• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

February 5, 2023

“Meta tagħti l-fiduċja, din il-fiduċja tissarraf f’suċċess.” – il-PM

“Il-fiduċja ġġib il-fiduċja. L-appoġġ iġib ir-riżultati. L-inċentivi jġibu t-tkabbir. Dik hi l-politika tagħna. Hekk kienet. Hekk għadha. Hekk se tibqa’.” 

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela fl-Imġarr fejn saħaq kif l-aħħar jiem kienu xhieda ċara ta’ kemm ikollna raġun kull darba li nnisslu l-kuraġġ minflok il-qtigħ ta’ qalb. 

“Kemm nagħmlu sewwa li l-politika tad-dwejjaq nagħtuha l-ġenb. Proprju għax aħna realistiċi nemmnu f’pajjiżna, fil-familji u fin-negozji tagħna. Ir-realiżmu żgur ma jfissirx li dejjem tipprova ċċekken lil pajjiżek.  Jew li ma jkollokx fiduċja fil-kapaċita ta’ dan il-poplu. U għalhekk se tibqgħu ssibuna nqawulkom qalbkom għax dan pajjiż li għandu ħafna x’joffri. Hu x’inhu s-settur.”

Robert Abela sostna li din hija l-politika tal-Partit Laburista. Politika fejn tgħix u taħdem fost in-nies u dak il-messaġġ pożittiv li jingħad, tarah rifless fir-riżultati. 

“Kellna, per eżempju, din il-ġimgħa l-maġġoranza tan-negozji żgħar u medji li rrapportaw kif is-sena li għaddiet, anke jekk parti minnha kien għad hemm restrizzjonijiet, kienet bħal jew iktar b’saħħitha mis-sena ta’ qabel il-pandemija. Il-konferma ta’ dak li qalli sid ta’ ħanut ftit tal-ġimgħat ilu, meta qalli: Prim Ministru issa l-emfasi mhux iktar l-irkupru. Issa l-emfasi li nikbru iktar, għax l-irkupru bdejnih mal-mument li tneħħew ir-restrizzjonijiet. U r-riżultati mħabbra din il-ġimgħa fuq kollox jagħtuna iktar serħan il-moħħ ta’ kemm hi b’saħħitha l-politika li tgħin lin-nies.” 

Hawnhekk, il-Prim Ministru aċċena wkoll kemm kien kruċjali li l-Gvern investa fin-negozji żgħar u medji u ma qalilhomx kif kien iħobb jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni biex idaħħlu idhom fil-but u jħallsu kontijiet ogħla għax skontu mhux sostenibbli. 

“Minflok lin-negozji għednilhom, bħalma għidna lilkom kollha: ħallu f’idejn il-gvern jieħu ħsieb li ma terfgħux dan il-piż. Imbagħad intom ibqgħu aħdmu biex tibqgħu ddawru r-rota ekonomika ta’ dan il-pajjiż. U r-riżultat wera. Marru aħjar huma, mar aħjar il-pajjiż. Ibeżżgħu kemm ibeżżgħu, il-politika progressiva tagħna hija l-uniku waħda sostennibli. Għax meta tagħti l-fiduċja, din il-fiduċja tissarraf f’suċċess. Dak hu l-messaġġ tagħna. Fiduċja. Fiduċja. Fiduċja. U aħna ma nitkellmux biss. Aħna nieħdu miżuri li jwasslu għall-fiduċja.”

Dan wassal biex l-istħarriġ li tagħmel kull xahar il-Kummissjoni Ewropea fost il-familji u n-negozji joħroġ biċ-ċar li f’pajjiżna hawn fiduċja ferm aqwa mill-medja Ewropea. 

“Dawn ir-riżultati niksbuhom ukoll għax dan pajjiż bieżel. Dan pajjiż li għandu fi ħdanu nies ambizzjużi u xogħlna hu li dik l-ambizzjoni nħeġġuha u mhux infixkluha.”

Il-Prim Ministru semma wkoll kif din il-ġimgħa, il-kabinett approva biex imorru għal proċess Parlamentari, erba’ proġetti interessanti mis-settur privat. Proġetti li bihom kumpaniji differenti jridu saħħu jew itejbu l-operat tagħhom f’pajjiżna. 

“Xi jfisser dan? Ifisser opportunitajiet ta’ xogħol aħjar. Imma qed naraw ukoll li l-proġetti li jkollhom bżonn l-appoġġ tal-gvern ikunu wkoll proġetti li jikkunsidraw il-prijoritajiet li għandu l-pajjiż. Qed nitkellmu €173 miljun f’investiment u ‘l fuq minn 441 post tax-xogħol ġdid fl-erba’ snin li ġejjin. Dawn il-proġetti kollha, f’żoni differenti tal-pajjiż, se jsiru fuq art li hi diġa’ żviluppata jew disturbata. Fosthom uħud f’ art mitluqa, li se jagħtuha nifs ġdid. Saħansitra, hemm fejn kien hemm inkonvejnent għar-residenti u daħħalna kundizzjonijiet fil-ftehimiet biex innaqsuh.  Dan huwa sinjal b’saħħtu li s-settur privat għandu fiduċja fl-ekonomija ta’ pajjiżna u fil-programm ta’ ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan hu sinjal b’saħħtu ta’ gvern li jrid tkabbir ekonomiku sostenibbli.”

Robert Abela qal ukoll kif f’Għawdex, is-sitwazzjoni hi b’saħħitha daqskemm Malta.  

“Il-ġimgħa għaddejt jum mill-isbaħ fost l-Għawdxin. F’Għawdex spjegajt, kif fl-aħħar tliet snin f’Għawdex biss, il-Malta Enterprise, per eżempju, għenet kważi elf negozju f’inizjattivi maħsuba biex isaħħu u jkabbru l-operat tagħhom. Ġie approvat mas-sittax-il miljun ewro f’investiment u ngħataw sbatax-il miljun ewro fi grants u krediti. Dak hu Għawdex mutur ekonomiku. Kif jista ma jkunx mutur ekonomiku meta aħna f’Għawdex, meta ntlaqat mill-pandemija, irdupjajna l-ispiża kapitali tal-Gvern. Magħna tafu fejn qegħdin. Nemmnu fikhom u naħdmu għalikom. Magħna ebda reġjun mhu se jitħalla jaqa’ lura. Bħalma m’hawn ebda ġenerazzjoni li se titħalla taqa’ wara oħra.”

Il-Prim Ministru temm b’messaġġ favur tkabbir ekonomiku sostenibbli biex insostnu lin-nies. 

“Għal pajjiż isbaħ. 

Għal pajjiż iktar ġust. 

Għal pajjiż li ma jinsa’ lil ħadd. 

Dak ifisser il-Partit Laburista. Għalhekk intom timmilitaw fil-Partit Laburista. Għalhekk jien kburi li mmexxi lil dan il-partit. 

Fl-aħħar jiem mijiet żaru ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, ġeddew is-sħubija jew issieħbu fil-partit laburista għall-ewwel darba. 

Agħmlu dan għax għandhom twemmin. 

It-twemmin tagħna li rridu nservu fil-politika biex inġibu bidla konkreta fil-ħajja tal-Għawdxin u tal-Maltin kollha. 

Fejn ninvestu fl-edukazzjoni ta’ wliedna, kif rajt fin-Nadur Għawdex. 

Fejn nieħdu ħsieb l-anzjani tagħna, kif rajt f’Ħal Safi u s-Siġġiewi. 

Fejn noħolmu għal pajjiż isbaħ, kif esperjenzajt f’Kastilja maż-żgħażagħ.

Għal dan se nibqgħu naħdmu. 

U naslu għax għandna fiduċja f’pajjiżna.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
4 hours ago
Partit Laburista
Qed nisimgħu u se nibqgħu nisimgħu. Il-messaġġ tiegħi lil kulħadd jibqa’ ‘Ejja nibqgħu saqajna mal-art.’

Kliem il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’waħda minn sensiela ta’ laqgħat mad-delegati tal-Partit Laburista.

Qed nisimgħu u se nibqgħu nisimgħu. Il-messaġġ tiegħi lil kulħadd jibqa’ ‘Ejja nibqgħu saqajna mal-art.’

Kliem il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’waħda minn sensiela ta’ laqgħat mad-delegati tal-Partit Laburista.
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 355
  • Shares: 77
  • Comments: 21

Comment on Facebook

Paroli sabih jitkellem il Prim, imma meta tiġi ghal fatti ksuhat isib

Importanti li tisma Prim specjalment lilna Laburisti genwini

Mill-paroli ghaddi ghall-fatti ghax hawn hafna nies mwegga.

Prosit u grazzi Prim Ministru tal-opportunita.

Laburisti stess qed jaghmlu hsara. U bil provi

Adni qijed nistenik biex tismani prim

Jekk int ragelara min watts ittra li batlek fkastilja fit22ta settembru

ghahna iz zibel narmuh jaf xghandu jghmel il prim mux phal grub ta BENDU

Isma mesagi tal hadiem malti gejna skjavi tal kuntraturi nigru m kuntratur ghal kuntratur gvern koplici kolox jaf

Uniku

Ilmenti mill w services....nahsbu fiz zhir

Ahna f'idejk King hu hsiebna pls.

Ghandek bzonn tiknes nofs in nies ta madwarek ghax gol hajt qed idahluk

PROSIT PRIM MINISTRU!!!!

Isma mesagi tal hadiem malti

Sur pm il poplu xeba b immigranti illegali

PM not more PRIME MINISTER but PURE MAFIA.

View more comments

Partit Laburista was live.
14 hours ago
Partit Laburista
Konferenza tal-Aħbarijiet mill-Partit Laburista

Konferenza tal-Aħbarijiet mill-Partit Laburista ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 55
  • Shares: 45
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Grazzi ghalik Ministru, ghax tahdem bla waqfien u dan qed jidher x xoghol , u lin nies li jigu bzonn xi ghajnuna. Dan jidher kemm thobb lil Ghawdex. Grazzi ta kullma qed taghmel.

Prosit hafna minstru. Well done 👏

Prosit Clint

Proset Romilda Baldachino Zarb. CERTEZZA W STABBILTA'.

👏🏻👏🏻👏🏻👏🏻👏🏻

PROSIT LILKHOM , KOMPLU GHAJJIEN . MINISTRU . EXCELLANT BEAUTIFUL GOZO .

View more comments

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
Erbaħna sfidi kbar u hekk se nibqgħu nagħmlu.

Ma hemm xejn garantit. Ta’ kuljum irridu nibqgħu naħdmu bis-saħħa biex inżommu l-fiduċja tal-poplu tagħna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 407
  • Shares: 55
  • Comments: 63

Comment on Facebook

Proset Prime Robert Abela keep the good work God bless you

Keep up the good work.

Meta taghtu kasna nergaw nivutalkom laburist imdejaq. Asartuna u armejtuna.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Biex ma tinsa qatt Robert Abela ghax jien mhu se naqta' qalbi qatt 💔 #ivaghalinkjestapubblika #justiceforjeanpaulsofia

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ GVERN LI JAHSEB F'KULLHADD b' CERTEZZA W STABBILTA'.

Great job 👍

Great job 👍

The best!

The best

THE BEST

Hali inafrek naqa sur Robert abela ax nahseb inti tinsa taht gvern labourista inti il missieri halejtu homeless taht gvern labourista flok rajt u amilt dmirek batni il counter terrorism unit taht gvern labourista persuna li ridet tejn il missieri taf xqalulu ahjar ma tindahlx ax il prim andu problema ma tifel tijaw taht gvern labourista gejna stmati ta zibel taht gvern lanourista ax missieri maccetax il maqjel li tajtuh edtulu heq stenna issa missek hadtu imbat ta madwarek hemm iswed fuq abjad li ridu jithanzru u il missieri pretendejtu li jacceta il maqjel mentri il membru parlamentari tijak ridet iktar fi kliema stess ridet tithanzer u inti il din qijed tiprotegija u il missieri titratah ta zibel gvern imexxi min hemmek uwa gvern ahdar gvern vendikativ gvern li jekk ma taccetax il maqjel li itik idawar wiccu in naha lohra dawk uwa il gvern labourista sur Robert abela

Dan kollu li qed tghid zgur ma japplikax ghalina in-nurses, ghax hlief tasru fina u turu ingustizzja maghna bla hniena ma inthomx. Grazzi !

Qed isemmi dak kollu li tlifna fik Prim Ministru !!

Korrot Abela xkunsilent talleb ghamilt hdimt biex izomm mal frodisti mhux mal Poplu Malti

Baqa miexi l quddiem imma fil kurruzzjoni sur prim

Viva labour 🌹🌹

Wedha ohra - (Nigi ghandkhom) Ahna qed nistennewk . Grazzi

, bniedem strateġiku u organizzatur kbir. Ġgant politiku

Xejn m hu garantit sew qed tgħid għax in-nies tellawkom u nies isabtukhom

Ghadna qed nistennew li titwettaq il wedgha ta l equal work equal pay mal carers tal kuntrattur fl isptarijiet tal gvern

View more comments

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
Ċelebrazzjoni Jum il-Ħelsien

Niltaqgħu l-Ħamis li ġej.

🕖 19:00
📍 Xatt ir-Risq, il-Birgu
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 164
  • Shares: 81
  • Comments: 8

Comment on Facebook

Looking forward

Mela ilum adu jizisti jum helsin hawn barranin min kun nazzjon

Jien hemm se nkun!

Hemm nkun Prim.

TAHSBU LI KULHADD BECCUN!!!

KULL HADD IL BIRGU

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
€438,503 fdonazzjonijiet għall-Partit Laburista fsitt sigħat. GRAZZI!

€438,503 f'donazzjonijiet għall-Partit Laburista f'sitt sigħat. GRAZZI! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 428
  • Shares: 26
  • Comments: 40

Comment on Facebook

Nati min naqa li ghandi ghax labour biss haseb fina

The winning team led by Robert Abela leader of Pl and Prime Minister. Prosit

Well done to All

Somma rekord 7 sieghat..sondagg b sahhtu wkoll

Well done!

Well done Proset

Proset... Viva l Labour

Well done

Well done proset

Well done 👍

Proset viva labour kuragg

Proset

Proset

Proset

Proset

Proset

Proset

Proset

Proset

Dawk li thanzru taw xi haga

Proset

Proset

Proset

VIVA L LABOUR

Missal komplewa nhar is Sibt li gej.

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek