straordinarju li qed ngħixu u noħorġu għexieren ta’ mili ’l barra biex insalvaw l-immigranti. Naf li d-deċiżjoni kienet waħda kontroversjali imma ttieħdet b’eċċezzjoni għal din id-dgħajsa biss.”

 

Il-Prim Ministru esprima d-dispjaċir tiegħu għal min qal li l-Gvern għamel U-Turn. Saħaq li l-Gvern kien konsistenti f’kull deċiżjoni li ħa.

 

“Hemm dgħajjes li fis-sigħat li ġejjin se jiġu lejn xtutna. Matul il-lejl li ġej se nkunu qed nissorveljaw numru ta’ dgħajjes.”

 

Robert Abela saħaq li kull immigrant li rifes fuq Malta fl-aħħar sigħat, ġie ttestjat għall-COVID-19. Ilkoll tpoġġew f’iżolament waħedhom u qed jinżammu f’detenzjoni.

 

“Mhux se jkunu qed jiġru fit-toroq imma se jinżammu maqfulin. Hija kelma kerha imma m’hemmx alternattivi.”

 

Il-Prim Ministru spjega li s-sitwazzjoni fil-Libja hija dik fejn hemm mijiet ta’ eluf ta’ persuni li jridu jaqsmu mix-xtut Libjani, u r-realtà hi li l-uniċi żewġ portijiet li jsibu huma dawk ta’ Lampedusa u ta’ Malta. Spjega li l-għajnuna mill-Unjoni Ewropea ssarrfet f’simpatija u solidarjetà.

 

“L-obbligu tiegħi bħala Prim Ministru huwa li nissalvagwardjaw is-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi. Mhux se nonqsu mill-umanità imma qegħdin ngħixu realtà li rridu nipprioritizzaw.”

 

Robert Abela saħaq li mill-mument li ttieħdet id-deċiżjoni lura fit-tlieta ta’ April, ma ddaħħal l-ebda immigrant li kien abbord bastimenti tal-NGOs. Qal li hekk kif ġew magħluqa l-ajruport u l-portijiet, ma jistax jintuża kejl differenti fl-immigrazzjoni irregolari.

 

Il-Prim Ministru temm b’appell ċar.

 

“Nappella għad-dixxiplina stretta u għar-responsabilità. Ġejjin ġimagħtejn kruċjali. Make or break. Jekk se nkunu dixxiplinati se noħorġu minn dan il-mument kemm jista’ jkun malajr, jekk le, se ndumu nkaxkru. Jekk irridu mmorru f’direzzjoni ta’ aktar miżuri stretti, nhar it-Tnejn se nżid il-miżuri. L-għażla f’idejn in-nies. Nifhem li l-Ħadd huwa ta’ dispjaċir li ma norganizzawx ikliet tal-familja, imma bħalissa hekk hemm bżonn. Dan il-perjodu se jgħaddi, iktar ma jgħaddi malajr, iktar naħarbu niġru malajr. Inutli li għamilna suċċess kbir fil-qasam mediku, imma jekk indumu għaddejjin bil-miżuri ta’ restrizzjoni se jkollna l-problemi. Is-sigriet huwa liem pajjiż jaħrab jiġri l-ewwel ’il quddiem. Il-kejl tas-suċċess jiġi mkejjel fuq l-aspett mediku u ekonomiku… Jekk innaqqsu l-impatt mediku, taħrab l-ekonomija u jkollna suċċess komplet f’din il-pandemija.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
8 hours ago
Partit Laburista
RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela

RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 162
  • Shares: 19
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
13 hours ago
Partit Laburista
Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna.

Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 689
  • Shares: 64
  • Comments: 59

Comment on Facebook

Mhux hekk wara li armejtuna u taghituna b sieq .. Gej il bikki rega . Armi lemm qaziztu l alla tiklu wahidkom.

Grazzi tax xghol kollu li qijghad jghamel il partit pero isimghaw lilmenti tan nies gusti

Il-partit li jiġbed in-nies dejjem lejh. Qatt qabel ma kien hawn partit li żamm maġġoranza assoluta daqs illum. Grazzi għall-gvern u l-partit Laburista❤️🌹🇲🇹

Ahjar tifthu l bibien biex tiltaqu mal familjari tal vittmi tal konstruzjoni li tinsab bla kontroll.

Good morning ☀️

Kien nofs t'nhar eccelenti. Prosit ta' l-innizjativa. U prosit lill-volontiera kollha.

Good morning❤

Good morning ☀️

Good morning❤

Good morning❤

Well done!!

Good morning

Mela l- kontra li qed jigri fil- Pieta 😆 🤣 😂

Min Mmaqdar Rrid Jixtri Hommor

Minn hu armat u minn hu zarmat proset PL

Tistaw tifthu il bieb tal bejd alija ghax qat mintom atarawni izjedd qass biex nerga nivota u tesera qas inhalasa iktar

Viva l Labour

Proset

Dawk laqas jivitaw darba ohra

Ara ma jigbdilkomx IL bieb mieghu GAHAN

Ma taghmilx differenza jifthu l.bibien

Tistaw tifthu t twieqi ukoll ta ha tibdlu ftit larja ukoll. :)

Prosit u grazzi li tajtu din l-opportunita lil nies sabiex jigu l-CNL.

Grazzi u proset

Suldati ta'l azzar fil kju

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Open Day fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista miftuħ għall-pubbliku s-Sibt li ġej mid-09:00 sas-13:00.

Ingħaqad magħna 🔴
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 80
  • Shares: 107
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Inizzjattiva sabiha li jinghata ktieb b xejn mal membership . U Dawk li hallsu online ?

XAXQA. KEM SE TITOLBUWOM DONEJXIJN?

jekk jogħġbok ħallili messaġġ fil-privat, għandi xi affarijiet xi ngħidilkom li jistgħu jkunu ta' interess għalik

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 22
  • Shares: 5
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 64
  • Shares: 41
  • Comments: 4

Comment on Facebook

God Bless

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

The best

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek